Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta reċentement ġiet introdotta id-driving licence exchange bejn Malta u r-Renju Unit, din għandha terminu ta' skadenza sal-aħħar ta' Frar 2022 meta persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan tar-Renju Unit biex isir tali driving licence exchange trid tkun ilha f'pajjiżna minn tal-inqas sitt xhur u dan anke fid-dawl li skemi ta' driving licence exchange li għandu pajjiżna kemm ma’ diversi pajjiżi oħra li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea kif ukoll pajjiżi oħra bħal Awstralja, l-Iżvizzera u l-UAE m'għandhomx terminu ta' skadenza sakemm tista’ ssir tali driving licence exchange?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tul tal-Memorandum ta’ Ftehim Malta-Renju Unit ġie diskuss, deċiż u miftiehem wara proċess ta’ konsultazzjoni bejn iz-żewġt naħat li laħaq ir-rekwiżiti immedjati u attwali taż-żewġ pajjiżi. Għalhekk id-deċiżjoni dwar it-tul tal-ftehim kellha tkun konsenswali u influwenzata mill-bżonnijiet taż-żewġ partijiet.
Il-gvernijiet Malti u tar-Renju Unit huma impenjati li jkomplu n-negozjati meħtieġa wara din l-iskadenza biex ikomplu jiffaċilitaw l-użu tal-liċenzji tas-sewqan tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom, b’aktar ftehimiet fit-tul għall-proċess tal-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan eventwalment isiru mingħajr il-ħtieġa għal kwalunkwe test.
Birżebbuġa – Triq Għar Dalam – xogħlijiet fuq public convenience
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' manutenzjoni neċessarja fuq il-Public Convenience li tinsab fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa faċċata tal-Bajja ta' San Ġorġ għax dan ix-xogħol ilu pendenti minn Ottubru tas-sena l-oħra u dan anke fid-dawl li din is-sitwazzjoni qed toħloq inkonvenjenzi kbar lil kull min jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet? Jista’ jgħid meta ser jibda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li dan ix-xogħol qed isir mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Publiċi.
Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru ħas-Saħħa jara x'passi jistgħu jittieħdu biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2021 kien hemm ilment wieħed rigward ħmieġ ikkawżat minn ħamiem salvaġġ fi Triq il-Fjuri, Imqabba. Dan l-ilment ġie investigat minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat u l-inkonvenjent kien tneħħa.
Dan id-Direttorat reġa’ investiga dan l-ilment fit-12 ta’ Jannar ta’ din is-sena u intbagħat avviż lill-Kunsill Lokali biex jerġa jitneħħa l-inkonvinjent. Il-Kunsill ġie nnotifikat li dan l-ilment qiegħed ikun repetut sabiex possibilment tinstab soluzzjoni dejjiema u jiġi kkontrollat in-numru ta’ ħamiem selvaġġ.
L-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wkoll ser ikomplu jsegwu dan l-ilment sakemm jitneħħa l-inkonvenjent.
Peress li fi Triq il-Fjuri u t-toroq tal-madwar fl-Imqabba hemm invażjoni ta' ħamiem salvaġġ li bil-ħmieġ tiegħu, apparti li jista’ jxerred mard relatat fost ir-residenti, qed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess residenti kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu anke mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità biex dan il-periklu għas-saħħa ta' dawn ir-residenti jitneħħa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba huwa mgħarraf bl-inkonvenjent li qed jinħoloq f’din l-area u flimkien mal-assistenza tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali ser jibda dalwaqt l-għalf ikkontrollat tal-ħamiem bil-għan li titnaqqas il-popolazzjoni tagħhom. Il-Kunsill intrabat wkoll li l-indafa trid issir fuq ba¿i regolari fl-interess tar-residenti tal-area. Din il-materja ser tiġi diskussa wkoll waqt il-laqgħa tal-Kunsill sabiex jittieħdu d-deċi¿jonijiet li hemm b¿onn.
Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23680 u ċjoè: Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk:
(a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le;
(b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja;
(c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika;
(d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika;
(e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti;
(f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika;
(g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet jirrizulta li l-imsemmija propjeta giet allokata lill-MTI fl-2014(12 ta’Mejju 2014) b’€500 fis-sena revedibbli kull 5 snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23684 u jgħid kemm ġiet tiswa l-inawgurazzjoni ta’ Triq l-Għexierem fir-Rabat? Jista’ jgħid wkoll jekk ix-xogħol fuq din it-triq hux lest totalment jew jekk għadx fadal xi xogħol pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninsab perpless kif kif minn proġett t’€4 miljun li għadha kif lestiet Infrastructure Malta, l-Oppożizzjoni u x-shadow minister għat-Trasport u l-Infrastruttura jidher li jinteressahom biss kemm swiet l-inawgurazzjoni tiegħu.
Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ Triq Għeriexem u l-bini tal-belvedere ġdid li jħares fuq Wied Għeriexem, b’rotta pedonali aktar sigura bejn l-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa, f’Novembru li għadda.
Dan il-proġett ta’ €4 miljun jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq fuq pedamenti aktar b’saħħithom, biex rażżan snin twal ta’ ħsarat ikkaw¿ati miċ-ċediment tal-art taħt l-istess triq, kif ukoll belvedere ġdid b’bankini u punti ta’ qsim aktar siguri fi triq li qabel ma kien fiha l-ebda infrastruttura għal dawk li jgħaddu minnha bil-mixi. It-triq issa fiha wkoll aktar spazji għall-parkeġġ, stazzjon għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi, l-ewwel mogħdijiet solari f’Malta, dawl dekorattiv, bankijiet u ringiela konok b’40 siġra ġdida u pjanti oħrajn.
Ir-residenti li jgħixu f’din it-triq kien ilhom għexieren ta’ snin jappellaw lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni ħalli s-sisien ta’ din it-triq ma jibqgħux iċedu u jikkaġunaw ħsarat kbar lid-djar tagħhom, b’uħud minnhom saħansitra kienu f’periklu li jiġġarfu. Kif qal l-Uffiċjal Kap E¿ekuttiv ta’ Infrastructure Malta meta lestejna dan l-investiment, dan kien “proġett li fil-passat ħadd ma ried imiss miegħu. Proġett mimli problemi li anke waħda minnhom biss tasal taqtagħlek qalbek.” L-Onorevoli Bezzina jaf sew kif amministrazzjonijiet preċedenti qatt ma ppruvaw jagħmlu xejn biex jgħinu lir-residenti ta’ Triq Għeriexem.
Investigazzjonijiet ġeotekniċi li saru waqt l-ippjanar ta’ dan il-proġett ikkonfermaw li din it-triq twila 800 metru tinsab fuq saffi ta’ blat imxaqqaq u tafal. Il-ħajt antik li kienet isserraħ fuqu t-triq kien fih ħafna konsenturi u beda jmil peress li kien qed jiġi mbuttat ’il barra biċ-ċaqlieq fis-saffi fondi ta’ materjal instabbli li hemm taħt it-triq. Hekk kif dawn is-saffi ċedew, is-sistemi tas-servizzi taħt l-art f’din it-triq ukoll ġarrbu ħsarat, bil-konsegwenza li l-ħruġ tal-ilma u d-drenaġġ kompla ggrava l-problema.
Infrastructure Malta bniet it-triq ġdida u l-belvedere magħha fuq 370 pilastru tal-konkos u l-azzar imniffdin bejn tlieta u ħames sulari taħt l-art. Ix-xogħlijiet kollha tal-iskavar tal-proġett saru taħt il-ħarsien ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Infrastructure Malta biddlet id-disinn tal-istruttura tat-triq biex diversi fdalijiet li nstabu waqt ix-xogħlijiet, u li potenzjalment għandhom importanza arkeoloġika, ġew mħarsa u jibqgħu aċċessibbli għal aktar studji fil-futur.
Bħala parti mill-istruttura ġdida li fuqha sserraħ it-triq, hemm mina (walk-through culvert) li minnha jgħaddu l-cables tal-elettriku għat-tisħiħ tas-sistema tal-provvista tal-elettriku f’dawn l-inħawi. Infrastructure Malta bniet din il-mina taħt lart twila 600 metru b’260 biċċa tal-konkos maħduma apposta minn qabel forma ta’ ‘U’. Din il-mina se tnaqqas il-ħtieġa li t-triq terġa’ titħaffer meta fil-futur ikun hemm bżonn tiswijiet jew xogħol ieħor ta’ titjib. Il-proġett jinkludi wkoll sistemi ġodda tad-drenaġġ u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-provvista tas-servizzi tal-ilma, u pajpijiet għall-cables biex ġew imtejba s-servizzi tal-internet u telekomunikazzjonijiet oħra f’din iż-żona tar-Rabat.
Il-pannelli fotovoltajċi tal-mogħdija solari ġdida jaħdmu b’teknoloġija innovattiva għall-bankini solari li qed tiġi introdotta f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn. Dawn il-pannelli huma magħmulin minn ċelloli fotovoltajċi rqaq ħafna (ftit millimetri) imdaħħlin fl-art tal-bankina u mgħottija b’saffi ta’ materjali ta’ reżina u polymers trasparenti, b’saħħithom biżżejjed biex tgħaddi minn fuqhom bil-mixi, bir-rota u anke b’vetturi żgħar, filwaqt li għandhom wiċċ bl-istess reżistenza kontra ż-żliq bħal kull art oħra bil-konkos jew pavimentata.
Dawn il-pannelli fotovoltajċi jiġġeneraw aktar minn 4,600 kWh t’elettriku kull sena, jiffrankaw 21 tunnellata f’emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u jipprovdu biżżejjed elettriku għal 40% tal-lanterni fi Triq Għeriexem. Dan huwa l-ewwel pass biex fil-futur isiru aktar mogħdijiet u korsiji għar-roti b’sistemi fotovoltajċi.
Tajt ħafna figuri, iżda l-Onorevoli Bezzina jinteressah biss minn waħda – kemm swiet l-inawgurazzjoni. Nieħu gost infakkar li dan il-proġett inawgurajnih bis-sehem tal-komunità Rabtija, b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Infrastructure Malta u l-kuntratturi tal-proġett. Ridna li nirrikonoxxu l-ħidma ta’ dawk kollha li ħadmu fuq dan il-proġett, iżda ridna wkoll nirringrazzjaw lir-residenti u l-ħaddiema tal-inħawi għall-paċenzja u l-koperazzjoni tagħhom.
Għal din l-attività tal-inawgurazzjoni fid-19 ta’ Novembru 2021, bis-sehem tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, għaqdiet differenti tar-Rabat u anke t-tfal tal-iskola ta’ din il-lokalità, Infrastructure Malta ħallset €11,866.10, VAT inkluża. Dan ifisser 12-il darba inqas mill-ispiża tal-inawgurazzjoni ta’ Pjazza San Ġorg fl-2009, meta kienu ntefqu €141,770 f’attivitajiet t’inawgurazzjoni għal proġett b’investiment infrastrutturali ta’ €1.2 miljun (kwart tal-proġett tal-Għeriexem), jew tmien darbiet inqas l-ispiża ta’ €80,123 li ntefqet fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ €10 miljun għat-terminus ġdid meta f’Malta waslu l-bendy buses u xarabanks oħrajn tal-Arriva f’Lulju 2011.
Ix-xogħlijiet fi Triq Għeriexem huma lesti. Issa Infrastructure Malta qed tagħmel xogħlijiet oħrajn fl-istess inħawi, fosthom il-bini mill-ġdid ta’ Triq Toni Farrugia, li tagħti għal Triq Għeriexem, u l-pavimentar tat-trejqa fil-wied fid-direzzjoni tal-Bypass tal-Imtarfa bi grass block pavers, biex tkun tista’ tintuża kemm mill-bdiewa, kif ukoll bħala passaġġ pedonali sigur qalb il-kampanja, bejn ir-Rabat u l-Imtarfa.
Awtorità tal-Artijiet – sejħa pubblika dwar garaxx
Question
Peress li l-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, kellu jingħata lill-inkwilin ġdid wara ħruġ ta’ sejħa pubblika fl-2018, jista’ l-Ministru jgħid jekk:
(a) is-sejħa pubblika għall-kirja / bejgħ ta’ dan il-garaxx ħarġitx jew le;
(b)jekk din is-sejħa pubblika ħarġet, meta kienet id-data tal-ħruġ u għeluq ta’ din is-sejħa pubblika u f’każ ta’ kiri, għal kemm tul ta’ żmien ħarġet din il-kirja;
(c) x’inhi r-referenza għal din is-sejħa pubblika;
(d) tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din is-sejħa pubblika;
(e) kemm kien hemm individwi u min huma dawn l-individwi li wrew interess u ssottomettew l-interess tagħhom għal din is-sejħa pubblika u x’kien il-valur finanzjarju ta’ dawn l-offerti;
(f) x’kien l-eżitu ta’ din is-sejħa pubblika;
(g) min finalment qed jokkupa dan il-garaxx u jekk din il-persuna kenetx waħda/wieħed mill-persuni li ssottomettew l-offerta pubblika u jekk l-offerta tagħha kenetx l-aktar waħda vantaġġjuża?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Birżebbugia – Triq tal-Ġebel – irranġar tal-ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuga peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq? Fid-dawl li reċentement persuna weġġgħet serjament meta spiċċat ġo għalqa peress li ma kienx hemm ilqugħ bejn it-triq u l-għalqa meta hemm diżlivell bejn il-livell tat-triq u l-livell tal-għalqa, jista’ jgħid min ser jagħmel tajjeb għad-danni li din il-persuna sofriet f’dan l-inċident, minħabba nuqqas ta’ tiswija u/jew bini mill-ġdid ta’ dawn il-ħitan tas-sejjieħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li qiegħed fl-istadju li jagħmel il-verifiki tiegħu dwar min hu s-sid tal-ħajt imsemmi.
Birżebbugia – Triq tal-Ġebel – irranġar tal-ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuga peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq? Fid-dawl li reċentement persuna weġġgħet serjament meta spiċċat ġo għalqa peress li ma kienx hemm ilqugħ bejn it-triq u l-għalqa meta hemm diżlivell bejn il-livell tat-triq u l-livell tal-għalqa, jista’ jgħid min ser jagħmel tajjeb għad-danni li din il-persuna sofriet f’dan l-inċident, minħabba nuqqas ta’ tiswija u/jew bini mill-ġdid ta’ dawn il-ħitan tas-sejjieħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħitan tas-sejjieħ, bħall-ħitan diviżorji, huma regolati mill-Kapitlu 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Jekk issir referenza għal dan il-Kapitlu tal-Liġi, wieħed jista’ faċilment isir jaf min hu responsabbli għall-manutenzjoni jew għal ħlas ta’ danni skont il-każ. Min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, meta jirċievi rapport ta’ strutturi perikolużi, jiġi nkarigat perit tal-gvern biex jagħmel rapport fejn jidentifika l-periklu, jekk ikun hemm, u jirrakkomanda l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan ir-rapport jintbagħat lill-pulizija li min-naħa tagħha tinforma lis-sid biex ineħħi l-periklu.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li tliet lanterni fi Triq Blue Grotto Avenue ilhom minn Awwissu li għadda ma jixegħlux? Meta ser jissewwew dawn it-tliet lanterni u fiex tikkonsisti l-ħsara fuqhom? X’inhi r-raġuni li għalkemm saru diversi rapporti fuq din il-ħsara, dawn it-tliet lanterni għadhom ma ssewwewx?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa tal-lanterni fi Triq Blue Grotto Avenue wara li ġiet identifikata ħsara f’cable li jinsab taħt l-art.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-inawgurazzjoni ta’ Triq l-Għeriexem fir-Rabat? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol fuq din it-triq hux lest totalment jew jekk għadx fadal xi xogħol pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-Każini tal-Baned u ma’ diversi stakeholders oħra bħas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Pulizija u l-Kurja biex ikun diskuss jif jistgħu jkunu ċċelebrati l-festi fid-diversi rħula madwar Malta u Għawdex is-sena d-dieħla? Jekk dawn id-diskussjonijiet bdew, fiex waslu u meta ser ikun hemm indikazzjoni ċara kif dawn il-festi jistgħu jkunu ċċelebrati? Jekk dawn id-diskussjonijiet għadhom ma bdewx, meta ser jibdew u meta ser toħroġ indikazzjoni ċara kif ser ikunu ċċelebrati l-festi s-sena d-dieħla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament l-istandards għall-avvenimenti japplikaw għall-avvenimenti kollha. Ninfurmah ukoll illi għadu kmieni wisq biex ikun jista’ jiġi deċiż x’se jkun qed jiġri matul is-sena d-dieħla anke fid-dawl tal-varjanti emerġenti.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tinfetaħ xi half-way house għall-priġunieri li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza ta' priġunerija li jkunu ngħataw, fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li m’hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ xi half way house għall-priġunieri fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi, mill-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Baħrija – Triq is-Sajf ta’ San Martin – koordinament tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir fi Triq is-Sajf ta' San Martin li tagħti għal Baħrija jkun koordinat sew u b'tabelli, sinjali u dwal kif suppost, għax qiegħdha tkun ta' periklu għal kull min juża din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tal-bini mill-ġdid tat-triq indikata li daqt jitlesta qed isir b’koordinazzjoni mal-entitajiet konċernati rigward l-immaniġġjar tat-traffiku. Infrastructure Malta ippjanat ix-xogħlijiet biex isiru f’fażijiet ħalli l-inkonvenjent ikun mill-inqas possibbli u tiżgura s-sigurtà waqt dawn ix-xogħlijiet. Fost miżuri oħrajn li ttieħdu għal dan il-għan, kienu ngaġġati numru ta’ uffiċjali tat-traffiku kemm matul il-ġurnata u anke waqt numru ta’ ljieli meta kien hemm bżonn li jsiru xogħlijiet billejl, biex jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku. Waqt ċerti xogħlijiet f’din it-triq sar anke użu minn sistemi ta’ dwal tat-traffiku temporanji.
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17433, 22102 u 22295, skont il-Ministru stess, l-ispiża oriġinali skont it-tenders maħruġa biex jiġu rranġati l-mini kienet tinkludi li tinbidel is-sistema tad-dwal biex il-mini ma jibqgħux imdallmin u biex bis-sistema l-ġdida tad-dawl li ġiet installata, il-qawwa tad-dawl ġewwa l-mini se tinbidel mal-ġurnata, billi jitbaxxa jew jogħla mal-ħin, ħalli l-għajnejn joqogħdu mill-ewwel meta tidħol fihom, għalhekk jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħarġet variation ta' aktar minn €500,000 (nofs miljun euro) lil min ħa t-tender biex isir l-istess xogħol ta' dawl li skont hu stess, tali xogħol kien jifforma parti mit-tender oriġinali?
Response (BORG, IAN)
Kif diġà spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22801 f’Seduta 514 wara li ħarġet s-sejħa għall-offerti, Infrastructure Malta ġiet infurmata minn Transport Malta li s-sistemi li kienu speċifikati fl-offerta kellhom jiġu aġġornati biex ikunu konformi mas-sistema taċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku. Dawn is-sistemi ser jippermettu li l-mini jkunu iktar siguri permezz ta’ possibbiltà ta’ monitoraġġ kontinwu miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat saru lil Triq Ħal Farruġ konsegwenza tal-jet fuel leak li ħareġ mill-ħażna ta' fuel li hemm fl-ajruport u kemm ser jiswew flus ix-xogħlijiet ta' tiswija tal-ħsarat? X'wassal għal dan il-leak u jekk il-ħruġ ta' dan il-jet fuel affetwax il-water table tal-inħawi u l-ambjent tal-madwar? X'prekawzjonijiet ser jieħu l-Gvern biex inċidenti oħra bħal dan ma jirrepetux rwiehom fil-futur? Kemm sewa flus dan il-leak kemm f'termini ta' telf ta' jet fuel, f'termini ta' xogħol biex jitneħħew traċċi tal-leak ta' jet fuel, telf ta' ilma mill-water table kif ukoll f'termini ta' ħsara ambjentali? Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Ħal Farruġ li inċidenti bħal dawn ser jiġu evitati fil-futur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-aċċident fejn inxtered fjuwil fi Triq Ħal Farruġ, Infrastructure Malta segwiet mill-qrib l-operazzjoni ta’ tindif li saret mill-entitajiet rispettivi biex tassigura s-sigurezza u l-istabbiltà tat-triq. Minn spezzjoni li saret lill-wiċċ tat-triq ma nstabux ħsarat kaġun tal-fjuwil li nxtered. Il-kumplament tal-mistoqsijiet għandhom jiġu riferuti lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x'wassal għal ħruġ ta' jet fuel fiż-żona ta' Ħal Farruġ din il-ġimgħa u jekk il-ħruġ ta’ dan il-jet fuel affetwax il-water table tal-inħawi u l-ambjent tal-madwar? X’prekawzjonijiet ser jieħu l-Gvern biex inċidenti oħra bħal dan ma jirrepetux rwieħhom fil-futur? Kemm sewa flus dan il-leak kemm f’termini ta’ telf ta’ jet fuel, f’termini ta’ xogħol biex jitneħħew traċċi tal-leak ta’ jet fuel, telf ta’ ilma mill-water table, kif ukoll f’termini ta’ ħsara ambjentali? Tista’ sserraħ ras ir-residenti ta' Ħal Farruġ li inċidenti bħal dawn ser jiġu evitati fil-futur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru jidher li waqt il-process tal-mili ta’ trakk li jforni l-Jet Fuel tal-Ajruplani, infetaħ drain valve li wara din l-operazzjoni ma ngħalaqx kif suppost. L-ammont ta’ fjuwil li ħareġ kien wieħed minimu u beda jinġabar mal-ewwel. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan affettwa l-ilma tal-pjan.
Wara l-investigazzjonijiet li saru mill-Enemed flimkien mal-ERA, il-kumpanija se timmodifika s-sistema tal-valve. Sa issa l-ispiża hi ta’ €365.
L-Enemed qed tagħmel l-almu tagħha biex inċidenti bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' varjazzjonijiet approvati s'issa u lil min kienu maħruġin dawn il-varjazzjonijiet, mina b'mina, għax-xogħlijiet biex jiġu rranġati l-mini? X'wassal għal kull varjazzjoni u x'kienet ir-raġuni li x-xogħol relatat ma kull varjazzjoni ma kienx inkluż fit-tender oriġinali?
Jista l-Ministru jgħid x'kien il-budget totali tal-kampanja tal-promozzjoni tal-proposta tal-metro? Jista’ jagħti rendikont ukoll ta’:
(a) kif intefqu dawn il-flus;
(b) fuqiex intefqu dawn il-flus;
(c) min kienu l-kumpaniji li taw is-servizzi tagħhom għal din il-kampanja;
(d) jekk dawn is-servizzi ġewx ikkumisjonati b'tender jew b'direct order?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fejn tidħol promozzjoni diġitali u stampar relatat mal-proposta tal-Metro intefqu €67,954.12.
Dan sar minn iCreate, MaltaPost, Poultons, Pure u Maze Digital.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm Triq Sant’Antnin, f’Għajnsielem Għawdex kienet inawgurata madwar sena ilu, kellha tinqala’ mill-ġdid f'partijiet minnha, biex isiru xi xogħlijiet ta’ servizzi li ma sarux meta kienet qeda tinbena t-triq oriġinarjament? Ma jarax il-Ministru li dan ix-xogħol doppju qed jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi mijiet ta' eluf ta' ewro żejda li setgħu intużaw għal xogħlijiet oħra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.