Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17951 u ċjoè: Peress li l-festi f'pajjiżna huma kkunsidrati li jsostnu l-identità Maltija u d-diversi għaqdiet li jorganizzaw dawn il-festi huma għaqdiet volontarji, u għalkemm f'Ġunju kienu ngħataw diġà xi forma ta' għajnuna mill-Gvern, peress li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 l-attivitajiet kollha li kienu jiġu organizzati bħala 'fund raisers' kellhom jiġu kkanċellati barra l-fatt li l-bottegini ta' dawn l-għaqdiet kellhom jingħalqu għal diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-għaqdiet humiex ser jiġu kkumpensati għal dan it-telf ta' flus? Jekk fil-fatt il-Gvern ser jikkumpensa lil dawn l-għaqdiet, f'liema forma ser tkun din l-għajnuna u kemm ser ikun l-ammont?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghar-risposta ghal-Mistoqsija Parlamentari numru 18575.
Madankolla nerġa nikkonferma li dawn il-fondi se jerġgħu jkunu disponibli matul din is-sena.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4748 u 17949, jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati għan-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari fiż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Ħal Luqa biex jattiraw aktar turisti lejn din in-naħa ta' Malta peress li fir-risposti tiegħu ma' semma l-ebda progett li hu ppjanat li jsir f' dawn il-lokalitajiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minbarra l-proġetti ġa msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17949, il-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur għaddej b’numru ta’ proġetti fl-inħawi taż-Żurrieq, Mqabba, Ħal Safi u l-Qrendi. Fost dawn il-proġetti nsibu l-r-restawr u tisbiħ tal-ġnien storiku magħruf bħala Ġnien tal-Kmand f’Ħal Safi, liema xogħol ġa beda. Qed isir ukoll restawr fuq numru ta’ knejjes żgħar u statwi fil-lokalitajiet tal-Imqabba, il-Qrendi u Ħal Safi. Apparti minn hekk, il-Ministeru qiegħed jaħdem fuq proġett sabiex jirranġa numru ta’ lattrini pubbliċi li jinstabu f’żoni turistiċi fosthom dik ta’ Wied iż-Żurrieq.
Peress li fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17948 il-Ministru qal li ma hemmx il-ħsieb li jsir il-multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq minħabba raġunijiet ambjentali, peress li dan il-parkeġġ huwa diġà asfaltat u diġà qiegħed jintuża bħala parkeġġ, jista’ l-Ministru jispjega x'effetti ambjentali jista’ jkollu tali proġett jekk dan isir? Jista’ jgħid jekk ġewx identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess li fihom jiġi pprovdut tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta' turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku f'każ li l-Gvern jiddeciedi li dan il-multi-level parking ma jsirx?
Żurrieq — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19865 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità taż-Żurrieq mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità taż-Żurrieq hemm tnejn li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq Ganu (380 metru) u triq ġdida fi Triq Sant’Agata (56 metru) bi spiża totali ta’ €416,872.
Qrendi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19864 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Qrendi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità tal-Qrendi hemm tlieta li qatt ma kienu asfaltati li huma Sqaq il-Mejda San Niklaw (465 metru), Sqaq tal-Lhudija (465 metru) u Triq il-Kabiri (42 metru) bi spiża totali ta’ €317,612.
Imqabba – bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19863 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità tal-Imqabba mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità tal-Imqabba hemm triq ġdida fi Triq Innoċnezju (81 metru) li qatt ma kienet asfaltata u l-ispiża ammontat għal €84,055.
Ħal Kirkop – bini ta’ toroq residenzjali mill-ġdid li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19862 jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop ma kien hemm l-ebda triq li qatt ma kienet asfaltata.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li jindikaw is-cycle lanes kollha li hawn f'Malta u jgħid jekk kull waħda minn dawn is-cycle lanes hijiex konformi ma’ standards tal-EU?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li jindikaw il-bus lanes kollha li hawn f'Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-bus / priority lanes f’Malta jinstabu hekk kif ġej:
· Floriana Triq Sant Anna u Triq Sarria
· Msida Misrah il-Menqa u Misrah Guze Ellul Mercer
· Pieta Triq Marina
· Sliema Triq ix-Xatt
· Gzira Triq ix-Xatt
· Marsa Marsa Park & Ride u Triq il-Labour
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Warranting Board tal-Inġiniera tal-aħħar ħames snin minn meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura u s-sensitiva ta’ l-informazzjoni li fihom id-dokument msemmija.
Operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku – multi għal diversi nuqqasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19880 u jgħid, xahar b’xahar, kemm weħel multi l-operatur tas-servizz tat-trasport pubbliku għal diversi nuqqasijiet fil-provvista tas-servizz, minn Jannar 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari bin-numru 9950 ta’ Seduta 225 fis-7 ta’ Mejju 2019 rigward multi li ħarġu lill-Operatur tat-trasport pubbliku fis-sena 2018. Infurmat ukoll li fl-2019 inħarġu €120,775 f’multi u li l-ammonti dovuti ġew imħallsa mill-Operatur.
Il-figuri li jirrigwardjaw is-sena 2020 qedgħin jiġu miġbura.
Tal-Pietà – Pjazza San Luqa – xogħlijiet fuq proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-proġett ta’ Pjazza San Luqa f’Tal-Pietà, liema xogħol beda sena ilu, għadu ma tlestiex? Kemm intefqu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jkunu ntefqu flus la jkun lest?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-azzjoni industrijali tas-Segretarji Eżekuttivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ħal Farruġ — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19868 jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati f’Ħal Farruġ mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Luqa (żona ta’ Ħal Farruġ inkluża) hemm tnejn li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq ir-Rixtellu (50 metru) u Triq Gorg Zahra (110 metri) bi spiża totali ta’ €260,469.
Birżebbuġa — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19867 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Birżebbuġa hemm seba’ li qatt ma kienu asfaltati li huma Triq Mons Penza (89 metru), Sqaq il-Girghien u Triq Ferdinand Stuflesser (270 metru), Triq ta’ Gilligejla (108 metri), Triq Żaren Dalli (260 metru), parti minn Triq tal-Ġebel u Triq Tal-Papa (350 metru) u parti minn Triq it-Tankijiet (50 metru) bi spiża totali ta’ €1,265,044.
Ħal Safi — bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19866 u jgħid kemm inbnew toroq residenzjali mill-ġdid u li qatt ma kienu asfaltati fil-lokalità ta’ Ħal Safi mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienet twila kull triq? Meta nbeda u tlesta x-xogħol f’kull triq? Kemm kien stmat ix-xogħol u kemm attwalment ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Fost it-toroq li fihom Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fil-lokalità ta’ Ħal Safi hemm Triq Puniċi (53 metru) li qatt ma kienet asfaltata u l-ispiża ammontat għal €25,160.
Bdiewa fin-nofsinhar ta’ Malta – provvista ta’ new water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bdiewa tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment dawk li għandhom ir-raba’ tagħhom fil-limiti tax-Xgħajra u Ħaż-Żabbar u l-lokalitajiet tal-madwar, ilhom madwar sitt xhur bla 'new water'? X'inhi r-raġuni li naqset din il-provvista tant importanti għall-bdiewa ta' dawn l-akkwati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Bdiewa fin-nofsinhar ta’ Malta – provvista ta’ new water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bdiewa tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment dawk li għandhom ir-raba tagħhom fil-limiti tax-Xgħajra u Ħaż-Żabbar u l-lokalitajiet tal-madwar, ilhom madwar sitt xhur bla 'new water'? X'inhi r-raġuni li naqset din il-provvista tant importanti għall-bdiewa ta' dawn l-akkwati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ottubru tal-2020 u Marzu tal-2021 ġew mqassma 130,000m3 ta’ ‘New Water’ fil-limiti ndikati. Meta tqabbel is-sena 2020 mal-2019, il-Korporazzjoni pproduċiet 506,665m3 ta’ ilma mill-impjant ta’ Barkat, kontra l-304,779m3 tal-2019. Din tfisser żieda ta’ 66%.
L-impjant ta’ Barkat għandu potenzjal biex jittratta iżjed drenaġġ u jiġġenera iżjed ilma għal bdiewa tagħna. Filfatt fil-ġimgħat li għaddew nedejna faċilitajiet iddedikati biex nittrattaw Farm Waste f’ Sant Antnin.
Mistennija wkoll li f’Lulju nniedu faċilitajiet ġodda ta’ trattament tad-drenaġġ sabiex l-impjant ta’ Barkat jaħdem aħjar b’iżjed stabilita. B’hekk inkunu qed niġġeneraw iżjed ilma għal bdiewa li kull ma jmur qed jintuża iżjed, u li jgħin lil ambjent ta’ madwarna.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li minħabba ħsarat fis-Sewage Treatment Plant li hemm f'Tal-Barkat, ix-Xgħajra, il-bdiewa tal-madwar mhux jiġu provduti bil-provvista ta' 'new water'? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x'inhi din il-ħsara? Xi kemm qed jiġi kkalkulat biex din il-ħsara tiġi rranġata u għalhekk dan is-servizz jerġa’ jiġi pprovdut mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ikun hemm xi ħsarat temporanji minħabba fatturi esterni bħal ngħidu aħna inflows ta’ Farm Waste, il-Korporazzjoni dejjem tara kif tista ssolvi kwalunkwe tip ta’ inkonvenjenza. B'hekk kif ġie referut fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 20397 tnedew facilitajiet biex jiġi trattat il-Farm Waste.
Tal-Barkat Sewage Treatment Plant – xogħlijiet fuq il-ġibjuni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk meta saru x-xogħlijiet biex jissaqqfu tliet ġibjuni viċin is-Sewage Treatment Plant li hemm f'Tal-Barkat, ix-Xgħajra biex jieħdu ġo fihom in-'new water', saretx ħsara lill-istess ġibjuni bil-konsegwenza li mhux iżommu ilma fihom? Meta ser jissewwew dawn il-ġibjuni u meta x-xogħol fihom ser ikun lest għal kollox?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-investiment fin-‘New Water network’ fin-naħa t’isfel ta’ Malta, saru xogħlijiet fuq tlett ġibjuni fl-inħawi indikati biex iservu ta’ riserva għal dan l-ilma ġdid. Il-ġibjun tax-Xagħjra beda jintuża fi Frar tal-2021 filwaqt li bħalissa għaddej xogħol fuq San Anard u Bidni li mistennija jittlestew sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlesta n-network ta' provvista ta' 'new water' fil-pajjiż? Fiex wasal ix-xogħol s’issa u f'liema lokalitajiet dan is-servizz twassal? Meta ser jitwassal dan is-servizz f'lokalitajiet oħra (lokalità b’lokalità)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ‘New Water dispensers’ kemm dawk attivi u kif ukoll dawk li huma ppjanati matul is-snin li ġejjin, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.