Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' hawkers li huma awtorizzati li jidħlu jixtru mill-Pitkalija? Kif inbidel dan in-numru mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’ xahar?
Response
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2017 sa meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, in-numru ta' hawkers li huma awtorizzati li jidħlu jixtru mill-Pitkalija huwa 2,094.
2017 – 1653 (Bidu)
2018 – żieda ta’ 28
2019 – żieda ta’ 92
2020 – żieda ta’ 91
2021 – żieda ta’ 173
2022 – sal-llum żieda ta’ 57
Dettalji xahar b’xahar fit-tabella segwenti.
2017 (bidu)
Total: 1,653
Marzu
1,626
April
11
Mejju
7
Ġunju
3
Awwissu
1
Ottubru
3
Novembru
2
2018
Total: 28
Jannar
5
Frar
3
Marzu
1
April
2
Mejju
11
Lulju
1
Settembru
2
Ottubru
1
Novembru
1
Diċembru
1
2019
Total: 92
Jannar
4
Frar
3
Marzu
4
April
4
Mejju
2
Ġunju
25
Lulju
5
Settembru
12
Ottubru
20
Novembru
7
Diċembru
6
2020
Total: 91
Jannar
5
Frar
10
Marzu
7
April
4
Mejju
11
Ġunju
11
Lulju
15
Awwissu
3
Settembru
2
Ottubru
16
Novembru
4
Diċembru
3
2021
Total: 173
Jannar
18
Frar
16
Marzu
11
April
3
Mejju
3
Ġunju
1
Lulju
3
Awwissu
71
Settembru
28
Ottubru
12
Novembru
4
Diċembru
3
2022
Total: 57
Jannar
4
Frar
16
Marzu
18
April
14
Mejju
5
Gran Totali
2,094
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari żdidux ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu fil-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, kemm żdiedu ħaddiema, f'liema grad u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ liema tenders ħarġu in konnessjoni mal-ħidma tal-Pitkalija sena b’sena bejn is-snin 2017 u d-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienu l-istimi ta’ dawn it-tenders (waħda waħda)? Kien hemm varjazzjonijiet fit-twettiq ta’ dawn il-kuntratti? Kemm kienu dawn il-varjazzjonijiet (każ b’każ)?
Response
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Malta Food Agency fl-2021, ma nħarġu l-ebda tenders fuq ħidma tal-istess Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ l-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?
Response
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Bdiewa — proposti għall-prezz tas-sussidju fuq prodotti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdiewa li jipproduċu t-tadam, patata u dwieli għamlulux proposti għall-prezz tas-sussidju dawn l-aħħar snin, partikolarment minħabba l-effetti tal-pandemija COVID-19? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid:
a) fiex kienu jikkonsistu dawn il-proposti;
b) kemm kienet it-talba tal-bdiewa f'sussidji għal kull kilo jew għall-ammont ta’ kejl ta’ raba’ li jintuża biex jitkabbru l-prodotti msemmija; u
c) il-Gvern ħa jew se jieħu konsiderazzjoni l-proposti ta' dawn il-bdiewa?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda proposta mill-bdiewa għal għoti ta’ għajnuna tat-tip imsemmija. Madanakollu l-Istat ta' għajnuna biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa tal-COVID-19 mill-2020 'il quddiem, ġew imnedija tliet sejħiet b’allokazzjoni totali ta’ bejn €4,000,000 u €4,500,000 għal kull sejħa, imħallsin bħala pagamenti diretti diżakkopjati lill-bdiewa kollha li jaħdmu l-art.
B’referenza għal Line item 5014 Agriculture Support Scheme tal-Baġit 2021, jista’ l-Ministru jagħti (sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari):
a. il-bilanċ ta’ dan il-Line item;
b. kif intefaq; u
c. fuq liema kriterji ntefqu l-fondi?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża mwettqa mil-line item 5014 fl-2021 jammonta għal €4,057,136.52. Ngħarrfek ukoll illi kien hemm allokazzjoni addizzjonali ta’ €4,000,000 minn fondi Nazzjonali bħala pagamenti diretti lill-bdiewa u r-raħħala. Dan sabiex jittaffewlhom il-piżijiet addizzjonali li ġabet magħha il-pandemija tal-COVID-19.
Għal aktar dettalji dwar din l-iskema wieħed jista’ jikkonsulta l-linji gwida dettaljati li jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija.
B’referenza għal Line item 5101 Livestock Welfare Scheme tal-Baġit 2021, jista' l-Ministru jagħti (sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari):
a. il-bilanċ ta’ dan il-Line item;
b. kif intefaq; u
c. fuq liema kriterji ntefqu l-fondi?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bilanċ ta’ dan il-vot sad-data tal-mistoqsija kien ta’ €211,891.00. Dan il-vot hekk kif imħabbar matul id-Diskors tal-
Baġit tas-sena rilevanti, huwa użat għat-twettiq ta’ skema nazzjonali ta’ għajnuna finanzjarja intiża sabiex tindirizza l-benesseri tal-majjal imnedija f’Marzu, 2021. Taħt din l-Iskema ġie allokat u kuntrattat baġit ta’ €446,400 fis-sena. Dan qed jingħata fuq medda ta’ ħames snin mill-2021, lil dawk ir-raħħala fis-settur tal-majjal li volontarjament żiedu l-ispazju ta’ fejn jinżammu l-majjali fl-irziezet tagħhom biex b’hekk itejjbu l-kondizzjonijiet tal-għajxien u l-benesseri ta’ dawn l-annimali. Il-kriterji dwar din l-iskema jinsabu fil-linji gwida pubblikati għal din l-iskema.
B’referenza għal Line item 5280 Storm Damages Scheme tal-Baġit 2021, jista' l-Ministru jagħti (sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari):
a. il-bilanċ ta’ dan il-Line item;
b. kif intefaq; u
c. fuq liema kriterji ntefqu l-fondi?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bilanċ taħt il-line item 5280 Storm Damages Scheme tal-Baġit 2021 għadu sħiħ.
B’referenza għal Line item 5614 Fisheries Patrol tal-Baġit 2021, jista' l-Ministru jagħti (sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari):
a. il-bilanċ ta’ dan il-Line item;
b. kif intefaq; u
c. fuq liema kriterji ntefqu l-fondi?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar Line item 5614 Fisheries Patrol tal-Baġit 2021, sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari, hija kif ġej:
a. Il-bilanċ ta’ dan il-
Line item
kien jammonta għal €450,000.
b. Dawn il- fondi ġew utilizzati biex isir kontroll tas-sajd fl-ibħra Maltin, fosthom fi spejjeż relatati ma’ l-użu ta' tlett RHIBS li jintużaw għall-kontroll tas-sajd, kif ukoll għall-ħlasijiet għas-servizzi li ngħataw lill-Forzi Armati ta’ Malta fuq kontrolli oħra fl-ibħra Maltin f’isem id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.
c. Dawn il-fondi intnefqu biex jiġu osservati diversi liġijiet fosthom Kapitlu 425 “Att Dwar il- Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd”, il-
Common Fisheries Policy
(EU)1380/2013 u l-
EU Control Regulation
(EC1224/2009).
B’referenza għal Line item 5639 Animal Disease Control Programme tal-Baġit 2021, jista' l-Ministru jagħti (sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari):
a. il-bilanċ ta’ dan il-Line item;
b. kif intefaq; u
c. fuq liema kriterji ntefqu l-fondi?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għal Line Item 5639 Animal Disease Control Programme tal-Baġit 2021, sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari, l-informazzjoni hija kif ġej:
a. Il-bilanċ kien ta’ €1.33 mill-figura approvata ta’ €600,000 u li magħhom żdiedet ukoll is-somma ta’ €18,062.
b. Dawn intnefqu għal skopijiet relatati ma’ attivitajiet regolatorji li jinvolvu s-saħħa tal-annimali.
c. Il-kriterji li fuqhom intnefqu il-fondi kienu skont il-parametri stipulati fil-pjan tal-Baġit sottomess lill-Uffiċċju tal-Baġit fi ħdan il-Minsteru tal-Finanzi u x-Xogħol fis-sena 2020 li l-maġġoranza minnu huma relatati ma’ spejjeż ta’ analiżi, operat tal-Laboratorju Nazzjonali nkluż analiżi li jridu jsiru minn laboratorji akkreditati sottokuntrattati u spejjeż anċillari assoċjati. Parti mill-fondi intnefqu għal spejjeż relatati ma’ monitoraġġ u nfurzar ta’ programmi regolatorji veterinarji relatati mas-saħħa tal-annimali.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 u b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata fejn kienu preżentati l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro li tali studji li saru fl-2017 (u ċjoè kważi erba' snin qabel ma saret din l-esebizzjoni) swew lil pajjiżna €1,807,907.41, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il tinda ġiet armata u kemm ġiet tiswa kull tinda li fiha saret l-esebizzjoni għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata?
(b) Kemm ġiet tiswa l-għamara meħtieġa għal din it-tinda u fiex kienet tikkonsisti eżatt din l-għamara? X’sar minnha din l-għamara wara li spiċċat din l-esebizzjoni?
(c) Kemm ġew jiswew l-iscreens għal din l-esebizzjoni u kemm-il screen inkera?
(d) X’tip ta’ strutturi ntużaw għal din l-esebizzjoni u kemm swew flus dawn l-istrutturi?
(e) Kemm ġiet tiswa s-sistema ta’ arja kundizzjonata?
(f) Kemm-il generator ġie mikri għal din l-esebizzjoni, x'saħħa kellu kull generator u kemm ġie jiswa kull generator?
(g) Kemm ġew jiswew id-dwal użati għal din l-esebizzjoni?
(h) Kemm ġew jiswew flus is-sistemi ta’ audio għal din l-esebizzjoni?
(i) Kemm ġie jiswa flus l-ipprintjar ta’ materjal informattiv ta’ din l-esebizzjoni?
(j) Kemm ġie jiswa t-tindif għal din l-esebizzjoni?
(k) Kemm ġie jiswa t-trasport għal din l-esebizzjoni, x’forma ta’ trasport intuża u għal xiex / għal min ġie pprovdut dan it-trasport?
(l) Kemm-il tapit intuża għal din esebizzjoni u kemm ġie jiswa kull tapit?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, u peress li l-istudji b’rabta mal-proposta tal-Metro li swew lil pajjiżna €1,807,907.41 kienu saru fl-2017, x'inhi r-raġuni Ii għas-servizzi biex issir l-esebizzjoni imsemmijja fir-risposta tiegħu ma ħarġux tenders kompetittivi minflok direct orders? Ma jaħsibx il-Ministru li kważi erba' snin huwa żmien biżżejjed biex joħorġu tenders kompetittivi għal dawn s-servizzi? X’inhi r-raġuni li dawn id-direct orders ingħataw lill-kumpanija waħda, u ċjoè lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball meta jgħid li kollox kien lest fl-2017, kif jipprova jagħti l-impressjoni fil-mistoqsija tiegħu. Saħansitra fuq is-sit li tnieda mal-esebizzjoni – www.metro.mt – kien ingħata timeline li jixhed dan u l-istudju ppubblikat għandu wkoll nota dwar l-impatt tal-pandemija. Sadanittant ninfurmah li l-proċess għadu għaddej b’aktar studji.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' €424,000 f’direct orders f’ġurnata waħda għall-kumpanija waħda biex torganizza esebizzjoni għall-15-il ġurnata huma esaġerati u li faċilment setgħu ġew iffrankati ħafna flus mit-taxxi tal-poplu? Jista' jgħid x'kien jagħmel hu kieku kien hu l-Ministru responsabbli meta ħarġu dawn d-direct orders? Jista' jgħid kienx jonfoq €424,000 għal esebizzjoni ta’ ftit jiem?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati 27(5).
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 fejn il-Ministru qal li fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata saret esebizzjoni fejn kienu preżentanti l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro, jista’ l-Ministru jgħid xi kemm persuni żaru din l-esebizzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kulħadd seta’ jidħol l-esebizzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ sistema ta’ biljetti. Iżda mir-rapporti tal-persuni li kienu qed jamministraw il-post daħlu mijiet ta’ persuni kuljum. Fost dawn kien hemm iktar minn 4,000 li użaw sistema teknoloġika li permezz tagħha setgħu jirreaġixxu għal dak li kienu qed jaraw fiċ-ċentru tal-esebizzjoni. Ħafna oħrajn żaru ċ-ċentru tal-esebizzjoni u m’għamlux użu minn din is-sistema. Kif jaf l-Onor. Interpellant iċ-ċentru ntuża wkoll biex saret it-tnedija tal-istudji.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 fejn il-Ministru qal li fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata saret esebizzjoni fejn kienu preżentati l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro b’nefqa ta’ €424,000 f’direct orders, jista’ l-Ministru jgħid jekk għas-servizzi neċessarji hekk kif indikati minnu stess fir-risposta tiegħu kienx jikkummisjonhom f’forma ta’ direct order jew joħroġx tenders kompetittivi meta kien hemm perjodu ta’ erba' snin minn meta ġie ppreparat ir-rapport u meta sar il-launch tal-istess rapport?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq it-tadam li jagħmel tajjeb għalih l-Gvern Malti mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari, partikolarment minħabba l-effetti tal-pandemija COVID-19? Hemm arretrati? Jekk iva, jista' jinforma kemm huma dawn l-arretrati mill-aktar 'il bogħod sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari? Hemm pjan sabiex dawn l-arretrati jiġu mħallsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie fit-tmiem il-programm tal-SMPPMA, ma kien hemm ebda skemi ta’ sussidju nazzjonali fuq it-tadam, iżda kien hemm biss dak li huwa permess u previst taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-Unjoni Ewropea. Fejn tidħol l-għajnuna statali tal-COVID-19, ma hemm ebda arretrati jew ħlasijiet pendenti.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed tikber fejn art agrikola qed tinbiegħ għal skop ta’ rikreazzjoni bil-konsegwenza li ma tibqax tintuża għal tkabbir ta’ frott u ħaxix u allura jintilef aktar potenzjal ta’ produzzjoni agrikola, u fid-dawl tal-wegħdi elettorali tal-Partit Laburista nri: 581,582,583,584 u 585, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-pjan tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni qabel ikun tard wisq?
Response
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ta direzzjoni ċara fil-Manifest Elettorali tiegħu tal-impenn tiegħu biex jindirizza l-problemi li hemm fejn jidħol l-użu ta’ art agrikola. Filfatt, ġew proposti diversi miżuri finanzjarji u fiskali u bħala Ministeru ser inkunu qed inħejju pjan ta’ implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-jetty u breakwater ta’ Buġibba, peress li aktar minn sena ilu ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u s’issa għadu ma nstema xejn dwarha? Jista’ jara li jkun hemm spazju biżżejjed li s-sajjieda kollha tal-akkwati, kemm part-timers u full-timers, ikollhom fejn jorbtu d-dgħajjes tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta qed tippjana biex tibni mill-ġdid il-breakwater ta’ Buġibba, li jinsab f’qagħda mwiegħra, u tintroduċi faċilitajiet aktar siguri għal-laneċ flimkien ma’ terminal tal-passiġġieri, ħalli s-servizz tat-trasport bil-baħar f’Malta jkun jista’ jiġi estiż mill-Belt Valletta u Tas-Sliema lejn San Pawl il-Baħar. Bħalissa qed issir l-evlawazzjoni tal-offerti li ntefgħu għat-twettiq ta’ dan il-proġett wara li kienet ippubblikata sejħa għall-offerti.
Il-breakwater ġdid ta’ 180 metru se jkun itwal minn dak eżistenti biex irażżan aktar il-mewġ fil-bajja, u b’hekk jipprovdi iżjed kenn għad-dgħajjes tas-sajd u opri tal-baħar oħrajn żgħar li jirmiġġaw f’din iż-żona. Se jkollu wkoll faċilitajiet għall-irmiġġ ta’ fast ferry għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar, kif ukoll pjattaformi aktar siguri għall-irmiġġ ta’ laneċ oħrajn tal-passiġġieri li jużaw l-istruttura eżistenti fis-sajf għal vjaġġi rikreattivi, speċjalment dawk tat-turisti.
Infrastructure Malta qed tipproponi wkoll li tibni moll ta’ 37 metru li jisporġi min-naħa tat-tramuntana tal-breakwater, għal kenn akbar u rmiġġ aktar sigur f’kundizzjonijiet tat-temp differenti. Se tibni mill-ġdid ukoll l-iskall li hemm ħdejn il-breakwater eżistenti b’disinn aktar sigur. Il-postijiet kollha li hemm għall-irmiġġ f’din il-bajja se jibqgħu, filwaqt li l-ispazju fil-baħar (fairway) li minnu jgħaddu l-opri tal-baħar biex jidħlu f’din id-daħla mhux ser ikun affettwat.
Fuq l-art biswit il-breakwater, Infrastructure Malta qed tipproponi li tibni terminal żgħir, fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jistennew għall-kenn u jaqtgħu l-biljett biex jivvjaġġaw bil-baħar lejn Tas-Sliema jew il-Belt Valletta, fejn diġà jopera s-servizz tal-lanċa. It-terminal u s-sit il-ġdid għall-irmiġġ tal-laneċ se jkollu rampi u faċilitajiet oħrajn biex dan il-mezz alternattiv ta’ trasport ikun aċċessibbli għal kulħadd. Fit-terminal se jkun hemm ukoll bicycle racks (fejn tista’ tħalli r-rota) biex jiġi faċilitat l-ivvjaġġar b’mezzi differenti. Ix-xogħlijiet fuq il-proġett jibdew malli jinħarġu l-permessi neċessarji u jintgħażlu l-kuntratturi meħtieġa.
Il-faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-baħar f’Buġibba se jkunur-raba’ infrastruttura ta’ dan it-tip li Infrastructure Malta qedti¿viluppa għall-passiġġieri li ju¿aw dan is-servizz f’Malta. Fl-2019 fetħet l-ewwel fa¿i tal-faċilitajiet il-ġoddaf’Marsamxett, il-Belt Valletta, li jinkludu strutturi imtejbingħall-irmiġġ u rampi aktar siguri biex il-passiġġieri li jivvjaġġaw minn u lejn Tas-Sliema jkunu jistgħu jirkbu u jin¿lu mil-laneċ b’aktar kumdità.
Il-bini taż-żewġ faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema (ħdejn il-Ferries) u f’Bormla (fl-inħawi tal-Baċir Numru 1) jinsabu fi stadju avvanzat. Dawn iż-żewġ siti bħalissa mhumiex mgħammrin b’faċilitajiet għall-passiġġieri, u dan jagħmel l-imbark u l-iżbark aktar diffiċli, barra li jieħu aktar ħin. Il-mollijiet ġodda se jkomplu jtejbu s-sigurtà u l-effiċjenza għaldan il-mod ta’ vvjaġġar. Bħala parti minn dawn il-faċilitajiet, Infrastructure Malta se tibni wkoll strutturi żgħar ta’ kenn għall-passiġġieri.
Is-sajjieda full-timers u part-timers preżenti se jiġu riallokati u fl-ispazju ġdid li se jigi krejat wara l-bini tal-breakwater, għalkemm limitat, se jiġu possibbilment allokati xi sajjieda oħra. Mal-breakwater innifsu se jiġu allokati dgħajjes kummerċjali kif hemm bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-jetty u breakwater f’Buġibba li ġiet sottomessa aktar minn sena ilu mal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-jetty u breakwater f’Buġibba għaddiet mill-proċess ta’ “screening” u bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tistenna l-informazzjoni mitluba sabiex din l-applikazzjoni tiġi vvalidata u tkun tista tgħaddi għall-proċess sħiħ tal-ippjanar.