Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #1113 Sitting 22 2022-06-27 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Settur Agrikolu — reġistru ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jinżammx reġistru tal-ħaddiema (mhux bdiewa reġistrati) li jaħdmu fis-settur agrikolu? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu: (a) in-numru ta’ ħaddiema minn Jannar 2000 sa’ Diċembru 2021; (b) it-tip ta’ impjieg (full-time, part-time, każwali); (ċ) il-livell ta’ edukazzjoni /ċertifikazzjoni ta’ kompetenza fis-settur agrikolu? Jista’ jgħid jekk teżistix xi forma ta’ informazzjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet / kompetenzi ta’ dawn il-ħaddiema li mhux neċessarjament huma reġistrati bħala bdiewa? Jekk il-Ministru m’għandux din l-informazzjoni, jista' jitlob din l-informazzjoni lill-Jobplus?

Response

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentaru Nru 142.
Leg 14 PQ #1114 Sitting 22 2022-06-27 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Impjegati li ggradwaw mill-MCAST f'setturi agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni li ggradwaw f’xi wieħed mill-korsijiet offruti mill-MCAST (Istitut tax-Xjenzi Applikati) fl-oqsma relatati mal-agrikoltura u sajd fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2010 u Diċembru 2021?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sejħiet għall-applikazzjoni joħorġu regolarment b’talba għall-kwalifiki speċifiċi u/jew tekniċi skont in-natura tal-postijiet vakanti, fejn Bord maħtur jirrevedi u janalizza l-eliġibilità tal-applikanti skont il-kriterji tas-sejħa qabel dawn jissejħu biex jagħmlu intervista tax-xogħol. L-eliġibilità fil-kwalifiki li joħorġu fis-sejħiet jispeċifikaw biss il-livell li jkun rekwiżit filwaqt li l-Bord ma jagħmel l-ebda distinzjoni minn fejn tkun ħarġet il-kwalifika. Ngħarrfu wkoll li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba minnu, jinqabeż l-advisory cost limit.

Malta Metro — Direct Orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' €424,000 f’direct orders f’ġurnata waħda għal kumpanija waħda biex torganizza esebizzjoni għall-15-il ġurnata humiex esaġerati u li faċilment setgħu ġew iffrankati ħafna flus mit-taxxi tal-poplu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi l-onor. interpellant ghall-mistoqsijiet parlamentari nru. 597 u nru. 598.

Malta Metro — direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 u b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata fejn kienu preżentati l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro, li tali studji li saru fl-2017 (u ċjoè kważi erba' snin qabel ma saret din l-esebizzjoni) swew lil pajjiżna €1,807,907.41, jista’ l-Ministru jgħid: (a) kemm-il tinda ġiet armata u kemm ġiet tiswa kull tinda li fiha saret l-esebizzjoni għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata; (b) kemm ġiet tiswa l-għamara meħtieġa għal din it-tinda u fiex kienet tikkonsisti eżatt din l-għamara? X’sar minnha din l-għamara wara li spiċċat din l-esebizzjoni; (ċ) kemm ġew jiswew l-iscreens għal din l-esebizzjoni u kemm-il screen inkera; (d) x’tip ta’ strutturi ntużaw għal din l-esebizzjoni u kemm swew flus dawn l-istrutturi; (e) kemm ġiet tiswa s-sistema ta’ arja kundizzjonata; (f) kemm-il generator ġie mikri għal din l-esebizzjoni, x'saħħa kellu kull generator u kemm ġie jiswa kull generator; (g) kemm ġew jiswew id-dwal użati għal din l-esebizzjoni; (h) kemm ġew jiswew flus is-sistemi ta’ audio għal din l-esebizzjoni; (i) kemm ġie jiswa flus l-ipprintjar ta’ materjal informattiv ta’ din l-esebizzjoni; (j) kemm ġie jiswa t-tindif għal din l-esebizzjoni; (k) kemm ġie jiswa t-trasport għal din l-esebizzjoni, x’forma ta’ trasport intuża u għal xiex / għal min ġie pprovdut dan it-trasport; u (l) kemm-il tapit intuża għal din esebizzjoni u kemm ġie jiswa kull tapit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball meta jagħti l-impressjoni li kollox kien lest fl-2017. Saħansitra fuq is-sit li tnieda mal-esebizzjoni kien ingħata timeline li jixhed dan u l-istudju ppubblikat għandu wkoll nota dwar l-impatt tal-pandemija. Intant qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tas-servizzi li qed jirreferi għalihom.

Malta Metro — direct orders

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 122 u 597, u peress li l-istudji b’rabta mal-proposta tal-Metro li swew lil pajjiżna €1,807,907.41 kienu lesti xhur, jekk mhux snin, qabel saret l-esebizzjoni msemmija, x'inhi r-raġuni Ii għas-servizzi biex issir din l-esebizzjoni ma ħarġux tenders kompetittivi varji minflok direct orders? X’inhi r-raġuni li dawn id-direct orders ingħataw lil kumpanija waħda meta tali servizzi varji setgħu faċilment ingħataw b'tenders varji li kien ikunu ferm aktar 'cost effective' u t-taxpayer kien ikollu aktar 'value for money' għas-servizzi/prodotti li ngħataw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 597.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward ta’ taħriġ tal-bdiewa dwar kif għandhom jaċċessaw u jużaw teknoloġiji diġitali intelliġenti u kapaċitajiet ta’ innovazzjoni, filwaqt li tiġi appoġġata d-dispożizzjoni ta’ data rilevanti biex tiżdied l-effettività tat-teknoloġiji diġitali u l-produttività u s-sostenibbiltà?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jsir taħriġ tal-bdiewa dwar kif għandhom jaċċessaw u jużaw teknoloġiji diġitali intelliġenti u kapaċitajiet ta’ innovazzjoni u żieda fl-effettività tat-teknoloġiji diġitali u l-produttività u s-sostenibbiltà hu maħsub specifikament taħt: § Objettiv Speċifiku 2 “ Enhance market orientation and increase farm competitiveness both in the short and long term, including greater focus on research, technology and digitalisation ”; § Objettiv Speċifiku 6 “ Contribute to the protection of biodiversity, enhance ecosystem services and preserve habitats and landscapes ”.

AgriFair — esebituri kummerċjali

Question

Filwaqt li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet bħall-AgriFair ta’ min ifaħħarhom u għandhom ikomplu jiġu organizzati fuq bażi annwali, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji li bihom intgħażlu l-kumpaniji kummerċjali bħala esebituri, kif kien assenjat lilhom l-ispazji ta’ esebizzjoni, u kemm kien il-ħlas għal kull stand li ngħataw dawn l-entitajiet kummerċjali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din l-ewwel edizzjoni tal-Malta AgriFair 2022, dawk l-esebituri kummerċjali kollha li wrew interess li jipparteċipaw wara li kien hemm sejħa ta’ interess, setgħu jirreġistraw sal-15 ta’ April 2022 u dawk li l-prodotti jew s-servizzi li huma joffru huma relevanti għas-settur agrikolu, tas-sajd u tal-akwakultura ġew aċċettati. Iż-żona ta’ ġewwa tal-Fiera kienet maqsuma fi tliet kategoriji ewlenin: 1. agrikoltura f'termini ta' kull ħaġa relatata mal-uċuħ tar-raba'; 2. prodotti tal-bhejjem u kwalunkwe prodott/servizz ieħor relatat mal-bhejjem; 3. sajd/akkwakultura. Kien hemm każijiet fejn esebituri kienu jaqgħu f’aktar minn kategorija waħda, madankollu l-allokazzjonijiet tal-istands kienu dejjem assenjati bi qbil mal-esebituri u aktar minn post ta’ allokazzjoni wieħed kien offrut għall-għażla. Il-ħlas ta’ kull stand kienet dipendenti fuq id-daqs tal-istand meħtieġ kif ġej: · 4m x 2m: €100 inklużi spazju, tapit, ħitan tal-PVC, dwal u elettriku · 4m x 4m: €200 inklużi spazju, tapit, ħitan tal-PVC, dwal u elettriku · 4m x 8m: €400 inklużi spazju, tapit, ħitan tal-PVC, dwal u elettriku Importanti wkoll li wieħed jirrimarka li d-Dipartimenti, d-Direttorati u l-Entitajiet fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, kellhom irwol importanti sabiex jilħqu lill-partijiet interessati kollha f’dawn is-setturi.

AgriFair — ħlas għal spazji/stands

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bdiewa, raħħala u l-koperattivi tagħhom, hekk kif inhu ġust u xieraq għax fieri bħal dawn għandhom isiru biex iservu ta' vetrina għall-prodott lokali Malti, kinux eżentati minn ħlas għall-ispazji/stands disponibbli biex jesebixxu l-prodotti agrikoli tagħhom waqt l-AgriFair?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżati tal-istands li kienu ssusidjati mill-Ministeru, kienu applikabbli għall-parteċipanti kollha li ħadu sehem bħala esebituri waqt il-Malta AgriFair 2022, kemm kumpaniji kummerċjali kif ukoll bdiewa, raħħala, kooperattivi u għaqdiet volontarji.

AgriFair

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-AgriFair hux ser tibqa' tiġi organizzata fuq bażi annwali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attendenza u l-interess li ntwera waqt l-ewwel edizzjoni huwa indikazzjoni ċara li l-Malta AgriFair għandha terġa’ tiġi organizzata. Bħalissa għaddej proċess ta’ evalwazzjoni ta’ din l-ewwel edizzjoni li ser iwassal ukoll għal deċiżjoni dwar kull meta l-fiera għandha tiġi organizzata.

AgriFair — attendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew persuni għall-AgriFair tul il-ġranet tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, ġurnata b’ġurnata separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li attendew l-AgriFair kien hekk kif ġej: · Il-Ġimgha 5,700 · Is-Sibt 11,600 · Il-Ħadd 15,800

AgriFair — tenders

Question

B’referenza għall-AgriFair, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders għall-aspetti varji tal-organizzazzjoni ta’ din il-fiera, bħal: (a) provvista ta’ dawl; (b) immuntar u żarmar tal-istands; (ċ) sound system; (d) conference facilities, (e) sigurtà, (f) tindif, (g) fotografija u videografija; u (h) servizzi oħra? F’kull każ, jista' l-Ministru jinkludi l-isem tal-kuntrattur/i u l-valur imħallas lill-kuntrattur/i għas-servizz/i li pprovda/ipprovdew, jekk dawn ingħatawx b’tender jew direct order u f’kull każ inġibitx l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-Malta AgriFair 2022, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli stabbilixxa diversi kuntratti u sejħiet għall-offerti għall-ispejjeż ewlenin kollha tagħha bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti fosthom: 1. CT500/2019 – NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE ORGANISATION OF THE NATIONAL AGRICULTURAL FAIR IN 2020 Kuntratt bejn il-Ministeru u MFCC Ltd bħala l-post uffiċjali tal-Malta AgriFair B’ammont totali massimu ta’ €342,076,50 exc. VAT approvat mid-DOC Apparti l-użu tal-post għall-Fiera, il-kuntratt kien jinkludi ħafna servizzi addizzjonali li huma: a. Immuntar u żarmar tal-istands; b. Twapet kullimkien inkluż passaġġi u żona tal-konferenzi; c. Stands tal-esibituri inklużi spazju, tapit, ħitan tal-PVC, dwal u elettriku d. Elettriku ġenerali limtat għal 33,000 unità e. Stage/platform – 12m x 10m x 0.75m; dan intuża fiż-żona tal-konferenzi u parzjalment fiż-żona tal-kompetizzjonijiet tal-annimali f. Arja kkundizzjonata matul il-ġranet tal-fiera kollha g. Total ta’ żona ta’ barra ta’ 750sqm mgħotijja b’tined għall-esebizzjoni tal-annimali u l-kompetizzjonijiet h. Din iż-żona ta’ barra kienet tinkludi wkoll twapet, provvista ta’ dawl u elettriku, servizzi ta' ilma u drenaġġ i. Żona tas-sala li tinkludi siġġijiet u sufani għar-rilassament j. Konċessjoni ta' 200sqm f'termini ta' branding u stampar għal stands relatati mal-Gvern k. Konċessjoni ta’ 100sqm f’termini ta’ branding u stampar ġenerali madwar il-post kollu l. Appoġġ tat-tim tal-bejgħtal-MFCC taħt l-awtorita’ tal-Ministeru m. Żewġ persuni tas-sigurtà 24/7 matul it-tul kollu tal-fiera mill-bidu tal-immuntar, waqt il-Fiera u sal-aħħar ġurnata ta’ żarmar; n. Tindif fil-post kollu ġewwa u barra eskluż skart relatat mal-annimali. 2. MESDC 433/2019/2 – SERVICE TENDER FOR THE DEVELOPMENT AND IMPLEMENTATION OF AN INTEGRAL PROMOTIONAL AND MARKETING CAMPAIGN ON THE NATIONAL AGRICULTURAL FAIR IN AN ENVIORNMENTALLY FRIENDLY MANNER Tender li kien ipubblikat fuq l-Epps fit-2019 u mirbuħ mill-kumpanija Outlook Coop Għall-ammont totali ta’ €191,789.00 exc. VAT Li kien jinkludi dawn is-servizzi ta’ marketing u promozzjoni: a. Adattament tad-disinn kif ikun hemm bżonn matul it-tul tal-kuntratt; b. Riklami fuq rivisti u gazzetti; c. Produzzjoni ta' vidjows d. Disinn u stampar ta' materjal ta' reklamar: fuljetti, stands tal-fuljetti, programm, gwida u mappa ta' avvenimenti għall-viżitaturi, flyer u poster; e. Backdrops, televisions u roll up banners; f. Reklamar fuq it-TV; g. Reklami fuq ir-radju; h. Brand ambassadors; i. Fotografu u vidjografer professjonali; j. Reklami fuq il-karozzi tal-linja; k. Relazzjonijiet pubbliċi inklużi intervisti fuq programmi televiżivi u programmi tar-radju; l. Reklamar diġitali fuq portali tal-aħbarijiet onlajn. 3. MAFA_CFQ01/2022 – PROVISION OF INDOOR CHILDREN ENTERTAINMENT ACTIVITIES DURING THE MALTA AGRIFAIR 2022 Call for Quotes ippubblikata fuq l-Epps fit-2022 u mirbuħ mill-kumpanija ALKA Ceramics Għall-ammont totali ta’ €9,600.00 exc. VAT . 4. MAFA_CFQ02/2022 – PROVISION OF OUTDOOR CHILDREN ENTERTAINMENT ACTIVITIES DURING THE MALTA AGRIFAIR 2022 Call for Quotes ippubblikata fuq l-Epps fit-2022 u mirbuħ mill-kumpanija ALKA Ceramics Għall-ammont totali ta’ €7,335.00 exc. VAT. 5. Saħħa u sigurtà: a. Risk assessment - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-imejl fl-2019 u l-orħos offerta waslet mingħand Stanley Azzopardi Occupational Health and Safety Consultancy għall-ammont totali ta’ €590.00 exc. VAT minħabba li l-AgriFair ġiet posposta minħabba il-COVID-19 ir-risk assessment ġie abbozzat però qatt ma ġie konkluż u ffirmat; b. Fit-2022 Stanley Azzopardi Occupational Health and Safety Consultancy ġie kkuntattjat direttament biex jifinalizza ir-risk assessment u jiġi ffirmat għall-ammont totali ta’ €480.00 exc. VAT ; c. Minħabba l-livell u l-kobor tal-fiera u hekk kif ġie stabilit mir-risk assessment id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew ingaġġjati direttament għas-servizzi relatati ma’ nar u salvataġġ għall-amount totali ta’ €5,958.80 exc. VAT ; d. Sevizz ta’ ambulanza u first aiders - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Fire and Security Engineering għall-ammont totali ta’ €1,102.50 exc. VAT ; e. Servizz ta’ sigurtà addizzjonali għall-kontroll tan-nies - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Goldguard Services Ltd għall-ammont totali ta’ €3,118.41 exc. VAT ; f. Polza ta' assigurazzjoni - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Thomas Smith Insurance Broker għall-ammont totali ta’ €4,500.00 exc. VAT. 6. Servizzi awdjoviżivi: a. Iffilmjar taħt l-ilma tat-tonn – Direct Order li saret fit-2019 fuq bażi ta’ urġenza u raġunijiet tekniċi u artistiċi mingħand Studio 7 Co Ltd. għall-ammont ta’ €640.00 exc. VAT ; b. Produzzjoni ta’ disinn grafiku bil-qwiel Malti relatat mal-biedja u s-sajd – Direct Order li saret fit-2019 fuq bażi ta’ raġunijiet tekniċi u artisitiċi mingħand Studio 7 Co Ltd. għall-ammont ta’ €3,861.52 exc. VAT ; c. LED Wall 6m by 3m – Direct Order li saret fit-2022 fuq bażi ta’ raġunijiet tekniċi u artistiċi mingħand Studio 7 Co Ltd. għall-ammont ta’ €9,384.00 exc. VAT ; d. Servizzi awdjoviżi fiż-żona tal-konferenzi - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 madankollu ħadd mill-fornituri ma seta’ jipprovdi s-servizz minħabba ħafna avvenimenti oħra li kienu qed iseħħu fl-istess tmiem il-ġimgħa tal-AgriFair. Għalhekk fuq din il-bażi u fuq raġunijiet relatati ma’ urġenza ġie ingaġġat direttament Genaudio Ltd għall-ammont totali ta’ €7,953.20 exc. VAT ; e. Servizzi awdjoviżi fiż-żona tal-kompetizzjonijiet tal-annimali - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 madankollu ħadd mill-fornituri ma seta’ jipprovdi s-servizz minħabba ħafna avvenimenti oħra li kienu qed iseħħu fl-istess tmiem il-ġimgħa tal-AgriFair. Għalhekk fuq din il-bażi u fuq raġunijiet relatati ma’ urġenza ġie ingaġġat direttament Genaudio Ltd għall-ammont totali ta’ €6,186.74 exc. VAT . 7. Servizzi oħra: a. Oġġetti promozzjonali għall-esebituri kollha ( poloshirts, lanyards u lapel pins ) - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Playcraft Promotional Items għall-ammont totali ta’ €1,864.00 exc. VAT ; b. Billboards 1 – Direct Order li saret fit-2019 approvata mill-Ministeru għall-Finanzi mingħand Border & Co Ltd. għall-ammont totali ta’ €19,820.00 exc. VAT ; c. Billboards 2 – Direct Order li saret fit-2019 mingħand Streetcom għall-ammont totali ta’ €6,000.00 exc. VAT ; d. Billboards 3 – Direct Order li saret fit-2019 mingħand Keen għall-ammont totali ta’ €3,600.00 exc. VAT ; e. Kukkardi għall-kompetizzjoni tal-annimali - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Horace Enterprises Ltd għall-ammont totali ta’ €403.75 exc. VAT ; f. Vawċers tal-għalf tal-annimali (premjijiet għall-kompetizzjonijiet tal-annimali) - Direct Order li saret fit-2022 mingħand KPH Group għall-ammont totali ta’ €4,988.52 exc. VAT ; g. Akkomodazzjoni f’lukanda għal żewġ judges barranin għall-kompetizzjonijiet tal-annimali - sejħa għall-kwotazzjonijiet ġiet ippubblikata bl-email fit-2022 u l-orħos offerta waslet mingħand Corinthia Palace, Attard għall-ammont totali ta’ €1,308,41 exc. VAT; h. Fjuri dekorattivi – Direct Order li saret fit-2022 mingħand The Malta Florist għall-ammont totali ta’ €1,016.88 ; i. Spejjeż tal-persunal li saru minn Meridiana Wine Estate sabiex saru it-tours tal-produzzjoni tal-inbid u l-vinja waqt il-Malta AgriFair - Direct Order li saret fit-2022 ma’ Meridiana Wine Estate għall-ammont totali ta’ €1,763.00 exc. VAT .

Pitkalija — Bdiewa – tnaqqis ta’ 1%

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li minn din il-ġimgħa lill-bdiewa qed inaqqsulhom 1% oħra 'over and above' id-9% (8% commission lill-pitkala u 1% tal-kaxxi tal-pitkalija) li kienu diġà qed inaqqsulhom minn dak dovut lilhom meta jbiegħu l-prodotti tagħhom fil-pitkalija? Min ser jibbenefika mill-1% addizzjonali li ser ikunu qed iħallsu l-bdiewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-commission tal-bdiewa kienet ta’ 8%, li 7% minnha kienet tmur għand l-Aġent tal-Bejgħ, filwaqt li 1% kienet tmur għand il-Malta Food Agency. Mit-18 ta’ Mejju ta’ din is-sena, bi qbil li kien hemm mal-ghaqdiet tal-bdiewa, din il-commission żdiedet għal 9%, maqsuma f’8% għall-Aġenti tal-Bejgħ u 1% għall-Aġenzija.

Farm to Fork — Green Deal

Question

Fid-dawl tal-istrateġija Farm to Fork tal-Unjoni Ewropea u li biha ser ikun hemm stabbiliti l-valuri/ miri nazzjonali li jridu jintlaħqu bħala parti integrali mill-Green Deal, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ħejjiex pjan speċifiku għal pajjiżna biex jiġi konformi ma’ din l-istrateġija? Jekk fl-affermattiv, jista': (a) jgħid ma' min (stakeholders, għaqdiet, koperattivi eċċ.) iddiskuta dan il-pjan; (b) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan; u (ċ) jgħid għandux l-approvazzjoni tal-Kabinett għal dan il-pjan? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn dan il-pjan għadu ma sarx?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka fid-dettall kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż id-dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward tar-rakkomandazzjoni dwar titjib tal-valur miżjud fis-settur agrikolu u billi jiġu appoġġati l-investimenti fit-tnaqqis tal-ispejjeż u fil-produzzjoni ta’ kwalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jittejjeb il-valur miżjud fis-settur agrikolu u jiġu appoġġati l-investimenti fit-tnaqqis tal-ispejjeż u fil-produzzjoni ta’ kwalità hu maħsub specifikament taħt: § Objettiv Speċifiku 1 “Support viable farm income and resilience of the agricultural sector across the union in order to enhance long-term food security and agricultural diversity as well as ensure the economic sustainability of agricultural production in the Union”; § Objettiv Speċifiku 3 “Improve farmers bargaining position in the supply chain”; § Objettiv Speċifiku 5 “Foster sustainable development and efficient management of natural resources such as water, soil and air, including by reducing chemical dependency”.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bidwi fil-katina tal-valur billi tiġi appoġġata sħubija akbar tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li twassal għal skambju u kooperazzjoni mtejba tal-għarfien? X’qed jagħmel il-Gvern biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-bdiewa (b’mod partikolari fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex)?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bidwi fil-katina tal-valur u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-bdiewa hu maħsub specifikament taħt: § Objettiv Speċifiku 2 “Enhance market orientation and increase farm competitiveness both in the short and long term, including greater focus on research, technology and digitalisation”; § Objettiv Speċifiku 3 “Improve the farmer’s position in the value chain”.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward tat-tisħiħ tal-modernizzazzjoni agrikola u titjib tal-iżvilupp tan-negozju agrikolu biex jiġu attirati bdiewa żgħażagħ billi jiġu indirizzati l-ostakli għad dħul fis-settur (jiġifieri l-aċċess għall-art) u jingħata inċentiv għall-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti, ekoloġiċi u diġitali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jsir tisħiħ tal-modernizzazzjoni agrikola u titjib tal-iżvilupp tan-negozju agrikolu biex jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u inċentiv għall-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti, ekoloġiċi u diġitali hu maħsub specifikament taħt: § Objettiv Speċifiku 2 “ Enhance market orientation and increase farm competitiveness both in the short and long term, including greater focus on research, technology and digitalisation ”; § Objettiv Speċifiku 5 “ Foster sustainable development and efficient management of natural resources such as water, soil and air ”; § Objettiv Speċifiku 6 “ Contribute to the protection of biodiversity, enhance ecosystem services and preserve habitats and landscapes ” § Objettiv Speċifiku 7: “ Attract and sustain young farmers and new farmers and facilitate sustainable business development in rural areas ”.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward ta’ żieda fl-impjiegi u ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja fiż-żoni rurali permezz ta’ investimenti f’attivitajiet ekonomiċi diversi u fl-iżvilupp ta’ servizzi bażiċi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jiżdiedu u jinħolqu l-impjiegi hu maħsub specifikament taħt l-Objettiv Speċifiku 8: “Promote employment, growth, gender equality, social inclusion and local development in rural areas, including bio-economy and sustainable forestry”.
Leg 14 PQ #815 Sitting 19 2022-06-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Food Safety Agency

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-funzjoni tal-Food Safety Agency? Min huma l-impjegati li tħaddem magħha din l-aġenzija, f’liema belt jew raħal jgħixu, x’inhi r-responsabbiltà tagħhom u f’liema grad/skala jinsabu?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 14 PQ #816 Sitting 19 2022-06-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Sajjieda full time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda full-time f’Malta u f’Għawdex, separatament u minn liema belt jew raħal ġejjin fil-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda jinżammu dawk ta’ bastimenti tas-sajd reġistrati.
Leg 14 PQ #817 Sitting 19 2022-06-20 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Sajjieda part time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda part-time f’Malta u f’Għawdex, separtament u minn liema belt jew raħal ġejjin fil-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 816.