Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minn April ta’ din is-sena l-qbid tal-alongi sar bil-kwota ta’ tlieta kull opra tal-baħar? Kif ġiet iffissata din il-kwota ta’ tlieta kull opra tal-baħar? X’inhi r-raġuni li ġiet applikata ‘administration fee’ ta’ €20 biex tkun tista’ tapplika biex tistad għall-alongi? L-għaqdiet tas-sajjieda ġew ikkonsultati minn qabel ma’ ddaħħlet fis-seħħ din il-kwota u din l-‘administration fee’?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm differenza bejn sajjieda professjonali u sajjieda rikreazzjonali għaliex hemm differenza bejn “kull opra tal-baħar”. Paragrafu 7 tar-rakkomandazzjoni tal-ICCAT Numru 21-6, adottata f’Novembru tas-sena 2021, jispeċifika b’mod ċar li minħabba pjan ta’ ġestjoni dan it-tip ta’ ħut m’għandux jinqabad, jinżamm abbord jew jinħatt mhux aktar minn 3 alungi kull ġurnata għal kull bastiment rikreazzjonali. Għaldaqstant hawnhekk mhux qed issir referenza għas-sajjieda professjonali. L-administration fee ta’ €20 li qed issir referenza għaliha hi marbuta mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-alungi għall-bastimenti rikreazzjonali, bl-istess mod li jsiru applikazzjonijiet simili oħra għall-speċi oħra. Ta’ min wieħed jgħid li l-Għaqdiet tas-Sajjieda Rikreazzjonali kienu mgħarrfa b’dan.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar fl-appartamenti tal-Gvern li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma li x-xogħol kollu li sar laħaq il-livelli kollha mixtieqa u li x-xogħol kollu li tħallas biex isir, fil-fatt sar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala kjarifika, l-Awtorità tad-Djar twettaq xogħol ta’ tiswijiet strutturali fl-appartamenti u partijiet komuni tal-blokok residenzjali kif ukoll tiswijiet ta’ servizzi u finishes fil-partijiet komuni ta’ blokok li huma proprjetà tal-Gvern u tal-istess Awtorità. Dwar manutenzjoni, l-inkwilini huma obbligati jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni regolarment fl-appartament u l-paritjiet komuni fil-blokka fejn joqogħdu. Madanakollu l-Awtorità tgħin lill-inkwilini wkoll f’dan ir-rigward.
Bejn l-2018 u l-2019 l-inkwilini kienu pparteċipaw fl-iskema tal-Awtorità bi sħab mal-Kunsill Lokali, fejn huma stess qabbdu kuntratturi biex jagħmlu diversi xogħlijiet fil-komun u wara li tlestew ġew rimburżati bl-ispejjeż skont l-għotja approvata mill-Awtorità. Waqt li kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet li ħadu ħsiebhom l-inkwilini stess, l-Awtorità għamlet ukoll xogħol addizzjonali ta’ manutenzjoni fuq il-bjut tal-blokok kollha fejn sar il-kisi tal-opramorti u tromba tat-taraġ kif ukoll organizzar ta’ tankijiet tal-ilma u xogħol relatat.
Kif jitlestew kwalunkwe xogħlijiet hija proċedura tal-Awtorità li dawn jiġu spezzjonati, il-kuntratturi jingħataw istruzzjonijiet biex jirranġaw fejn ikun meħtieġ u fl-aħħar ix-xogħol jiġi mkejjel u ċertifikat qabel ma joħroġ il-pagament.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 122, 123, 124, 125, 126, 127, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 134, 135, 136, 137, 138 u 139 u b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid, għal kull direct order separatament:
(a) fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat ma’ tali direct order?
(b) jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi għal din id-Direct Order?
(c) jekk l-ammont ta’ kull direct order hekk kif imsemmija fil-mistoqsijiet parlamentari indikati hawn fuq (u ċjoè d-direct orders bin-numri minn 52463 sa 52480) kenux jifformaw parti mis-somma ta’ €76,981.76 li ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22802 tat-13-il Leġiżlatura, u jekk le, x’inhi r-raġuni li dawn l-ispejjeż ma ġewx indikati fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22802 tat-13-il Leġiżlatura meta fl-istess ġurnata li ngħatat ir-risposta (u ċjoè fit-8 ta’ Novembru 2021), ġew maħruġa dawn id-direct orders fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-total tan-nefqa għal din l-attività, li saret fuq medda ta’ 15-il ġurnata, kienet hekk kif dehret fil-Gazzetta tal-Gvern.
Nirreferih ukoll għat-tweġiba Parlamentari numru 122, filwaqt li aktar tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52481 għall-ammont ta’ €35,826.24 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52462 għall-ammont ta’ €23,068.26 bit-titlu‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk jinżammx reġistru tal-ħaddiema (mhux bdiewa reġistrati) fis-settur agrikolu? Jekk iva, jista’ jipprovdi din l-informazzjoni:
1. in-numru ta’ ħaddiema minn Jannar 2000 sa’ Diċembru 2021
2. tip ta’ impjieg (full-time, part-time, każwali),
3. livell ta’ edukazzjoni fis-settur agrikolu/ċertifikazzjoni ta’ kompetenza fis-settur Agrikolu
Jista’ jgħid jekk teżistix xi forma ta’ informazzjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet/kompetenzi ta’ dawn il-ħaddiema li mhux neċessarjament huma reġistrati bħala bdiewa?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix reġistru kif qed jissuġġerixxi hu. Ngħarrfu wkoll li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba, jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. kemm iggradwaw (Diploma, Higher National Diploma u Bachelor of Sciences) studenti mill-Istitut tax-Xjenzi Agrikoli (IAS) fl-MCAST sena b’sena u kors b’kors bejn Settembru 2010 u Mejju 2021?
2. kemm hemm studenti reġistrati tul din is-sena skolastika (Settembru 2021 u Mejju 2022) fil-korsijiet offruti (kors b’kors) mill-istess Istitut tax-Xjenzi Applikati?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn bejn Settembru 2010 u Mejju 2021 kien hemm b’kollox sitt mija wieħed u sittin (661) student li ggradwa mill-Istitut tax-Xjenzi Agrikoli fl-MCAST.
Tul din is-sena skolastika kien hemm ukoll mija disgħa u ħamsin (159) student reġistrat fil-korsijiet offruti mill-istess Istitut tax-Xjenzi Applikati.
Din l-informazzjoni qed tiġi mqegħda fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-annimali – studenti li gradwaw mill-MCAST – inċentivi u inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi u inizjattivi jieħdu l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex studenti li jiggradwaw mill-MCAST (Istitut tax-Xjenzi Applikati) jinstabilhom xogħol fis-settur u b’hekk ma jintilfux ir-riżorsi umani f’dan is-settur?
Response
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli inkluż l-entitajiet, minn żmien għal żmien joħorġu sejħiet għall-applikazzjoni b’talba għall-kwalifiki speċifiċi u/jew tekniċi skont in-natura tal-postijiet vakanti. Ta’ min wieħed jgħid ukoll illi permezz ta’ student placements, permezz ta’ skemi maħruġa mill-Istitut għas-Servizz Pubbliku, bosta studenti jkollhom l-opportunità li jiksbu esperjenza siewja li tagħtihom opportunità għall-futur waqt l-istudji tagħhom f’setturi diversi fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-annimali – impjieg ta’ studenti li gradwaw mill-MCAST
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni li ggradwaw f’xi wieħed mill-korsijiet offruti mill-MCAST (Istitut tax-Xjenzi Applikati) fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2010 u Diċembru 2021?
Response
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52475 għall-ammont ta’ €28,849.24 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52476 għall-ammont ta’ €7,417.45 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52477 għall-ammont ta’ €21,788.75 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52478 għall-ammont ta’ €12,198.92 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52479 għall-ammont ta’ €5,238.57 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52480 għall-ammont ta’ €45,000.00 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52469 għall-ammont ta’ €27,342.57 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52470 għall-ammont ta’ €9,067.83 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52471 għall-ammont ta’ €45,675.72 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52472 għall-ammont ta’ €9,197.67 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52473 għall-ammont ta’ €20,133.74 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?