Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awditur tal-Ippjanar – każijiet investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm investiga każijiet l-Awditur tal-Ippjanar mis-sena 2013 sal-2020, sena b'sena, in-numru tal-permess, il-lokalità u r-rakkomandazzjoni f'kull każ li għamel l-awditur kif ukoll x’azzjoni ħadet l-Awtorita tal-Ippjanar f'kull każ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li r-rwol ta’ Awditur Intern tal-Awtorita’ tal-Ippjanar gie twaqqaf permezz tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp tas-sena 2016, ghalkemm il-ħatra tal-Awditur ġiet fis-seħħ fl-4 ta’Dicembru 2017. Apparti dan ix-xogħol huwa jieħu ħsieb ukoll il-komunikazzjoni ma’ l-Ombudsman/Kummissarju ghal Ambjent u l-Ippjanar u wkoll ma’ l-uffiċċju ta l-Awditur fi ħdan l-Awtorita’ tal-Artijiet. Il-ka¿ijiet investigati jvarjaw minn permessig għal investigazzjonijiet rigwardanti impjegati tal-Awtorita’ u prattici tad-Direttorati. Infurmat ukoll li minħabba li ċerti dettalji jkunu jaqaw taħt l-Att Dwar il-Protezzjoni u Privatezza tad-Data dawn ma jkunux jistgħu jingħataw. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ħad-Dingli – linji mmarkati mill-Awtorità tal-Ippjanar ma jaqblux ma’ dak approvat fil-Pjan Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-linji li mmarkat l-Awtorità tal-Ippjanar dwar it-toroq li qed jiġu ppjanat li jinfetħu bejn Sqaq il-MUSEUM, Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco f’Ħad-Dingli ma jaqblux ma’ dak approvat fil-Pjan Lokali?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Ħad-Dingli – Skedar ta’ binja medjevali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx talba għall-iskedar tal-binja medjevali li hemm bejn Sqaq il-MUSEUM u Daħla tas-Sienja f’Ħad-Dingli u jekk fl-affermattiv, fejn waslet din l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet talba għall-iskedat tal-binja medjevali li hemm bejn Sqaq il-MUSEUM u Daħla tas-Sienja f’Ħad-Dingli. Din ġiet approvata mill-Kunsill Esekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar nhar it-Tlieta 13 ta’ Ottubru u għandha tidher fil-Gazzetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin.

Ħad-Dingli – toroq li ser jinfetħu – wisa’

Question

B’referenza għat-toroq li qed jissemma li ser jinfetħu bejn Sqaq il-MUSEUM, Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco f’Ħad-Dingli, jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi determinat il-wisa’ ta’ dawk it-toroq fejn il-pjan lokali juri biss il-linja tat-triq fuq naħa waħda, il-linja tal-ischeme 'il barra minnha però ma jurix il-linja fuq in-naħa l-oħra u allura l-pjan lokali ma jiddeterminax il-wisa' ta' tali triq? X'inhuma l-proċeduri li taddotta l-Awtorità tal-Ippjanar f'tali ċirkustanzi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-kazijiet fejn il-Pjan Lokali juri biss l-allinjament tal-bini fuq naha wahda u ma jurix il-linja tat-triq fuq in-naha l-ohra, japplikaw il-provvedimenti tal-Avviz Legali 291 tal-2018 li jistipulaw il-wisa’ minima tat-toroq.

Mqabba – Triq Santa Katerina, Triq il-Parroċċa u Triq San Bażilju – għoti ta’ tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jsir il-wiċċ tat-tarmak li sar f'parti minn Triq Santa Katerina, f'parti minn Triq il-Parroċċa u parti minn Triq San Bażilju fl-Imqabba minħabba li x-xogħol ma sarx kif suppost peress li hemm fejn it-tarmak mhux irrumblat sewwa, tarmak li jimblokka l-katusi li joħroġ minnhom l-ilma tax-xita, tappieri baxxi aktar minn wiċċ it-tarmak u partijiet mit-tarmak ġew iżommu l-ilma? X'inhi r-raġuni li fi Triq il-Parroċċa u Triq San Bażilju ma sarx gutter tal-konkos peress li ma hemmx bankini ħalli kif jitwitta t-tarmak, l-irrumblar tat-tarmak seta jsir sewwa? Ittieħdu l-livelli tat-triq qabel ma sar ix-xogħol ta' tarmak ħalli fejn hu possibbli kien jiġi evitat li overflows tal-ilma jiġu imblukkati bit-tarmak u t-tappieri tal-ilma jiġu livell mal-wiċċ tat-tarmak il-ġdid mhux aktar ‘l isfel jew aktar ‘il fuq mil-livell tat-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-parti ta’ Triq Santa Katarina li reċentement ingħatat wiċċ ġdid tat-tarmak ser tinqala’ u tingħatha mill-ġdid għas-spejjeż tal-kuntrattur. Dan japplika wkoll għall-parti mix-xogħol tat-tarmak li sar fi Triq San Bażilju. Dan ix-xogħol kollu ser isir wara li jitlesta l-aħħar parti tax-xogħol ippjanat marbut mal-cables tad-dawl, biex dan ix-xogħol isir f’venja waħda. Il-wiċċ ġdid tat-tarmak fi Triq id-Duluri (Triq il-Parroċċa, saret bil-cubetti) u Triq San Bażilju, sar skont ma kien speċifikat fid-dokumenti tat-tender. Overflows tal-ilma tal-btieħi li parti minnhom ġiet imblukkatha, finishing tat-truf tat-tarmak u rranġar ta’ livelli ta’ tappieri, ser jitranġaw ukoll mill-kuntrattur bħala parti mill-eżerċizzju ta’ snagging li għad irid jaħdem fuqu fil-ġranet li ġejjin.

NCV Code – phasing out tar-rigid buoyant apparatus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk skont l-NCV Code, li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jassigura livell għoli ta' sigurtà fuq il-bastimenti kollha, ir-rigid buoyant apparatus ġiex phased out għall-opri tal-baħar kollha, inkluż dawk tradizzjonali? Jew hemm xi eżenzjonijiet? Fil-każ li hemm xi eżenzjonijiet, għal liema bastimenti huma applikabbli dawn l-eżenzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li filwaqt li huwa minnu li l-iskop ewlieni ta’ l-NCV Code huwa sabiex jassigura livell għoli ta’ sigurta’ fuq il-bastimenti kollha li għalihom huwa applikabbli, f’ċertu każijiet ikun hemm lok għal ċertu devjazjonijiet prattiċi u saħansitra anke għal eżenzjonijiet, fejn ikun hemm bżonn. B’dan il-mod ikun asssigurat li s-sigurta’ meħtieġa fuq il-bastiment partikolari tkun milħuqa. Fil-każ tal-rigid buoyant apparatus dawn qed jiġu phased out minħabba s-sigurta ta’ l ekwippaġġ u l-passiġġieri. Fil-każ ta’ gulets tradizzjonali, tista’ ssir eċċezzjoni u jkun jista’ jibqa jopera b’rigid buoyant apparatus, wara li l-ewwel u qabel kollox jissodisfa l-kundizzjonijiet stretti fuq l-operat tiegħu li huma maħsuba għas-sigurta’ tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri abbord u li ġew ppubblikati mill-Awtorita’. Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili, dejjem ħadem fl-interess tas-sigurta’ marittima. Fil-fatt meta l-Awtorita’ tikkunsidra eżenzjonijiet jew eċċezzjonijiet dawn ikunu bbażati fuq evalwazzjoni oġġettiva, inter alia, li numru kbir ta’ kundizzjonijiet iridu kollha jiġu sodisfatti. Il-kundizzjonijiet jinkludu restrizzjonijiet fuq l-operat tal-bastimenti in kwistjoni.

Flyovers tal-Marsa – expansion joints

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu installati l-expansion joints tal-flyovers tal-Marsa peress li wħud mill-flyovers, għalkemm ilhom lesti xhur, għadhom bil-pjanċi fuqhom fejn suppost saret l-expansion joint? X’inhi r-raġuni li dawn l-expansion joints għadhom ma sarux għalkemm il-kostruzzjoni ta’ ċertu flyovers ilha lesta? Ma jaħsibx li d-dewmien biex jiġu installati dawn l-expansion joints jistgħu jikkawżaw ħsarat lill-istruttura tal-flyovers? Min ta l-parir tekniku li dawn l-expansion joints ma jiġux installati għalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’investiment ta’ €70 miljun b’fondi tal-Gvern u tal-Unjoni Ewropea, il-Marsa Junction Project huwa l-akbar investiment infrastrutturali li qatt twettaq fit-toroq Maltin. Dan il-proġett jinkludi aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li se jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, biex joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-tramuntana kif ukoll lejn in-nofsinhar bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu f’din il-ħolqa. B’hekk jispiċċa l-ħin ta’ stennija li kien ikun hemm bis-sistema ta’ traffic lights tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta u jonqos it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Il-proġett jinkludi wkoll infrastruttura sħiħa u aktar sostenibbli għal dawk li jivvjaġġaw b’mezzi alternattivi. Fil-fatt, il-proġett jinkludi bankini ġodda u pontijiet għall-mixi, korsiji u waqfiet għall-karozzi tal-linja, faċilitajiet ta’ park and ride u korsiji għar-roti maqtugħin mit-triq li wkoll qegħdin isiru bħala parti mill-proġett. Madwar din l-infrastruttura ġdida, Infrastructure Malta qed tifforma diversi żoni mħaddrin u msebbħin b’ħafna siġar ġodda u erba’ xogħlijiet artistiċi kbar. Qed tibni ġibjuni kbar taħt l-art għall-ħa¿na ta’ 1.5 miljun litru ilma tax-xita għat-tisqija ta’ dawn iż-żoni mħaddrin. Il-kuntratturi tal-proġetti qed ipoġġu aktar minn 13-il kilometru ta’ servizzi taħt l-art, fosthom pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-ilma u katusi għad-drenaġġ, mini (walk-through culverts) li minnhom jgħaddu l-cables tal-elettriku, pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi tat-telekomunikazzjoni oħrajn u katusi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Il-bieraħ, Infrastructure Malta fetħet tliet flyovers ġodda tal-Marsa Junction Project, hekk kif dan il-proġett issa daħal fl-aħħar fażijiet tiegħu. Dawn it-tliet strutturi ta’ flyovers qed jipprovdu konnessjonijiet diretti ġodda minn Triq Aldo Moro, il-Marsa, għal żewġ rotot ewlenin lejn in-nofsinhar li jingħaqdu f’din il-junction. L-ewwel tnejn mit-tliet strutturi ta’ flyovers magħqudin flimkien jeħduk mill-Marsa lejn Vjal Santa Luċija, li dan l-aħħar reġgħet infetħet fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Santa Luċija u Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien. Vjal Santa Luċija kienet ingħalqet aktar kmieni din is-sena bħala parti mill-istess proġett u dak tal-mini li qed jinbnew iktar ‘il fuq fl-istess rotta taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. It-tielet struttura ta’ flyover tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq Giuseppe Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa, il-Gudja, l-Ajruport u l-Mini ta’ Ħal Kirkop. Din il-flyover tipprovdi żewġ korsiji diretti bejn dawn iż-żewġ toroq u telemina d-djuq fil-korsiji li kien hemm fil-korsiji temporanji li servew għal din il-konnessjoni minn meta sena ilu l-aġenzija fetħet l-ewwel flyovers tal-proġett. Infrastructure Malta lestiet dawn it-tliet flyovers bis-saffi kollha t’asfalt u anke bl-expansion joints, teknoloġija maħsuba biex tilqa’ għall-movimenti naturali li jista’ jkun hemm bejn partijiet differenti ta’ strutturi bħal dawn, fosthom dawk ikkaw¿ati mit-tibdil fit-temperatura, mingħajr ma ssirilhom ħsara. B’hekk, il-gverta tal-flyovers tkun tista’ tagħmel dawn il-movimenti żgħar mingħajr ma jiġrilha ħsara. L-esperti tal-kuntratturi tal-proġett li ffinalizzaw l-ispeċifikazzjonijiet u li qed imexxu l-installazzjoni ta’ dawn l-expansion joints talbu li dawn isiru wara li jkun tqiegħed l-aħħar saff t’asfal tal-flyovers, sabiex verament isiru bl-aħjar mod possibbli. Fil-fatt, jekk dawn isiru qabel, ikun hemm ir-riskji li ma jiffunzjonawx kif meħtieġ u tiġrilhom aktar ħsara milli jagħmlu ġid. Bil-ftuħ tat-tliet flyovers ġodda lejn in-nofsinhar Infrastructure Malta se tkun tista’ tuża t-tliet flyovers l-oħrajn, li tlestew is-sena l-oħra, fid-direzzjoni proprja tagħhom lejn it-tramuntana. Sal-Ħadd li għadda dawn kienu qed jintu¿aw fid-direzzjoni opposta, bħala rotot lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dawn il-flyovers issa huma magħluqin għal ftit ġimgħat sabiex il-kuntratturi tal-proġett jiksuhom bl-aħħar saff t’asfalt, jinstallawlhom l-expansion joints u jagħmlulhom il-marki tal-linji u t-tabelli meħtieġa biex jindikaw id-direzzjoni finali tagħhom. Kif diġa ġie spjegat kemm-il darba, peress li dawn il-flyovers intużaw għal madwar sena fid-direzzjoni opposta, ma setgħux jitlestew bl-aħħar saff t’asfalt u bil-marki tal-linji u l-marki u t-tabelli tad-direzzjonijiet finali, għaliex kienu jkunu ta’ xkiel għas-sewwieqa. Għalhekk, infetħu b’mod sigur mingħajr l-aħħar saff t’asfalt, u b’materjal temporanju li jaqdi l-istess funzjoni tal-expansion joints mingħajr ma ssir ħsara lill-istruttura u lil expansion joints infushom. Issa li dawn il-flyovers m’għadx hemm bżonnhom bħala rotot temporanji lejn in-nofsinhar, beda x-xogħol biex jitlestew bl-aħħar saff t’asfalt u expansion joints, ħalli fil-ġimgħat li ġejjin nibdew nużawhom fid-direzzjoni proprja tagħhom lejn it-tramuntana tal-pajjiż. Aktar tard dan ix-xahar, Infrastructure Malta se tiftaħ ukoll il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija, minn Santa Luċija lejn il-Marsa. L-aġenzija mbagħad tkun tista’ tiftaħ ukoll is-seba’ (u l-aħħar) struttura ta’ flyover tal-junction ġdida tal-Marsa. Din il-flyover, li tlestiet ftit ġimgħat ilu bl-expansion joints b’kollox, se tgħaqqad il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija maċ-Ċimiterju tal-Addolorata u l-inħawi fejn se ssir l-faċilità ta’ park and ride bħala parti mill-istess proġett, lejn Triq il-Gvern Lokali fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi (fejn hemm iċ-Ċimiterju tat-Torok).

Qrendi – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9932, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq it-Tempesta, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda (San Niklaw) u Triq Sant’ Anna fil-Qrendi, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn it-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta); u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Sqaq tal-Lhudija x-xogħol tlesta f’Lulju 2019 u hu stmat li se jiswa mal-€110,000. Ix-xogħol fit-toroq l-oħrajn imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Safi – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9931, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq l-Iskola, Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit, Triq il-Kaċċatur u Triq il-Kuċċard, f'Ħal Safi, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x’xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Ix-xogħol fit-toroq imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Farruġ – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9930, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq in-Noqor u Triq Ħal Farruġ, f’Ħal Farruġ, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajji¿, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Triq in-Noqor ix-xogħol tlesta fi Frar 2020 u hu stmat li se jiswa mal-€250,000. Ix-xogħol fit-triq l-oħra msemmija mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Kirkop – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9929, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq il-Kbira, Triq San Benedettu, Triq San Ġużepp, Triq Nerik Xerri u Sqaq Sant’ Andrija f'Ħal Kirkop, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Ix-xogħol fit-toroq imsemmija mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Imqabba – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9928, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Innoċenzju, Triq is-Serrer u Triq George Marin fl-Imqabba, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn it-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x’xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Triq Innoċenzju x-xogħol tlesta f’Ġunju 2019 u hu stmat li se jiswa mad-€90,000. Ix-xogħol fit-toroq l-oħrajn imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Xogħol fuq toroq – garanzija ta’ kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9922 u 10003 u jgħid jekk fil-fatt xogħlijiet ta’ toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru/qed isiru minn Transport Malta/Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għandhomx garanzija fuq il-kwalità tax-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid għall kull triq li sar ix-xogħol fiha minn Transport Malta/Infrastructure Malta mil-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm għandha garanzija kull triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq ta’ l-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Minkejja li ma sabitx l-appoġġ tal-Oppożizzjoni, Infrastructure Malta twaqqfet minn dan il-Parlament is-sena li għaddiet biex tiffoka fuq dan l-impenn nazzjonali. Din l-aġenzija mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, bħal dawk tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid tal-Marsa-Ħamrun Bypass u t-twessigħ ta’ Triq Diċembru 13, Triq il-Buqana, Triq Reġjonali u Triq tal-Balal, Infrastructure Malta għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq lokali oħra aktar tard din is-sena. Fl-istess waqt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħra, bħal ma rajna fil-ġimgħat li għaddew f’aktar minn 17-il triq f’Buġibba u l-Qawra, fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura u Triq it-Torri, f’Tas-Sliema, fost oħrajn. Kull xogħol li jsir għandu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, skont it-tip ta’ triq, l-użu tagħha u n-natura tax-xogħol li jkun qed isir. Bħal ma jaf sew l-Onorevoli Interpellant, il-kuntratti ta’ dawn ix-xogħlijiet ikollhom stipulati perjodi ta’ garanzija, li matulhom il-kuntratturi li jkunu għamlu x-xogħol jin¿ammu responsabbli għal kull nuqqas li jirriżulta minħabba xogħol jew materjali li ma jkunx sar tajjeb, jew li ma jkunx laħaq l-livelli stabbiliti mitluba minn Infrastructure Malta. It-tul ta’ dawn il-perjodi jvarja skont it-tip ta’ xogħol li jkun sar. Fl-istess waqt, lilhinn mill-iskadenzi tal-garanzija stipulati fil-kuntratti, il-prassi f’dan is-settur hi li fejn jidħlu proġetti ewlenin ta’ bini mill-ġdid ta’ l-istruttura sħiħa ta’ toroq arterjali jew residenzjali, l-infrastruttura li ssir tkun meqjusa li kapaċi sservi 25 sena jew aktar, dejjem jekk tiġi miżmuma tajjeb bit-tiswijiet u l-manutenzjoni perjodika meħtieġa matul is-snin.

BUS 809 – rotta 49 – display bil-lingwa Torka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-25 ta’ Frar 2020 il-karozza tal-linja BUS 809 li fis-6.25pm kienet qed taħdem fuq ir-rotta numru 49 kellha d-display tagħha bil-lingwa Torka u mhux bl-Ingliż? X’passi qed jittieħdu mill-Malta Transport biex jiġi assigurat li l-karozzi tal-linja kollha li joperaw fis-servizz tat-Trasport Pubbliku jkunu konformi ma’ dak stipulat fil-kuntratt? Ma jaħsibx il-Ministru li tkun diffiċli għall-passiġġieri li jaqraw id-display tal-karozzi tal-linja jekk il-lingwa użata tkun dik Torka u mhux Ingliża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’, Transport Malta wettqet spezzjoni fuq il-karozza tal-linja mmsemmija f’din il-mistoqsija parlamentari u sabet li d-displays kienu qedgħin jahdmu kif rikjest fil-kuntratt. Madanakollu, Transport Malta ser tkun qed tinvestiga x’seta’ ġara f’dan il-kaz. Infurmat ukoll li qabel ma’ karrozza tal-linja titpoġġa fis-servizz għall-ewwel darba tiġi spezzjonata minn uffiċċjali ta’ l-Awtorita` sabiex jiġi kkonfermat li għandha r-rekwi¿iti kollha meħtieġa hekk kif mitluba fil-kuntratt. Jekk dawn ir-rekwi¿iti ma jintlaħqux il-vettura ma tiġix reġistrata. Barra minn dan, uffiċċjali ta’ Transport Malta jwettqu spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja waqt li dawn jkunu fis-servizz. L-Awtorita` tieħu l-passi hekk kif stipulat fil-kuntratt meta ikun hemm non-conformities li jiġu nnotati.

Numru komplessiv ta’ karozzi tal-linja operattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru komplessiv ta’ karozzi tal-linja operattivi (kemm jekk il-karozzi tal-linja kienu ta’ sidien individwali, kemm jekk kienu ta’ kumpanija kif ukoll jekk kienu mikrija lill-kumpanija li topera s-servizz pubbliku), sena b’sena, u konsegwentament kemm inġarru passiġġieri għal kull sena indikata, biex ġie mħaddem it-Trasport Pubbliku mill-2009 sal-2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Malta Public Transport – spezzjonijiet mill-uffiċjali ta’ Transport Malta — default notice

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru spezzjonijiet mill-uffiċjali ta' Transport Malta fuq it-Trasport Pubbliku pprovdut mill-Malta Public Transport? Kemm-il default notice ħarġet, bejn l-2016 u l-2019, sena b’sena u separatament fir-rigward ta’: (a) karozzi tal-linja li għalkemm ma jkunux mimlija, jibqgħu għaddejjin u ma jgħabbux nies? (b) karozzi tal-linja li jaqbżu r-rotot u jħallu nies fuq l-istage? (c) kemm jitgħabbew nies bil-wiefqa aktar min-numru stabbilit? (d) kemm instabu xufiera li la jafu jikkomunikaw bil-Malti u lanqas bl-Ingliż? (e) kemm instabu karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell minimu stabbilit ta' ndafa kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra? (f) kemm instabu karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell stabbilit ta' apparenza (daqqiet fuq il-karozzi tal-linja, fanali ma jaħdmux, eċċ.)? Jista’ l-Ministru jgħid kemm weħel multi l-operatur tat-Trasport Pubbliku f’kull każ ta’ nuqqas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9946 tas-Seduta 225.

Karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku bħalissa fit-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li f’Jannar ta’ din is-sena l-Operatur tat-trasport pubbliku ġab Malta karrozza tal-linja li taħdem bl-elettriku bi prova sabiex ikun jista’ jiġi studjat kif karrozzi tal-linja ta’ dan it-tip jkunu jistgħu jaħdmu fil-kuntest lokali.

Klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tat-toroq b’rati għolja ta’ aċċidenti u tas-sigurtà tan-netwerk tat-toroq

Question

Peress li Artiklu 10 tal-Avviż Legali 291 tal- 2018 jgħid li 'għallinqas kull tliet snin, għandha ssir mill-Awtorità klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tat-toroq b’rati għolja ta’ aċċidenti u klassifikazzjoni tas-sigurtà tan-netwerk tat-toroq, abbażi ta’ reviżjonijiet tal-operat tan-netwerk tat-toroq arterjali u distributorji', jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-klassifikazzjoni saritx, u jekk fl-affermattiv ta' liema toroq? Jista’ jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-Klassifikazjoni tas-sigurta’ tan-‘network’ tat-toroq saret u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta / Infrastructure Malta – proġetti tat-toroq – safety audits

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9941, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Safety Audits li għamel referenza għalihom hu stess fir-risposta tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Karozzi tal-linja – passiġġieri bil-wieqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu permissibbli passiġġieri bil-wieqfa f'kull karozza tal-linja li qed jopera l-operatur tas-servizz tat-Trasport Pubbliku? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Certificate of Conformity (COC) li nħareġ mill-manifatturi tal-karozzi tal-linja li bħalissa qed joperaw fuq id-diversi rotot madwar Malta u Għawdex ħalli jkun stabbilit eżatt in-numru ta’ kemm kull karozza tal-linja tista’ ġġorr passiġġieri bil-wieqfa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta’ passiġġiera ta’ kull tip ta’ karozza tal-linja li jintużaw fil-preżent fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huwa hekk kif indikat fit-tabella sussegwenti: Tip ta' Vettura Bil-wieqfa Bil-Qiegħda Total Capacity King Long 18 28 46 King Long 30 41 71 Otokar 37 31 68 Otokar 63 35 98 Mercedes (Sprinter) 9 17 26 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ Certificate of Conformity (COC) ta’ kull tip ta’ vettura li hawn fuq imsemmija.