Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b'sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-iSħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa (EHIS) 2014/15 kien hemm 9% u 2% tal- popolazjoni mill-eta’ ta’sittax-il-sena l-fuq li ibatu jew xi darba sofrew mill-Ażżma u Bronkite kronika rispettivament. Dawn huma maqsuma skont ir-reġjun kif tidher fit-tabella hawn taħt. % within District Total Southern Habour Northern Habour South East West North Gozo Ażżma 11.8% 7.8% 10.8% 9.1% 7.7% 4.5% 9.0% Bronkite kronika 2.2% 2.0% 1.1% 3.5% 1.1% 2.7% 2.0% Tabella 1: Prevelenza ta’ Ażżma u Bronkite kronika skont id-distrett fejn joqgħodu.

Birżebbuġa – stallazzjoni ta’ apparat għall-monitoring u li jkejjel it-tniġġis ta’ arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-lokalità ta' Birżebbuġa jiġi installat apparat li jagħmel monitoring u jkejjel it-tniġġis ta' arja? Jekk hemm il-ħsieb li tali apparat jiġi installat f'din il-lokalità, meta ser isir dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi ghar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 8526, 19204 u 19206.

Port Ħieles – shore to ship power supply

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol preparatorju biex jiġi installat ix-shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ it-tender relatata? Jista’ jgħid jekk kumitat li kien imwaqqaf apposta għadux jiltaqa’ u jekk fl-affermattiv kemm ilu ma jiltaqa’?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor Interpellant li bhal issa ghaddejjien diskussjonijiet mal-Enemalta u Malta Freeport Terminals fuq preparamenti ghas-“Shore to ship supply.” Wara li jitlestew dawn id-diskussjonijiet jitkompla x-xoghol fuq id-Dokumenti tat- “tender”. Il-kumitat relatat fuq dan il-progett jiltaqa’ darba fil-gimgha fejn issir aggornament u pjanar bi thejjija. Apparti dawn il-laqghat issiru laqghat frekwenti ma “ stakeholders” li ser ikunu involuti f’dan il-progett.

CCTV cameras installati fuq arbli f’diversi lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-użu ta’ grupp ta' CCTV cameras li ġew installati fuq arbli f'diversi lokalitajiet bħal Triq L. Casolani, B'Kara, Triq Buqana, l/o Rabat, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta u oħrajn? Kemm twaħħlu minn dawn is-CCTV cameras, f’liema toroq u lokalitajiet, meta ġew installati, kemm ġew jiswew flus, min installahom u min għandu użu għal din id-data?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-imsemmijja CCTV cameras ġew installati minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurta fit-toroq taghna. L-uzu ta’ dawn il- cameras huwa ta’ għajnuna fir-rigward ta’ traffic management. Tajjeb li jingħad li l-filmati fuq dawn il-cameras jinzammu biss għal perjodu ta’ 28 ġurnata kif kien ssuġġerit mill-awtoritajiet kompetenti fejn wara jiġu mħassra mis-sistema awtomatikament b’mod ettiku kif inhu mitlub. L-aċċess għal dawn il-filmati huwa wieħed limitat minħabba li biex jingħata aċċess wieħed għandu jagħmel rikjesta formali tramite l-pulizija fejn din tiġi kkunsidrata u wara approvata mic-Chairman tal-awtorita’ diment li r-raġuni ta’ din it-talba hija waħda valida.

Mosta — Traffic Counts, it-Traffic Management Scheme, is-Safety Audit Reports u l-Clearance ta’ Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-Traffic Counts, it-Traffic Management Scheme, is-Safety Audit Reports u l-Clearance ta’ Transport Malta li saru qabel ma’ ngħalqet Triq il-Kbira, inbidlet id-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u saru d-diveri diverżjonijiet li affettwaw bil-kbir liż-żona residenzjali ta’ madwar Triq Ponsonby, Triq Anġlu Gatt, Triq il-Ħarifa u Triq is-Sajf il-Mosta?

Response (BORG, IAN)

It-tibdil temporanju indikat li sar fl-inħawi msemmija fil-Mosta fil-ġimgħat li għaddew, u li jinkludi l-qlib fid-direzzjoni ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, kien meħtieġ sabiex Infrastructure Malta tkun tista’ tibni mill-ġdid Triq il-Kbira, fl-istess lokalità. Sfortunatament, minkejja li hija triq li minnha jgħaddu ħafna persuni kuljum, din it-triq tħalliet fi stat ħażin ħafna għal ħafna snin. Peress li hi triq dejqa, sabiex tinbena mill-ġdid kien jeħtieġ li tingħalaq kompletament. Għalhekk, wara li saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, fosthom mal-Kunsill Lokali tal-Mosta, u wara l-approvazzjoni tat-Traffic Management Committee ta’ Transport Malta fl-4 ta’ Marzu 2021, Infrastructure Malta għalqet din it-triq ħalli jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa. Fl-istess waqt, biddlet temporanjament id-direzzjoni ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku, sabiex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-aċċess lejn din il-lokalità. Minkejja li dan it-tibdil huwa wieħed temporanju u inevitabbli sabiex Triq il-Kbira jkollha l-infrastruttura ta’ kwalità li jixirqilha, Infrastructure Malta xorta waħda bbażat it-tibdil fuq analiżi tat-traffiku f’din iż-żona, sabiex tiżgura l-inqas impatti negattivi possibbli fuq dawk li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw f’dawn l-inħawi. Id-dokument li juri t-tibdil temporanju qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Jidher li dan it-tibdil, għalkemm temporanju, intlaqa’ tajjeb ħafna hekk kif jidher anke minn rapporti fil-mezzi tal-media u kummenti fil-media soċjali b’ħafna Mostin jappellaw biex Triq il-Kungress Ewkaristiku tibqa’ f’din id-direzzjoni b’mod permanenti. Persuni li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet b’xi xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta, jew li jixtiequ jwasslu xi suġġerimenti lill-istess entità, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jibgħatu messaġġ permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Mosta – Triq Anġlu Gatt u Triq Ponsonby – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku li saru fiż-żona tul Triq Anġlu Gatt u Triq Ponsonby il-Mosta, xahar b'xahar mill-bidu tas-sena 2020 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta tannaliza biss id-data ta’ inċidenti ta’ traffiku uffiċċjali li tiġi provduta mill-Pulizija. Din id-data tinkludi biss inċidenti stradli fejn il-persuni jkunu soffrew min xi ġrieħi. Id-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra juri kemm seħħew inċidenti ta’ dan l-istess tip fit-toroq msemmija. Filwaqt li d-data ta’ dawk l-inċidenti ta’ traffiku li jkunu jinvolvu ħsara fil-vetturi tiġi miġburin mill-LESA. Għalhekk din-informazzjoni għandha tiġi mitluba lill-Ministru kkonċernat.

Mosta – titjib tar-roundabout li tagħti għal Mosta u n-Naxxar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta u Transport Malta għandhomx pjanijiet biex itejbu r-roundabout li tagħti għal Mosta u n-Naxxar bejn Triq il-Mosta, Triq Valletta u Labour Avenue biex il-problema ta' konġestjoni kbira li qed tinħoloq f'dawk l-akkwati, tiġi riżolta? Jista’ jgħid ukoll hemmx pjanijiet biex it-traffiku li minn Triq Pantar u dak li ħiereġ minn żvilupp kummerċjali kbir fil-viċin, sejjer lejn id-direzzjoni tan-Naxxar u Birkirkara jiġi ddirezzjonat b'tali mod li ma jitfax pressjoni ta' traffiku fuq il-Mosta għax dan bħalissa qiegħed idur mar-roundabout ta' bejn Triq Valletta u Vjal l-Indipendenza l-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin diversi xogħolijiet f’bosta toroq fil-Mosta. Għaldaqstant Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali qedgħin iżommu kuntatt kontinwu dwar il-bżonnijiet ta’ traffic management waqt li qed isiru dawn ix-xogħolijiet.

Parking bay b’MC miktuba

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li meta parking bay ikollha MC miktuba fiha, din tkun parking bay għall-muturi u mhux għall-karozzi? Hemm bżonn li barra line markings, ikun hemm ukoll tabella fuq arblu li tindika li tali parking bay hija għal użu esklussiv tal-muturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Motorcycle bay mhix inkluza fil-liġi bħala designated bay. Għaldaqstant il-linji li jindikaw MC Bay huma biss indikattivi. Dan filwaqt li fil-kaz li kwalunke parking bay li tkun akkumpanjata minn tabella tkun meqjusa mandatorja.
Leg 13 PQ #21062 Sitting 461 2021-05-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel – tfal li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, kemm hawn tfal f'kull skola li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b' sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-iskejjel jitolbu u jingħataw biss informazzjoni dwar kundizzjonijiet li l-ġenituri jagħżlu li jgħaddu lill-amministrazzjoni tal-iskola f’każijiet ta’ emerġenza medika.

Dwelling Units — kategorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dwelling units (flat, maisonette, terraced house, farmhouse, villa, etc.) li ġew approvati sena b'sena mill-2010 sal-2020 u kif dawn huma kategorizzati (one bedroom, two bedroom, three bedroom jew iżjed)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nixtieq ninfurmak li l-Awtorità ma żżommx rekord tan-numru ta' kmamar tas-sodda approvati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni l-oħra mitluba.

Arloġġi tad-dawl u l-ilma attivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hawn arloġġi tad-dawl u ilma residenzjali li huma attivi, sena b'sena mill-2010 sal-2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Dawl Ilma Total ta’ Arloġġi attivi 2010 218410 213869 432,279 2011 221626 216483 438,109 2012 224595 219592 444,187 2013 228027 221134 449,161 2014 231811 225132 456,943 2015 236517 229283 465,800 2016 241429 233438 474,867 2017 246755 238387 485,142 2018 252393 243196 495,589 2019 259739 249060 508,799 2020 267206 254057 521,263

Akkomodazzjoni Soċjali – bini ta’ units ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew units ta' akkomodazzjoni soċjali mill-Gvern li ġew allokati, sena b'sena, mill-2013 sal-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern qiegħed jaħdem qatigħ fis-settur tal-Akkomodazzjoni u taħt id-direzzjoni tiegħi bħalissa għaddej l-akbar proġett ta’ housing soċjali f’dawn l-aħħar snin, b’investiment ta’ aktar minn €130 miljun. Ta’ minn jgħid ukoll li l- waiting list ma tonqosx biss billi tibni units ġodda imma wkoll billi tniedi skemi differenti sabiex persuni ta’ kull età jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex isiru sidien ta’ djarhom. Hekk għamilna u hekk ser nibqgħu nagħmlu.
Leg 13 PQ #20604 Sitting 460 2021-05-12 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern u/jew alternattivi fir-rigward tal-eżamijiet tal-MATSEC u kif ser jiġu disposti ċ-Ċentri tal-Eżamijiet kif ukoll x’prekawzjonijiet se jittieħdu fid-dawl tat-tixrid tal-COVID-19 minħabba konċentrazjonijiet kbar ta' studenti, għalliema u supervisors u persuni oħra fiċ-ċentri infushom u fil-madwar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment konċernat fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, qed isegwi l-Linji gwida uffiċjali marbuta mal-pandemija maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-kandidati se jkunu qed jattendu f’diversi ċentri mifruxa f'Malta u Għawdex.

Pont pedonali mill-Marsa għal Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pont pedonali li mill-Marsa jieħdok għal Raħal Ġdid ser ikun lest minn kollox u għalhekk ikun jista’ jintuża miċ-ċiklisti? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-pont ser ikollu dawl adegwat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-PQs 12908 u 18171.
Leg 13 PQ #20596 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-PQ’s 12908 u 18171.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-PQs 12908 u 18171.