Legislature:
Category:
Reset
Active:

BUS 811 – rotta 41 — numru eċċessiv ta’ passiġġieri bil-wieqfa – passi kontra l-operatur tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku peress li fil-21 ta’ Frar 2020, il-karozza tal-linja bin-numru BUS 811 li kienet qiegħda topera r-rotta bin-numru 41 tal-5.00pm kellha numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa? X’inhi r-raġuni li l-operatur tas-servizz pubbliku mhux jipprovdi numru ta’ karozzi tal-linja adekwat biex il-passiġġiera jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’mod sikur?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jekk għandu xi nformazzjoni dwar in-numru ta’ passiġġiera bil-wieqfa fuq il-vjagg li qied jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari jgħaddihilna u b’hekk inkunu nistgħu nivverifikaw. Tajjeb wieħed ifakkar li n-numru ta’ passiġġiera li wżaw it-trasport pubbliku din is-sena kompla żdiet. Sabiex nilqgħu aħjar għal din iżieda, f’Awwissu tas-sena l-oħra żiedna il-frekwenzi fuq ċertu rotot. Min naħa tiegħu l-operatur tat-trasport pubbliku daħħal fis-servizz 40 karrozza tal-linja ġdida ta’ 12 meters li parti minnhom intużaw biex jibdlu karrozzi tal-linja ta 9 metri filwaqt li l-kumplament żdiedu mal-flotta.

BUS 871 – Rotta 48 — numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa – passi fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku peress li fil-21 ta’ Frar 2020 il-karozza tal-linja bin-numru BUS 871 li kienet qiegħda topera r-rotta bin-numru 48 tal-5.15pm kellha numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa? X’inhi r-raġuni li l-Operatur tas-Servizz Pubbliku mhux jipprovdi numru ta’ karozzi tal-linja adegwat biex il-passiġġiera jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’mod sikur?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari bin-numru 13130 tal-istess Seduta.

BUS 826 – Rotta 48 — numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa – passi fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku peress li fil-21 ta’ Frar 2020 il-karozza tal-linja bin-numru BUS 826 li kienet qiegħda topera r-rotta bin-numru 48 tas-6.20pm kellha numru eċċessiv ta’ passiġiera bil-wieqfa? X’inhi r-raġuni li l-Operatur tas-Servizz Pubbliku mhux jipprovdi numru ta’ karozzi tal-linja adegwat biex il-passiġġiera jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’mod sikur?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari bin-numru 13130 tal-istess Seduta.

BUS 100 – Rotta 82 — numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa – passi fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-operatur tas-Servizz Pubbliku peress li fl-24 ta’ Frar 2020 il-karozza tal-linja bin-numru BUS 100 li kienet qiegħda topera r-rotta bin-numru 82 tas-2.20pm kellha numru eċċessiv ta’ passiġġiera bil-wieqfa? X’inhi r-raġuni li l-Operatur tas-Servizz Pubbliku mhux jipprovdi numru ta’ karozzi tal-linja adegwat biex il-passiġġiera jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’mod sikur?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari bin-numru 13130 tal-istess Seduta.

Spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru spezzjonijiet lill-karozzi tal-linja li qed jintużaw fuq ir-rotot tas-Servizz Pubbliku biex jiġi assigurat li dawn qegħdin jinżammu fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni? Kemm saru spezzjonijiet mill-ispettorat tal-Malta Transport f’dan is-sens, u kemm instabu karozzi tal-linja li ma kinux konformi? Meta nstabu dawn in-nuqqasijiet, kemm kienu l-multi li weħel l-Operatur tas-Servizz tat-Trasport Pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, l-uffiċjali fi ħdan Transport Malta jwettqu spezzjonijiet ta’ kuljum fuq vetturi li jintu¿aw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika l-perjodu li qiegħed jagħmel riferenza għalih f’din il- mistoqsija parlamentari.

Tal-Linja Card

Question

Peress li l-Gvern iħallas madwar €30 miljun f'sussidji fis-sena lill-operatur tat-Trasport Pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn / hawn nies, tas-sess maskil separatament minn dawk ta' sess femminil u Maltin separatament minn dawk ta' nazzjonalità barranija, li għandhom / kellhom tal-Linja Card, sena b'sena, bejn l-2016 u l-2019? Kemm minnhom huma: (a) taħt l-14-il sena; (b) bejn l-14-il sena u t-18-il sena; (c) bejn 19-il sena u t-30 sena; (d) bejn il-31 sena u l-45 sena; (e) bejn is-46 sena u s-60 sena, (f) bejn is-60 sena u l-74 sena; u (g)‘l fuq minn 75 sena? Kemm minn dawn jużaw tal-Linja Card aktar minn 4 darbiet fil-ġimgħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Transport Malta – Design Guidelines – wisa’ ta’ lanes ta’ toroq residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12914 u jgħid x'inhi l-wisa' ta' lane hekk kif stabbilita mid-Design Guidelines ta' Transport Malta għal toroq residenzjali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ toroq residenzjali, tali toroq jiġu mfassla mill-Awtorità tal-Ippjanar u għaldaqstant il-wisgħa tal-karreġġjata tirriżulta mill-istess tfassil.

Transport Malta – Design Guidelines fuq wisa’ ta’ lanes tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12913 u jgħid x'inhi l-wisa' ta' lane hekk kif stabbilita mid-Design Guidelines ta' Transport Malta għal toroq arterjali, distributorji u maġġuri?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod generali, il-wisgħa ta’ karreġġjata tat-toroq tiddependi fuq diversi fatturi li jinkludu l-ammont ta’ traffiku li jgħaddi, il-karatteristiċi tal-madwar, il-velocità massima tat-triq kif ukoll is-sensittivita' ambjentali tal-inħawi biswit it-triq in kwistjoni. Għaldaqstant il-wisgħa tal-karreġġjata tiġi stabbilita skont dawn id-diversi kriterji w oħrajn skont iċ-ċirkostanzi uniċi ta’ kull triq. Fl-isfond ta’ dan, LN 364 ta’ 2003 jagħti wisgħat ta’ karreġġjati minn bankina sa bankina.

Karozzi importati f’Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta t-taxxa imposta minn pajjiżna fuq karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea ser tiġi daqs dak li hu impost f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk l-ammonti żejda li tħallsu minn diversi ċittadini Maltin u Għawdxin f'taxxa ta’ reġistrazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta, hux ser jingħataw lura? Għal kemm tammonta din id-differenza, sena b'sena fi ħlasijiet żejda ta' taxxi għall-importazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 10914.

Infrastructure Malta – condition surveys u condition reports tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li ser isir ix-xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta sarux jew le? F'dawn ir-rapporti, ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, u x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ? Jista’ jgħid min għamel dawn ir-rapporti u kemm ġew jiswew flus? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 9305. L-istudju indikat f’din it-tweġiba issa tlesta u d-dettalji miġbura dwar l-istat u l-ħsarat tat-toroq tal-pajjiż jinsabu fuq pjattaforma diġitali tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS). Din is-sistema qed tintuża minn Infrastructure Malta fit-twettiq tal-investiment bla preċedent li l-Gvern qed jagħmel biex itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta.

Ħal Safi – Triq il-Kuċċard — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jispiċċa x-xogħol fuq Triq il-Kuċċard, Ħal Safi peress li għalkemm dan ix-xogħol ilu għaddej mill-2013 u kien jifforma parti integrali mix-xogħol ta' Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq, sal-lum dan ix-xogħol għadu mhux lest?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta qed twettaq proġett b’investiment ta’ €1.3 miljun biex tibni mill-ġdid Triq il-Kuċċard, li tgħaqqad Vjal ix-Xarolla, fiż-Żurrieq, ma’ Ħal Safi u Ħal Kirkop. Ix-xogħlijiet huma simili ħafna għal dawk li saru fi Vjal ix-Xarolla. Qabel, Triq il-Kuċċard kienet triq waħda u kienet tintuża kemm mir-residenti u dawk li jivvjaġġaw minnha. Permezz ta’ dan il-proġett, din it-triq qed tinbidel f’żewġ toroq separati, waħda b’żewġ korsiji għall-karozzi, bankina u korsija għar-roti, u triq maqtugħa għaliha bi drittha bħala service road għar-residenti. Minħabba li x-xogħol huwa estensiv, il-proġett inqasam f’żewġ fażijiet. L-ewwel sar il-bini tat-triq ewlenija ta’ żewġ korsiji ġdida li tlestiet u qed tintuża. Imbagħad bdiet ssir is-service road bil-bankini u spazji ta’ parkeġġi aktar aċċessibbli. Fl-ewwel fażi tal-proġett, Infrastructure Malta bidlet u saħħet ukoll is-sistemi ta’ distribuzzjoni li jgħaddu minn taħt it-triq. B’kollox jitpoġġew aktar minn 1.6 kilometri ta’ pajpijiet u cables għal servizzi tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekommunikazzjoni, kif ukoll sistemi għall-ilqugħ u l-ġbir tal-ilma tax-xita. Mal-ġenb tat-triq inbena ħajt tas-sejjieħ li jifridha mill-għelieqi. Bħal f’kull proġett li qed jiġi implimentat minn Infrastructure Malta, fi Triq il-Kuċċard qed isiru wkoll diversi elementi oħra li jkomplu jtejbu s-sigurtà u l-aċċessibbiltà għal mezzi differenti tal-ivvjaġġar. Apparti s-service road, dawn jinkludu wkoll madwar kilometru ta’ bankini ġodda, erba’ pedestrian crossings, korsija għar-roti li tingħaqad ma dik li saret fi Vjal ix-Xarolla u sistema ta’ dwal tat-toroq ġdida. Bħal Vjal ix-Xarolla, Triq il-Kuċċard tinsab f’żona ta’ sinifikat arkeoloġiku importanti. Għalhekk, Infrastructure Malta kellha tieħu diversi miżuri biex tiżgura li jekk jinstabu xi fdalijiet storiċi taħt it-triq, jiġu dokumentati u konservati. B’kollaborazzjoni sħiħa mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, kull xogħol li kien jinvolvi tħaffir sar fil-preżenza ta’ arkeologi awtorizzati. F’ċerti żoni, ix-xogħol sar bl-għodda tal-idejn, minflok bil-gafef u makkinarju ieħor. Fiż-żewġ każi fdalijiet li nstabu ġew inkorporati fid-disinn ġdid tat-triq, sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku. Infrastructure Malta qed taħdem biex dan il-proġett jitlesta fis-sajf li ġej.

Persuni li joqogħdu fil-Gżejjer Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm nies joqogħdu fil-Gżejjer Maltin - ta' Għawdex separatament minn dik ta' Malta - mill-1989 sal-2019 maqsuma sena b’sena? Kemm minn dawn twieldu Malta jew Għawdex, kemm minn dawn ħadu ċ-ċittadinanza Maltija u taħt liema ċirkustanzi? Kemm minn dawn għandhom permess ta' residenza għalkemm mhumiex ċittadini Maltin u minn liema pajjiż ġew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13116.
Leg 13 PQ #13118 Sitting 304 2020-03-03 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Persuni ta’ nazzjonalità barranija – ħruġ ta’ permess ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-permess ta' xogħol inħareġ lill-barranin mill-1989 sal-2019 sena b’sena? Ta' liema nazzjonalità huma f'kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li Jobsplus ħadet f’idejha l-proċess ta’ ħruġ ta’ permessi tax-xogħol f’Awwissu 2005. Għaldaqstant, id-dejta għas-snin mill-1989 sal-2004 mhijiex disponibbli għand Jobsplus. Barra minn hekk, fl-2014 Identity Malta bdiet toħroġ Single Permits lill-barranin filwaqt li Jobsplus bdiet toħroġ permessi tax-xogħol lil Third Country Nationals (TCNs) li ma jaqgħux taħt is-Single Permit Directive. Għalhekk, l-informazzjoni li tista’ tagħti Jobsplus hija dwar l-employment licences maħruġa minnha biss mill-2005 ‘l hawn. Dan mhux se juri l-istampa kollha nazzjonali minbarra l-fatt li ħafna mill-barranin qed jaħdmu f’Malta bis-saħħa tas-Single Permit u mhux bil-permessi tax-xogħol maħruga minn Jobsplus. It-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ liċenzji maħruġa minn Jobsplus minn Awwissu 2005 sa Diċembru 2019 sena b’sena. Snin Numru ta' Liċenzji li ħarġu 2005 - minn Awwissu sa Diċembru 1,395 2006 - Jannnar sa Diċembru 6,694 2007 - Jannnar sa Diċembru 7,621 2008 - Jannnar sa Diċembru 10,381 2009 - Jannnar sa Diċembru 10,060 2010 - Jannnar sa Diċembru 12,513 2011 - Jannnar sa Diċembru 7,204 2012 - Jannnar sa Diċembru 6,260 2013 - Jannnar sa Diċembru 7,432 2014 - Jannnar sa Diċembru 5,808 2015 - Jannnar sa Diċembru 2,530 2016 - Jannnar sa Diċembru 3,024 2017 - Jannnar sa Diċembru 3,740 2018 - Jannnar sa Diċembru 5,011 2019 - Jannnar sa Diċembru 6,263 Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant għandu japprezza li l-informazzjoni dwar in-nazzjonalità tagħhom għal kull sena jkun jinħtieġ ħafna xogħol u riżorsi biex tinġabar u ż-żmien huwa limitat ħafna. Għaldaqstant, jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar xi sena partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.

Trasport Pubbliku – karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi tal-linja jaħdmu fis-servizz tat-Trasport Pubbliku, mill-1989 sal-2019 sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ karrozzi tal-linja li kienu fis-servizz bejn is-snin 2000 u 2019 kien hekk kif muri fit-tabella sussegwenti: Sena Numru ta' karozzi tal-linja Sena Numru ta' karozzi tal-linja 2000 573 2010 566 2001 571 2011 324 2002 577 2012 288 2003 581 2013 238 2004 581 2014 284 2005 577 2015 408 2006 578 2016 405 2007 582 2017 416 2008 577 2018 417 2009 576 2019 425 Din l-informazzjon hija hekk kif kienet is-sitwazzjoni fl-aħħar ta’ kull sena.

Trasport Pubbliku – flus maħruġa mill-Gvern f’sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-Gvern f'sussidji biex jiġi pprovdut is-servizz tat-Trasport Pubbliku, sena b'sena mill-1989 sal-2019?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li diġa’ ngħataw f'dan ir-rigward hekk kif ġej: ·Għas-snin bejn 1999 u 2009 għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 15537 tal-Legislatura 11 ·L-ammont imħallas għas-sena 2010 kien ta’ €8,262,761(estimi); tat-2011 kien ta' €9,789,008 (estimi) u tas- sena 2012 kien ta’ €8,224,500. ·Għas-snin bejn 2013 u 2018 għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 9412 ta’ din il-Legislatura ·L-ammont li tħallas is-sena li għaddiet jiġġifieri 2019 kien ta' €30,481,400

Persuni li użaw is-servizz tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies li użaw is-servizz tat-Trasport Pubbliku (karozzi tal-linja), sena b'sena, mill-1989 sal-2019? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità Maltija u dawk ta' nazzjonalità barranija? Fil-każ ta’ dawk ta' nazzjonalità barranija, minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ passiġġieri bejn l-2005 u 2019 kienu skond it-tabella sussegwenti: Sena Numru ta' passiġġieri 2005 30,038,528 2006 30,601,634 2007 32,556,336 2008 32,017,316 2009 30,641,582 2010 31,690,114 2011 33,152,731 2012 34,030,681 2013 39,438,822 2014 43,687,135 2015 42,160,228 2016 43,253,238 2017 48,053,045 2018 53,467,404 2019 57,409,385 Informazzjoni mitluba tan-numru ta’ passigiera bejn 1989 u 2004 kif ukoll in-nazzjonalita` tal-passiġġiera, jien infurmat li tali nformazzjoni m’hijiex disponibbli.

Toroq — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali u distributorji li sar xogħol ta' bini mill-ġdid ta' triq / ingħata wiċċ ġdid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għall kull triq separatament, jista’ jgħid x' tip ta' xogħol (intervent) sar, meta kellu jibda x-xogħol u meta tlesta dan ix-xogħol, kemm kienet l-istima u kemm attwalment ġie jiswa flus kull intervent f'kull triq separatament? Fejn ix-xogħol għadu mhux lest, jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa? Kemm kien l-ispeed limit ta' kull triq qabel beda x-xogħol u kemm sar wara li tlesta x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsijia parlamentari jirrikejdi ħafna ħin, riżorsi u nies. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Toroq – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometri f'tul saru xogħlijiet ta' toroq arterjali, distributorji u residenzjali separatament sena b'sena minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiwieġeb din il-mistoqsija parlamentari jirrikejdi ħafna ħin, riżorsi u nies. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

CVA – numru ta’ karozzi li daħlu l-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont is-CVA kemm-il karozza daħlet il-Belt Valletta, ġimgħa b’ġimgħa, xahar b’xahar u sena b’sena mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’inhuma l-peak times filgħodu u waranofsinhar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.