Legislature:
Category:
Reset
Active:

Art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola – għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fejn hawn art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola, tingħata l-għajnuna neċessarja mill-Gvern biex din tiġi trasformata f’art agrikola diment li din tibda tinħadem minn bdiewa u raħħala li jaqilgħu x’jieklu minn dan is-settur? Dan anke biex tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali tar-raħħala tagħna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħabbar fil-Manifest Elettorali, il-Gvern ser ikun qed iwettaq diversi miżuri sabiex jinċentiva l-ħidma tal-art mill-bdiewa u għalhekk tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali.

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessjar ta’ Method Statements – ħlas lill-individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kemm qed tħallas lill-individwi biex jiġi assessjat kull Method Statement li jiġi sottomess mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni? F’każ li xogħol ta’ kostruzzjoni jkollu aktar minn Method Statement wieħed (għax fil-proġett propost ikun hemm kemm twaqqiegħ, tħaffir u bini jew kombinazzjoni ta’ dawn t-tlieta), min jagħmel l-assessjar ta’ dawn il-Method Statements jiġi mħallas għal kull wieħed minn dawn il-Method Statements separatament? F’każ li Method Statement jiġi mibgħut lura lil min ikun għamlu biex jiġi rranġat, kif jerġa’ jiġi sottomess u kemm jiġi mħallas l-assessur li jerġa’ jassessjah mill-ġdid?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessuri għall-assessjar ta’ method statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni lill-assessuri għall-assessjar tal-Method Statements sottomessi mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Method Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’ xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm Method Statements li ntbagħtu lura għand min għamilhom biex jiġu rranġati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – dikjarazzjoni li xogħol ma jaqax taħt L.S. 623.06 (AL136/2019)

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall f’liema ċirkostanza tkun tista’ tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni d-dikjarazzjoni li x-xogħol ma jaqax taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat)? X’informazzjoni addizzjonali tkun trid tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ma’ din id-dikjarazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt li skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat – sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat), xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt lis-skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019) kif amendat – sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Marsaxlokk – Żona tas-Silġ – new water

Question

Peress li l-infrastruttura neċessarja ta’ taħt l-art diġà hija lesta, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-bdiewa taż-żona tas-Silġ f’Marsaxlokk għadhom ma bdewx jiġu provduti bin-'new water' biex jużawh għat-tisqija tar-raba’ tagħhom? Meta tali provvista ser tkun disponibbli għal dawn il-bdiewa? Ser ikun hemm xi ħlas biex bdiewa jużaw in-‘new water’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-infrastruttura taħt wiċċ it-triq fil-proġett indikat hija kważi kollha lesta. Fadal xi xogħol fil-ġibjuni u pompi li se jkunu qed iqabbdu din il-parti tan-network mal-kumplament tas-sistema tan-New Water. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew din is-sena biex il-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw minn dan l-investiment innovattiv b’valur ambjentali.
Leg 14 PQ #786 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni- linji gwida għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsultat l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qabel ma ħarġet il-Linji Gwida għall-Ipproċessar tal-Applikazzjonijiet hekk kif ġew ippublikati nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2022 waqt laqgħa ta’ informazzjoni lill-Periti?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BCA, kif kostitwita fil-Kap. 623 tal-Liġijiet ta’ Malta u sussegwentement imwaqqfa fis-16 ta’ April 2021 għandha obbligu legali li tiffunzjona bħala regolatur u taqdi l-funzjoni kif stabbilit fl-istess liġi. Illum din l-Awtorità taqa’ fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubblici u l-Ippjanar u se nkun qed nara li l-għan legali ta’ din l-Awtorità jiġi onorat, kemm għall-benefiċċju tas-settur kif ukoll għall-benefiċċju tal-pubbliku. Illum għandna l-privileġġ li s-settur tal-Kostruzzjoni qiegħed fi ħdan portafoll ministerjali wieħed u għaldaqstant għandna l-faċilità li nikkonsultaw u ninvolvu l-partijiet konċernati kollha. Fil-jiem li għaddew kelli l-opportunità li niddiskuti l-futur ta’ din l-Awtorità u nikseb tagħrif dwar il-mekkaniżmu amministrattiv tagħha. Jidher biċ-ċar li l-aspettattivi hemm barra mhux qed jintlaħqu u għaldaqstant ser nara li jkun hemm aġġornament tal-proċessi amministrativi f’dan ir-rigward biex l-obbligi legali stabbiliti fl-Att li jitwaqqaf il-BCA jiġu onorati. Fir-rigward tal-mistoqsijiet mill-Onor. Interpellant ninfurmak li l-assessjar ta’ method statements isir minn persuni kompetenti u l-ivvettjar isir abbażi ta’ regolamenti stabbiliti fl-istess Att. Inħares 'il quddiem għat-tisħiħ tal-istess BCA biex insaħħu l-operat ta’ din l-awtorità filwaqt li ninvesti fil-ħaddiema tagħha.
Leg 14 PQ #787 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – persuni li jivverifikaw u jiċċekjaw l-applikazzjonijiet – kwalifiċi akkademiċi u kompetenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi u kompetenzi għandhom il-persuni kompetenti fis-suġġett li ser jivverifikaw u jiċċekjaw kull applikazzjoni li ssir mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni dwar jekk hemmx xi xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Awtorità? Min huma dawn l-assessuri, impjegati tal-Awtorità jew konsulenti privati? Kemm hemm min dawn l-assessuri ingaġġati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #788 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – persuni li jivverifikaw u jiċċekjaw l-applikazzjonijiet — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu għal kull applikazzjoni l-persuni kompetenti fis-suġġett li ser jivverifikaw u jiċċekjaw kull applikazzjoni li ssir mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni dwar jekk hemmx xi xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Awtorità jekk dawn mhux impjegati tal-Awtorità?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #789 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Method Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi u konsegwentament assessjati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-Method Statements, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm damu jiġu assessjati dawn il-Method Statements li ġew sottomessi l-Building Construction Agency?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #790 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Method Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm Method Statements assessjati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li dawn ġew assessjati f'perjodi ta': (a) inqas minn ġimgħa; (b) ġimgħa; (c) ħmistax-il ġurnata; (d) tliet ġimgħat; (e) xahar; (f) xahar u nofs; (g) xahrejn (h) xahrejn u nofs; (i) tliet xhur; (j) aktar minn tliet xhur?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.

Niżġet Artna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Niżġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta eċċ għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — lista ta' servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.

Strateġija Farm to Fork

Question

Fid-dawl tal-istrateġija Farm to Fork tal-Unjoni Ewropea u li biha ser ikun hemm stabbiliti l-valuri/ miri nazzjonali li jridu jintlaħħqu bħala parti integrali mill-Green Deal, jista' l-Ministru jgħid jekk: i. il-Gvern ħejjiex pjan speċifiku għal pajjiżna biex jiġi konformi ma’ din l-istrateġija; ii. Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid: a. ma’ min (stakeholders, għaqdiet, koperattivi etc) iddiskuta dan il-pjan: b. jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan; c. għandux l-approvazzjoni tal-Kabinett għal dan il-pjan; u i. jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn ma sarx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa maħsub li l-miri nazzjonali li joħorġu mill-Green Deal u li huma stabbiliti fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Farm to Fork, jintlaħqu permezz tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrarja Komuni.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking, kemm hemm impjegati f’kull dipartiment/entità separatament jaħdmu bit-teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti. Ngħarrfu li l-Kapijiet rispettivi jiżguraw li l-impjegati jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mid-dar, u li jkunu pprovduti bit-tagħmir kollu neċessarju biex jagħmlu dan. Is-sigħat mitluba mill-impjegati huma skont id-diskrezzjoni tal-Kapijiet biex jiġi dejjem assigurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-fluss tax-xogħol u jibqa’ jinżamm livell għoli ta’ servizz ta’ kwalita’. Dan filwaqt li jkompli jitħares il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-impjegati. Numru ta’ ħaddiema bit- telework Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 5 Diviżjoni Strateġija u Sapport 27 Dipartiment tas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali 17 Dipartiment tal-Affarijiet Rurali 31 Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura 41 Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali 5 Malta Food Agency 9 Governance of Agricultural Bioresources Agency (GAB) -
Leg 14 PQ #608 Sitting 12 2022-05-31 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Il-Pitkalija — spezzjonijiet fuq prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex jiġi assigurat li ma jiddaħħlux prodotti impurtati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija? Kemm saru spezzjonijiet minn meta l-Pitkalija għaddiet taħt din l-Aġenzija sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kien hemm okkażjonijiet fejn instab li kienu qegħdin jiddaħħlu prodotti importati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija? X'miżuri ttieħdu fil-konfront ta' min jinqabad idaħħal dawn il-prodotti impurtati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija?

Response

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.