Xatt ta' Birżebbuġa — hut mill-fishfarms li qed jinstab mejjet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jinstab ħut tal-fishfarms mejjet max-Xatt ta' Birżebbuġa, u għaldaqstant jista’ jispjega x'qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu xufiera li skaditilhom it-tag li biha jkunu jistgħu jsuqu karozzi tal-linja, taxis, mini buses, privates, eċċ. peress li dawn qed isibu problema biex din tiġi mġedda minn Transport Malta? Peress li dawn ġew infurmati minn Tranport Malta stess li dan id-dewmien hu kaġun tas-Cyber Attack li l-Awtorità kellha xi xhur ilu u b'hekk dawn ma jistgħux isuqu vetturi ta' trasport pubbliku jekk ma tkunx aġġornata, jista’ jara li jsir xi tip ta' arranġament temporanju sabiex it-tags li skadew jew li ser jiskadu fil-futur qarib, jiġu estiżi sakemm is-sitwazzjoni tiġi għan-normal? Jista’ l-Ministru jgħid x'kumpens ser jieħdu dawk ix-xufiera li jitilfu x-xogħol minħabba dan id-dewmien minn Transport Malta jekk din it-tag ma tiġix aġġornata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li xufiera li skaditilhom it-tag jew li ser tiskadilhom fil-futur qarib, jistgħu jkomplu jsuqu l-vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri, karozzi tal-linja, taxis u vetturi żgħar għall-ġarr ta’ passiġġieri, bit-tag skaduta flimkien mall-irċevuta li turi li sar il-ħlas biex tiġi rrinnovata t-tag. L-operaturi li jħaddmu x-xufiera, huma nfurmati li fi minhabba f’din ic-cirkostanza jistgħu jħallu lix-xufiera jsuqu l-vetturi tagħhom bit-tag skaduta.
Transport Malta – tiġdid tat-tag tax-xufiera – żieda fil-miżata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-miżata li titħallas lil Transport Malta biex tiġi mġedda t-tag tax-xufiera li biha jkunu jistgħu isuqu karozzi tal-linja, taxis, mini buses, privates, etc. għoliet b'aktar minn 45% minn Novembru 2020 ‘l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas dovut lill-Awtorità għat-Trasport f’Malta sabiex tiġi mġedda it-tag tax-xufier hija ta’ €12. L-Awtorità tiġbor ukoll il-ħlas ta’ €5.50, liema ħlas jiġi mgħoddi lill-Kummissarju tal-Pulizija, sabiex l-Awtorità, għan-nom tax-xufier, tikseb il-Fedina Penali tiegħu u b’hekk tkun f’pożizzjoni li tipproċessa l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost tieħu tul ta' żmien biex tiġi mġedda t-tag ta' Transport Malta li biha xufiera jkunu jistgħu jsuqu karozzi tal-linja, taxis, mini buses, privates, etc.?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tipproċessa l-applikazzjoni għat-tiġdid tat-tag minnufiħ wara li tirċievi l-Fedina Penali mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16646 fejn staqsejt lil Ministru x'inhi r-raġuni li meta ssir kwalunkwe tip ta' trinka għal kwalunkweAwtorità/Dipartiment/Kumpanija Privata/Individwu madwar Malta u Għawdex kollha, minflok isir wiċċ temporanju bl-asfalt, kif kienet il-prassi sa seba’ snin ilu, dan il-wiċċ temporanju qed isir bil-lean mix bil-konsegwenza li malli tagħmel ftit xita, dan il-wiċċ jinqala’ u t-triq timtela bil-ħofor b'periklu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolatur ta' xogħlijiet fit-toroq tagħna hijiex Transport Malta? Jekk ir-regolatur huwa Transport Malta, il-kundizzjonijiet biex isiru xogħlijiet fit-toroq ta' pajjiżna mhux din l-awtorità (u ċjoè Transport Malta) tagħmilhom? Jekk fl-affermattiv, allura mhux Transport Malta qiegħda tħalli lil diversi awtoritajiet / dipartimenti ma jagħmlux ir-reinstatement temporanju bl-asfalt?
Response (BORG, IAN)
Nieħu gost ninnota li l-Onor. Bezzina qed jirrealizza li x-xogħol fit-toroq illum m’għadux isir kif kien isir “seba’ snin ilu”. Nifhem li qed jalludi għal żmien l-amministrazzjonijiet ta’ Gvern Nazzjonalista, meta sfortunatament għalina llum, pajjiżna kien jara ferm inqas investiment fit-toroq milli kien hemm bżonn. Il-Gvern illum jagħraf li n-nixfa fl-investiment fit-toroq f’Malta u Għawdex qabel l-2013 hija r-raġuni ewlenija għaliex pajji¿na llum qed ikollu jagħmel sforz ferm akbar biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità għolja, b’inqas riskji t’aċċidenti għal mezzi differenti tal-ivvjaġġar, b’inqas ħin fit-traffiku u inqas tniġġis tal-arja fil-lokalitajiet tagħna. Madankollu, il-Gvern dawwar din l-isfida f’opportunità, hekk kif qed ninvestu aktar minn €100 miljun fis-sena għal toroq aħjar f’pajjiżna.
Sa seba’ snin ilu, ftit li xejn kienu jinbnew toroq mill-ġdid. Għalhekk, it-toroq kienu jinqalgħu l-aktar meta xi entità, bħal dawk tas-servizzi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni, ikollha b¿onn tirranġa jew iżżid xi pajpijiet, katusi jew cables taħt l-art. Kif ix-xogħol tas-servizzi kien ikun lest, it-trinka kienet timtela’ mill-ġdid u tinkesa bi strixxa t’asfalt fuq it-trinka biss. Ħafna drabi, wara ftit żmien, l-asfalt fuq it-trinka jisfronda u joħloq ħofra twila tul it-triq, b’periklu għal dawk li jgħaddu minnha.
Illum il-Gvern, permezz ta’ Infrastructure Malta, qed jibni mill-ġdid u jtejjeb għexieren ta’ toroq arterjali, residenzjali, rurali u oħrajn. Fil-fatt, din is-sena din l-aġenzija diġa bniet mill-ġdid jew tejbet madwar 120 triq differenti. Fl-istess waqt, qed twettaq l-akbar proġetti infrastrutturali li qatt rajna f’Malta, bħal Marsa Junction Project, il-mini ta’ Santa Luċija u Central Link Project, bejn Ta’ Qali u l-Imrieħel.
Meta l-Onorevoli Bezzina jinnota xi triq li fiha jkun hemm trinka temporanjament miksija bil-konkos jew materjali simili adekwati għal dan il-għan minflok bl-asfalt, ikun ifisser li l-Gvern ikun ħa l-opportunità biex kif ikun hemm ix-xogħlijiet tas-servizzi fit-triq, Infrastructure Malta tirranġa l-infrastruttura tagħha kollha. Kif ninsab ċert li l-Onorevoli Bezzina jaqbel, ma jagħmilx sens li trinka fi triq li tkun qed tinbena mill-ġdid tinkesa bl-asfalt meta dan xorta jkun ser jerġa’ jinqala’ ftit wara biex it-triq tinbena mill-ġdid. Għalhekk, sakemm jitlestew xogħlijiet oħra bħal bankini ġodda, sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u servizzi t’entitajiet oħra taħt l-art, it-trinek jinksew bil-konkos u materjali oħra simili b’mod temporanju. B’hekk jiġi evitat li triq tinkesa b’asfalt li jerġa’ jinqala’ ftit wara.
Fl-aħħar mill-aħħar, fejn qabel konna naraw ħafna trinek imraqqa’ bi strixxi dojoq t’asfalt waħda ħdejn l-oħra, issa qed naraw ħafna toroq jinbnew mill-ġdid, b’infrastruttura ta’ kwalità li sservi aktar fit-tul u li tixraq lir-residenti tagħha, u lil dawk li jgħaddu minnha. Għalhekk, meta l-Onorevoli Bezzina jara triq b’xi trinka temporanjament mimlija bil-konkos, jista’ jqisha bħala triq oħra li dalwaqt ser tibbenefika mill-investiment ta’ dan il-Gvern għal toroq aħjar.
Il-Mosta — Triq il-Farinal - xogħol ta' bini ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jsir ix-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' Triq il-Farinal, il-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 120 triq residenzjali. It-triq indikata diġà kienet ippjanata mill-aġenzija biex ukoll tinbena mill-ġdid fiż-żmien li ġej flimkien ma’ diversi toroq oħrajn.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16643, jista’ l-Ministru jgħid xi kkawża l-ħsara fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Luqa, ftit wara li kien għadu kemm sar ix-xogħol ta' tarmak fuq l-istess triq? X'inhi r-raġuni li għalkemm għadda aktar minn xahar minn meta saret din il-ħsara, it-tiswijiet neċessarji għadhom ma sarux bil-konsegwenza li ż-żona fejn saret il-ħsara hija ta' periklu għal kull min juża din it-triq? Peress li t-triq fejn inqagħlat din il-ħsara għada kemm saret bit-tarmak, jista' jgħid għaliex is-servizzi li qed jgħaddu minn taħt wiċċ it-triq ma nbidlux qabel sar it-tarmak ħalli kienet tiġi evitati din il-ħsara?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħdha tinvestiga r-rapporti li rċiviet minn Infrastracture Malta.
B' referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17033, fejn għamel referenza għal kameras ta' sorveljanza li hemm installati ġol-iskatepark ta' Birżebbuġa, jista' l-Ministru jara li jiġu installati wkoll kameras ta' sorveljanza fejn l-iskatepark biex tkun issorveljata l-area mill-atti vandali li jsiru ta' sikwit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bir¿ebbuġa illi l-cameras li hemm installati diġa, jiċċirkondaw l-area tal-madwar minn kull angolu.
Jista' l-Ministru jara li biex ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar ikunu moqdija, issir rotta tat-trasport pubbliku mix-Xemxija bi frekwenza ta' kull nofs siegħa għax ir-rottot 41 u 42 li qed jitilqu miċ-Ċirkewwa u jgħaddu minn San Pawl il-Baħar, qed ikunu mimlijin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta kif ukoll dawk ta’ l-operatur tat-trasport pubbliku qedgħin jissorveljaw l-andament tas-servizz tal-karozzi tal-linja ġewwa San Pawl il-Baħar. Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport pubbliku qiegħed jagħmel vjaġġi addizzjonali kull meta jkun hemm il-ħtieġa.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li barra r-rotot 41 u 42 li jitilqu miċ-Ċirkewwa hemm zewġ rotot oħra li d-destinazjoni finali tagħhom hija l-Belt Valletta ukoll. Dawn huma ir-rotta 48 li mill-venda ta’ Buġibba tidħol San Pawl il-Baħar u tkompli ssegwi r-rotta bħar-rotta 41 u ir-rotta 49 li titlaq mill-Mellieha tgħaddi San Pawl il-Bahar, in-Naxxar u mill-bus stop Technopark fil-Mosta tkompli bħar-rotta 41.
Ta’ min jinnota li dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata kien hemm tlieta u ħamsin vjaġġ addizjonali fuq dawn ir-rotot.
Jista’ l-Ministru jindika meta se jinbeda x-xogħol fi Triq San Ġorġ Birżebbuġa biex tissolva l-problema li jitla’ l-baħar fit-triq, liema xogħol kellu jinbeda fl-aħħar ta’ Settembru iżda sa issa għadu ma nbeda xejn? Jista’ jserraħ ras ir-residenti li ladarba jinbeda x-xogħol se jkunu elenkati b’mod ċar ir-rotot alternattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se timplimenta proġett li tfassal mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan l-istess Ministeru bil-għan li tittaffa l-problema tal-għargħar fl-inħawi ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa, biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.
It-toroq u l-bini f’din iż-żona jinsabu prattikament mal-livell tal-baħar. Ikun hemm drabi, mhux neċessarjament waqt xi maltempata, fejn il-livell tal-baħar saħansitra jogħla aktar mil-livell tat-triq, bil-konsegwenza li jkun hemm diffikultajiet t’għargħar. Dan il-fenomenu ilu jikkaġuna problemi u inkonvenjenti kbar partikolarment lir-residenti għal ħafna snin. Ċerti proposti li saru fil-passat instab li jikkaġġunaw aktar riperkussjonijiet għal djar fil-viċin u bini ieħor.
Għaldaqstant, ried jinstab x’inhu l-aħjar intervent li għandu jsir biex itaffi l-problema tal-għargħar mingħajr ma jitpoġġew f’riskju l-proprjetajiet li hemm fl-inħawi. Wara li għal xi żmien ġiet evalwata s-sitwazzjoni partikolari tat-toroq fiż-żona, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura stabbilixxa pjan li jidhirlu li huwa l-aħjar soluzzjoni għall-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar, mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi fuq il-bini tal-madwar.
Bil-proġett li se timplimenta b’investiment ta’ madwar €400,000 Infrastructure Malta se timmodifika l-livelli tat-toroq. Barra minn hekk, se jiżdiedu l-kanali għall-ilma (water culverts) billi se jsiru oħrajn ġodda, waqt li dawk eżistenti se jitwessgħu fosthom dak li hemm fil-ġnien pubbliku, jew jinbnew mill-ġdid. Wara mbagħad jinbnew ukoll mill-ġdid il-bankini u t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Bħalissa qed jiġi konkluż il-proċess tal-għażla u x-xogħlijiet fuq dan il-proġett se jibdew malli jintgħażel il-kuntrattur. Bħalma jiġri dejjem meta jkun hemm xogħlijiet bħal dawn jiġu ppjanati rotot alternattivi bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta biex jonqos kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti u kull min jivvjaġġa mill-inħawi.
Infrastructure Malta hija impenjata li gradwalment tkompli ttejjeb in-netwerk tat-toroq ta’ din il-lokalità u infrastruttura marittima oħra fil-qrib. F’Birżebbuġa l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq oħrajn li jinkludu Triq il-Brolli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq il-Bżulija, Triq il-Musbieħ, Triq il-Għirgħien, Triq Ferdinand Stuflesser u Triq Żaren Dalli li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tasal sa max-xatt, proprju fiż-żona ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa. Apparti toroq oħrajn f’Birżebbuġa, triq oħra li tagħti wkoll għax-xatt fl-istess żona u li diġà qiegħda fil-pjan biex isir xogħol fiha hija Triq it-Tankijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-wearing course (u ċjoè l-aħħar kisja ta' tarmak f'wiċċ it-triq) fi Triq Patri Ġuże Delia, il-Mosta peress li x-xogħol ilu wieqaf aktar minn tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 120 triq residenzjali. Ix-xogħlijiet biex inbniet mill-ġdid it-triq indikata kienu jinkludu l-allinjament tat-triq kif speċifikat fil-pjanijiet lokali u tisħiħ tal-pedamenti tagħha, bankini u bdil tas-servizzi kollha tad-drenaġġ, ilma, dawl u telekomunikazzjoni li hemm taħt l-art. L-aħħar kisja bl-asfalt se ssir fil-ġimgħat li ġejjin malli jtlesta xogħol fi propjetà li hemm fl-istess triq li jrid isir minn terzi. Dan biex jiġi evitat li ssir ħsara lill-wiċċ tat-triq wara li titlesta.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista' l-Ministru jara li s-central strip li saret reċentement fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta hux qed tkun ta' periklu għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-imsemmija central strip hija parti minn pjan li kien approvat mill-Awtorita’ tat-Ippjanar permezz ta’ PC11/13 fit-8 ta’ Jannar 2015 u PA5549/10 fis-16 ta’ Marzu 2015. Il-proġett ħolistiku għal din it-triq jinkludi roundabout ġdida għal aċċess aħjar għall-MCAST u diversi żviluppi ġodda fil-madwar li għandhom bżonn aċċess minn Triq id-Difiża Ċivili, kif ukoll l-imsemmija service road li ġiet iddisinjata sabiex jiġi kkontrollat id-dħul u l-ħrug għal fuq Triq id-Difiża Ċivili filwaqt li tgħaqqad t-toroq il-ġodda fuq in-naħa tan-nofsinhar tat-triq li jwasslu għaż-żona ġdida ta’ żvilupp li hemm ippjanat.
Sakemm jitlestew ix-xogħolijiet kollha qiegħed ikun hemm arranġamenti temporanji sabiex jiggwidaw is-sewwieqa u jitnaqqas ir-riskju ta’ periklu għal dawk li jużaw din it-triq.
L-Imqabba — Triq il-Konvoj ta' Santa Marija - central strip
Question
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 16649, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġra li se jitħawlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu? Meta ser jitħawlu dawn is-siġar?
Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati CCTV cameras fejn l-iskatepark ta' Birżebbugia biex tkun sorveljata l-area mill-atti vandali li jsiru ta' sikwit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia li l-iskatepark diġà mgħammar bil-kameras ta’ sorveljanza.
L-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija — siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġar li se jitħawlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu? Meta ser jitħawlu dawn is-siġar?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jikkawża li kull meta tagħmel ix-xita, diversi toroq madwar il-pajjiż qed jegħrqu bl-ilma tax-xita? Biex tiġi evitata din il-problema, għaliex il-Gvern mhux jinvesti f'water culverts, speċjalment fejn qegħdin isiru toroq ġodda bit-tarmak?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull proġett li qed tagħmel fit-toroq madwar il-pajjiż, Infrastructure Malta qed tqis is-sistemi kollha nkluż dawk għall-ġbir tal-ilma tax-xita u servizzi li jkun hemm fihom biex tara kif dawn ittejjibhom.
Bħala ftit eżempji nsemmi li f’żewġ toroq ewlenin li qegħdin isiru bħalissa, Triq San Pawl in-Naxxar u Triq il-Wied li tiġi bejn l-istess lokalità u l-Iklin, instabu sistemi antiki għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li kienu imblukkati matul is-snin u qed tibnihom mill-ġdid. F’dan iż-żewġ toroq l-aġenzija qed tqiegħed medda ta’ katusi twila aktar minn kilometru u tibni diversi spralli biex jonqsu d-diffikultajiet tal-għargħar f’dawn l-inħawi.
Fi Vjal Santa Luċija li għadha kif inbniet mill-ġdid saru aktar minn 100 sprall tal-ilma tax-xita. Waqt li bħala parti mill-Marsa Junction Project qed jinbnew tliet ġibjuni għall-ġbir tal-ilma tax-xita u ġibjun ieħor qed isir ukoll bħala parti mis-Central Link Project, quddiem ċimiterju ta’ Ħ’Attard.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull fejn qed issir triq ġdida bit-tarmak huwiex jittieħed topographical survey tat-triq u jekk humiex jiġu studjati l-livelli ħalli fejn f’partijiet tat-triq tkun iżżomm l-ilma tax-xita, meta jsir it-tarmak il-ġdid, din il-problema tiġi evitata? Jista’ jgħid jekk hux minnu li meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jinżamm mal-livelli eżistenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tat-tweġiba 7931 tas-Seduta 175.
M’hijiex minnha l-allegazzjoni li “meta l-kuntratturi tat-tarmak ikunu ser jagħmlu triq ġdida bit-tarmak, qed jingħad lilhom mill-Aġenzija responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq biex il-wiċċ il-ġdid tat-tarmak jin¿amm mal-livelli e¿istenti tat-triq bir-riżultat li b' hekk, jekk triq ikollha problema li meta tagħmel ix-xita jiffurmaw għadajjar tal-ilma tax-xita, din it-triq tibqa’ bl-istess problema meta jsir il-wiċċ ġdid bit-tarmak”. Madankollu, jekk l-Onor. Bezzina għandu xi każi speċifiċi ta’ toroq li nbnew mill-ġdid u li fihom hemm diffikultajiet bl-ilma tax-xita, nissuġġerixxu li jipprovdi d-dettalji sabiex fejn ikun hemm, tittieħed azzjoni fl-aħjar interess tar-residenti u dawk kollha li jużaw l-istess toroq.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ssir trinka, minflok isir wiċċ temporanju bl-asfalt kif kienet il-prassi sa seba’ snin ilu, dan il-wiċċ temporanju qed isir bil-lean mix bil-konsegwenza li malli tagħmel ftit xita, dan il-wiċċ jinqala’ u t-triq timtela bit-toqob b'periklu għas-sewwieqa li jgħaddu mit-triq? Min ħa din id-deċiżjoni teknika u għal liema raġuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li x-xogħol ta’ trinek fit-toroq isir minn ħafna entitajiet u kumpaniji tal-Gvern u privati differenti, u anke minn individwi, u peress li hemm trinek li jsiru minħabba xogħlijiet fl-infrastruttura taħt l-art u oħrajn li jsiru waqt xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid jew manutenzjoni tat-toroq infushom, jista’ jiġi speċifikat eżattament għal liema tip ta’ xogħol qed issir referenza għaliha.
Awtorità tal-Ippjanar – Forward Planning Unit — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-nies li żdiedu fil-Forward Planning Unit fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar f'din l-aħħar sena u f'liema grad huma? Jista’ jgħid jekk ħarġitx call for applications għal dan il-post? Jista’ jgħid x'inhi l-esperjenza ta' dawk magħżula għal dan il-post?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena kien hemm ħames (5) persuni li ġew allokati mad-diviżjoni tal-iStrategy and Policy Formulation, li qabel kienet tissejjah Forward Planning. Iz-zieda kienet qed taghmel tajjeb għal replacement ta’ ħames (5) persuni li marru jaħdmu f’dipartimenti oħra jew irriżenjaw, matul dan l-istess perjodu. Il-persuni l-ġodda li marru jaħdmu fid-diviżjoni tal- iStrategy and Policy Formulation, kienu wieħed b’riżultat ta’ call for application, wieħed b’ingaġġ fuq bażi ta’ trust, u tlieta ġew trasferiti minn dipartimenti oħra. Kull wieħed minn dawn il-persuni għandu l-esperjenzi neċessarji sabiex ikun jista’ jgħamel xogħlu kif jixraq u b’effiċjenza.