Transport Malta / Infrastructure Malta – talbiet għall-esproprjazzjoni ta’ żvilupp eżisteni privat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9414 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta / Infrastructure Malta qattx għamlet talba f’isem partijiet terzi biex isir esproprjazzjoni ta’ żvilupp eżistenti privat, biex jingħata aċċess għal parti minn triq, minn April 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn it-talbiet u f’liema stadju waslu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li fiż-żmien indikat saru sitt talbiet minn Transport Malta/Infrastructure Malta f’isem partijiet terzi biex issir esproprijazzjoni ta’ żvilupp eżistenti privat. Id-dettalji dwarhom jinsabu fil-lista li qed nippreżenta mat-tweġiba.
Transport Malta/IM bagħtet it-talbiet għall-esproprijazzjoni tal-artijiet bi spejjeż ta’ terzi lill-Awtorità tal-Artijiet. L-entità ma tibqax issegwi l-proċess f’dan l-istadju. Il-klijent ikun f’komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex jiġi finalizzat il-proċess.
DESCRIPTION
LOCALITY
Expropriation of land at the expense of third parties at Sqaq Santa Venera
Msida
Expropriation of land at the expense of third parties at Triq l-Isqof Gargallo
Mosta
Expropriation of land at expense of third parties at Triq il-Qawra
San Pawl il-Baħar
Expropriation of land at the expense of third parties at Triq Ta' Fjuri
San Pawl il-Baħar
Expropriation of land at the expense of third parties at Triq il-Maqdes c/w Triq l-Iskorba
Mġarr
Expropriation of land at the expense of third parties at Triq l-4 ta' Settembru 1918
Santa Venera
Transport Malta / Infrastructure Malta – proġetti tat-toroq – safety audits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru safety audits tal-proġetti ta' toroq ġodda li saru minn Transport Malta / Infrastructure Malta? Għal liema toroq saru dawn l-audits? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-audits? Jista’ jpoġġi dawn is-Safety Audits fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Trasport, tagħmel road safety audits skont il-parametri tal-liġi. Transport Malta għamlet road safety audits tal-proġetti skont il-lista annessa. Fil-każ ta’ road safety audits ma jkunx hemm riżultat iżda rakkomandazzjonijiet.
Item
Locality
Street
Proposal
1
Luqa
Council of Europe & Garibaldi Avenue
Reconstruction of Council of Europe Road and Garibaldi Avenue
2
Marsa
Xatt l-Għassara tal-Għeneb
Reconstruction of Xatt l-Għassara tal-Għeneb
3
Pembroke
St. Andrew's Road
Re-Design of junction at St. Andrew's Road c/w Triq Prekursur
4
Gozo - Rabat & Xewkija
Mġarr Road
Re-construction of Mgarr Road, Victoria Gozo
5
Mellieha
Marfa Road
Re-construction of Marfa Road Mellieħa
6
Mellieha
Dawret il-Mellieħa
Re-Design & Re-Construction of Mellieha bypass
7
Marsa
Diċembru 13 +
Underpass
Construction of underpass from Dicembru 13 Road to Menqa
8
Qormi
Mrieħel Bypass
Proposed Pedestrian Bridge
9
Naxxar
Coast Road
Reconstruction of Coast Road
10
Naxxar
Vjal il-Labour j/w Triq Frangisku Pisani
Proposed roundabout
11
Marsa
Marsa/Ħamrun bypass
Widening of Road
12
Luqa
Vjal l-Avjazzjoni
Widening of northbound carriageway from 2 to 3 lanes
13
Marsa/Paola
Addolorata junction
Proposed grade separated junction
14
Mellieha
Triq Louis Wettinger
Redesign of Triq Louis Wettinger (Bypass)
15
San Gwann
Kappara Junction
Re-construction of grade-separated junction
16
Santa Lucija
Vjal Santa Luċija
Proposed roundabout + underpass at Santa Lucija
17
Santa Lucija
Triq Ħal Luqa
Widening of Luqa Road
18
Luqa
Triq Ħal Qormi, Triq San Tumas
Proposed widening of road and upgrade of junctions between Dinitrol R'about and Express Trailers R'about
19
Rabat
Triq Buqana
Widening of Triq Buqana from Mtarfa r'about up to Qliegha r'about
Transport Malta Act – road safety ranking u road safety audit
Question
Peress li skont l-artikolu 8(e) tat-Transport Malta Act, suppost isir ir-road safety ranking kif ukoll li kull 5 snin suppost isir road safety audit fuq it-toroq arterjali u distributorji, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn is-Safety Audits sarux? Minn min qed isiru dawn is-Safety Audits? Ġew identifikati accident spots minn dawn is-Safety Audits?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li forsi l-istess Onor. qed jirreferi għall-artiklu 10 ta’ LN 291 of 2018 li jgħid li għandu jsir road safey ranking minn tal-inqas kull tliet snin. Dan ir-road safety ranking qed isir skont kif jitlob dan l-artiklu. Minn din il-liġi ma jirriżultax li għandu jsir road safety audit kull ħames snin fuq toroq arterji u distributorji.
Birżebbuġa – karozzi pparkjati quddiem il-bus shelter Ġorġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex ma jibqgħux jiġu pparkjati karozzi quddiem il-bus shelter f’Triq San Ġorġ f'Birżebbugia peress li qed joħloq inkonvenjent lill-anzjani li jagħmlu użu minn dan il-bus shelter?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tat-Trasport, se tkun qed tinvestiga dan l-inkonvenjent hekk kif deskritt mill-Onor. Interpellant kif ukoll se tieħu l’passi meħtiega sabiex fejn ikun possibbli, jitneħħa kwalunkwè inkonvenjent lejn il-passiġġiera.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb il-Crate Washing Facility li tinsab fil-Pitkalija? Jista’ jgħid jekk isirx stock-take wara kull ġurnata xogħol u jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm instabu kaxxi tal-pitkalija nieqsa xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar investiment f'sistema ta' CCTV cameras fil-Pitkalija u kemm intefqu flus? Jista’ jgħid jekk l-installazjoni ta' dawn is-CCTV Cameras ħallewx ir-riżultati mixtieqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-CCTV cameras li hemm fil-Pitkalija saru fil-bidu tal-2018 bi spiża ta’ ftit anqas minn €12,500 u li dawn qed jagħtu r-riżultat mixtieq għaliex qed jippermettu kontroll ħafna aħjar minn dak possibbli mingħajr cameras.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Forti Sant’Iermu kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota li l-Forti għamel xi żmien magħluq ħabba xogħol ta’ restawr.
Fort St Elmo
2013
2014
2015
2016
2017
Jannar
1938
2327
CLOSED
4453
1615
Frar
2530
2807
CLOSED
4032
3351
Marzu
3608
3882
CLOSED
8370
5322
April
7454
5252
361
10448
9620
Mejju
5705
6974
11969
8629
8516
Gunju
5029
5588
3843
7688
7412
Lulju
5689
6293
2970
8549
7788
Awwissu
6716
6296
4969
8972
9347
Settembru
6295
4866
7288
10019
11009
Ottubru
6313
CLOSED
7671
17780
16102
Novembru
3563
CLOSED
212
6667
7609
Diċembru
2279
CLOSED
3036
5187
5677
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Forti Sant’Anġlu kull xahar mill-ftuħ riċenti tal-Forti, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota li l-Forti għamel xi żmien magħluq ħabba xogħol ta’ restawr.
Fort St Angelo
2013
2014
2015
2016
2017
Jannar
CLOSED
CLOSED
CLOSED
550
2675
Frar
CLOSED
CLOSED
CLOSED
461
2621
Marzu
CLOSED
CLOSED
CLOSED
237
3741
April
CLOSED
CLOSED
CLOSED
221
5010
Mejju
CLOSED
CLOSED
CLOSED
2514
4287
Gunju
CLOSED
CLOSED
CLOSED
192
2872
Lulju
CLOSED
CLOSED
CLOSED
8
7355
Awwissu
CLOSED
CLOSED
CLOSED
40
3493
Settembru
CLOSED
CLOSED
CLOSED
5178
5863
Ottubru
CLOSED
CLOSED
7006
2413
7006
Novembru
CLOSED
CLOSED
1159
3376
4531
Diċembru
CLOSED
CLOSED
CLOSED
3669
5751
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempju ta' Ħal Tarxien kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota li t-Tempji għamlu xi żmien magħluq ħabba xogħol ta’ restawr.
Tarxien Temples
2013
2014
2015
2016
2017
Jannar
3552
3471
4799
4039
3629
Frar
4127
3728
5348
3363
3960
Marzu
6699
6435
6067
5901
5242
April
11240
8691
9162
7236
6870
Mejju
10854
9027
5051
8171
6822
Gunju
6998
7005
CLOSED
5309
5714
Lulju
5772
6155
CLOSED
4372
4853
Awwissu
7266
6500
CLOSED
5140
5098
Settembru
8491
8291
CLOSED
7136
7320
Ottubru
9595
9152
CLOSED
9068
8583
Novembru
5424
5370
CLOSED
4393
5852
Diċembru
3076
3621
1090
3852
3695
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Imqabba minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;
(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali
(b) distributorji
(c) maġġuri
(d) residenzjali
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Innoċenzju, Triq is-Serrer u Triq George Marin.
Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Kirkop minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;
(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali
(b) distributorji
(c) maġġuri
(d) residenzjali
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, etc jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop – Triq il-Kbira, Triq San Benedettu, Triq San Ġużepp, Triq Nerik Xerri u Sqaq Sant’ Andrija.
Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Farruġ minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;
(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali
(b) distributorji
(c) maġġuri
(d) residenzjali
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qab¿a kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm Triq in-Noqor fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ.
Din is-sena se ssir ukoll Triq Ħal Farruġ li hija triq ewlenija li tasal sa taħt is-Saqqajja, fir-Rabat, u li fiha tul ta’ 10 kilometri. Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Safi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;
(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali
(b) distributorji
(c) maġġuri
(d) residenzjali
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajji¿na jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajji¿na fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Ħal Safi – Triq l-Iskola, Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit u Triq il-Kaċċatur.
Bħalissa qed tinbena mill-ġdid ukoll Triq il-Kuċċard waqt li qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet f’toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Qrendi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;
(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali
(b) distributorji
(c) maġġuri
(d) residenzjali
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f’każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f’dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f’dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f’dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Qrendi – Triq it-Tempesta, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda (San Niklaw) u Triq Sant’ Anna.
Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Jista’ l-Ministru jagħti separatament għal kemm-il sena ser ikunu garantiti bħala kwalità ta' xogħol it-toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru/qed isiru minn Transport Malta / Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.