Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 615 u jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma s-servizzi professjonali.

Pubblikazzjoni ‘Nisġet Artna’

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 614 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Nisġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta, eċċ. għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex wieħed jirċievi l-pubblikazzjoni ta’ Nisġet Artna jrid ikun abbonat, tali servizz li huwa bla ħlas. Tabella numru 1 tindika il-lokalitajiet li fihom tqassmet il-pubblikazzjoni. Tabella Nru 1 Ħ'Attard Ħal Balzan Il-Bidnija Il-Birgu (Vittoriosa) Birkirkara Birżebbuġa Bormla (Cospicua) Ħad-Dingli Il-Fgura Il-Furjana Ħal Għargħur Ħal Għaxaq Il-Gudja Il-Gżira Il-Ħamrun L-Iklin Il-Kalkara Ħal Kirkop Ħal Lija Ħal Luqa Il-Marsa Marsaskala or Wied il-Għajn Marsaxlokk L-Imdina San Lawrenz Kercem Il-Mosta L-Imqabba L-Imsida L-Imtarfa In-Naxxar Raħal Ġdid (Paola) Pembroke Tal-Pietà Fontana Il-Qrendi Ir-Rabat, Malta Ħal Safi San Ġwann Santa Luċija Victoria L-Isla (Senglea) Is-Siġġiewi Tas-Sliema San Ġiljan San Pawl il-Baħar Munxar Sannat Ta' Xbiex Il-Belt Valletta Ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar Il-Mellieħa L-Imġarr Xewkija Ghajnsielem Xaghra Nadur Is-Swieqi Ħal Tarxien Ħal Qormi Qala Santa Venera Żebbug (Gozo) Gharb Iż-Żejtun I ż-Żurrieq Għasri Ħaż-Żebbuġ Fir-rigward ta’ l-ispiża totali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella numru 2 b’tali informazzjoni li għandna disponibbli mill-2018 sal-lum. Tabella Nru 2 2018 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2018 €480 2650 D04 €300 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,749.49 €9,702.29 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2018 €430 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,789.36 €9,742.16 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €4,446.17 €10,922.83 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €3,986.49 €10,247.81 2019 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,514.70 €8,457.50 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,411.23 €8,354.03 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €2,504.23 €8,980.89 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €2,672.09 €8,933.41 2020 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,776.90 €9,119.93 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,779.49 €9,122.52 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,922.92 2610 D04 AGR €2,777.98 €9,334.10 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,778.84 €9,121.87 2021 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €5,716.14 E2200 (recurrent vote) €2,779.27 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €8,955.61 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 E2200 (recurrent vote) €2,779.49 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,809.82 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 e2200 (recurrent vote) €2,960.85 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,991.18 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €7,609.37 E2160 (recurrent vote) €2,963.67 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,033.24 Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2022 €265.50 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €9,089.55 E1540 (vot rikurrenti) €2,953.29 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €12,485.34 2022 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Ġunju Nisġet Artna Sajf 2022 €295.00 E2160 ( Vot Rikurrenti) €200.60 E2980 (Vot Rikurrenti) €4280.22 E1540 (Vot Rikurrenti) €2520.11 E2980/E1620 (Vot Rikurrenti) €7295.93 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2022 €295.00 E2160 (vot rikurrenti) €200.60 E2980 (vot rikurrenti €4,326.09 E1540 (Vot Rikurrenti) €2,524.82 E2980/E1620 (Vot €7346.51

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 613 u jgħid x'kien l-ammont li ntefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 1327.

Liġi biex tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 612 u jgħid meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ il-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-seduta Parlamentari Nru. 28 sar l-ewwel qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Rabà, Kap. 199, Mozzjoni Nru. 69.

Il-Pitkalija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 610 u jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari żdidux ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu fil-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, kemm żdiedu ħaddiema, f'liema grad u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqdiet Mużikali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għaqdiet Mużikali madwar Malta u Għawdex, liema huma dawn l-Għaqdiet Mużikali, f’liema lokalita jinsabu u kemm ilhom imwaqqfin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet tan-Nar liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għaqdiet tan-Nar liċenzjati madwar Malta u Għawdex, liema huma dawn l-Għaqdiet tan-Nar, humiex ta’ xi soċjetà mużikali partikolari jew privati u jekk huma ta’ soċjetà mużikali partikolari, ta’ liema soċjetà mużikali tappartjenti tali għaqda tan-nar u f’liema lokalità tinsab kull kamra tan-nar (fireworks factory)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi għaqdiet tan-nar mhumiex reġistrati jew liċenzjati mal-Pulizija. F’dawn il-gżejjer hawn sitta u tletin (36) kamra tan-nar irreġistrati mal-Pulizija kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt, li tinkludi wkoll il-lokalità ta’ fejn jinsabu. Għall-Pulizija, kif ukoll skont ir-Regolamenti dwar Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra, L.S. 33.03, inkluż b’mod partikolari Regolament 6A, il-persuna li fuqha hija lliċenzjata il-kamra tan-nar, hija direttament responsabbli mill-operat tagħha. Infurmat li sebgħa (7) minn dawn il-kmamar tan-nar huma privati. Tabella PQ 1264 - Lista ta' Kmamar tan-nar ID Kamra tan-nar Area 1 St Mary Ras Il-Wied L/o |Żebbiegh 2 St Joseph Tal-Garda L/o Għaxaq 4 St Mary Tal-Ħaxun L/o Għaxaq 5 St Mary Kontrada Ta' San Niklaw L/o Qrendi 6 Ta' Lourdes Wied il-Ħofra L/o Qrendi 7 St Mary Ir-Ramlija L/o Mġarr 8 19th March Ix-Xagħra Tax-Xini L/o Rabat 9 Union Ħal-Saflieni L/o Luqa 10 SM Ħbula Ta' Mejter L/o Burmarrad 11 12th May Tar-Ramel L/o Żebbug 12 St Philip Tar-Ramel L/o Żebbug 13 St George Sqaq Ta' Awzara L/o Qormi 14 St Michael Kontrada Ta l'Iklin L/o Lija 15 St Catherine Tal-Wardija L/o Żurrieq 16 La Stella Ta' Razzat L/o Gudja 17 Independence Il-Gwejdija L/o Qrendi 18 Lily Wied Musa L/o Siġġiewi 19 St Nicholas In-Nadur L/o Siġġiewi 20 Mount Carmel Ta' L' Għerien L/o Żurrieq 21 Madonna Tal-Virtu Tal-Blajjiet L/o Għarb Gozo 22 15th August It-Tellerit Dwejra L/o Rabat 23 St Joseph Ħlantun L/o Żurrieq 24 Ta' Lourdes Tal-Qgħadi L/o Mgħatab 25 St Leonard Ta' Ċirkiez L/o Gudja 26 St Mary Ta Kandja L/o Siġġiewi 27 St Joseph Wied Qierda L/o Żebbug 28 San Pawl Tax-Xini L/o Rabat 29 Consolation Ta' Disinni L/o Gudja 30 San Bert Wied Id-Dis L/o Għarghur 31 25 Ta' Novembru Kontrada Ta' Lambordi L/o M'Xlokk 33 St Andrew Ħal-Farruġ L/o Qormi 34 St Sebastian Tal-Ħandaq L/o Qormi 36 St Paul Ta' Amparell Safi 37 15th August Tal-Boroż L/o Kercem Gozo 38 Qalb Ta Ġesu Ta' Garrija L/o Għharb Gozo 40 Tal-Bilbli Wied Qierda L/o Siġġiewi

Għaqdiet tan-Nar – għotjiiet ta’ flus mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm għotjiet ta’ flus mill-Gvern ser jibbenefikaw l-Għaqdiet tan-Nar madwar Malta u Għawdex din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinstab f’din il-lista hawn taħt: Fl-2022 l-għaqdiet tan-nar madwar Malta u Għawdex ibbenefikaw minn żewġ għotjiet ta-flus: 1. Massimu ta’ €5,000 mill-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar 2. Massimu ta’ €2,000 mill-Iskema għall-Assistenza Loġistika tal-Festa Irrid ngħid li l-iskema għal aktar saħħa u sikurezza fil-kmamar tan-Nar, li ilha toħroġ kull sena sa mit-twaqqif tagħha fl-2018, għandha l-għan li ssaħħaħ l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà tul il-ħidma mwettqa minn mijiet ta’ pirotekniċi li jaħdmu bla heda fuq bażi volontarja. Permezz ta’ din l-iskema, inkomplu nibnu fuq l-impenn tagħna lejn il-prattiċi tradizzjonali tagħna, speċjalment dawk li jikkumplimentaw il-festa Maltija. Dan bħala parti mill-impenn tagħna biex nissalvagwardjaw il-wirt kulturali intanġibbli ta’ pajjiżna.

Għaqdiet Mużikali — għotjiiet ta’ flus mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm għotjiet ta’ flus mill-Gvern ser jibbenefikaw l-Għaqdiet Mużikali madwar Malta u Għawdex din is-sena, anke minħabba l-fatt illi minħabba l-pandemija dawn l-Għaqdiet Mużikali qed isofru minn diffikultajiet finanzjarji? X’għandu maħsub il-Gvern biex fix-xhur u s-snin li ġejjin dawn l-Għaqdiet Mużikali jkomplu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja tal-Gvern biex din it-tradizzjoni Maltija ma tintilifx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinstab f’din il-lista hawn taħt: Fl-2022 l-għaqdiet mużikali madwar Malta u Għawdex jistgħu jibbenefikaw minn żewġ għotjiet ta’ flus: 1. Massimu ta’ €12,000 mill-Iskema ngħinu finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda 2. Massimu ta’ €2,000 mill-Iskema għall-Assistenza Loġistika tal-Festa Bħala gvern nemmnu li dawn l-iskemi huma importanti biex jibqa’ jingħata appoġġ lill-għaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet lokali relatati mal-festi. Dawn l-iskemi jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tal-voluntiera biex ikomplu jwettqu l-ħidma sfiqa, anke wara d-diffikultajiet li ġarrbu minħabba l-pandemija. Naturalment l-għaqdiet mużikali jistgħu jibbenefikaw ukoll minn kull skema ta finanzjament li huma eleġibbli għaliha lil hinn mit-tnejn li semmejt hawn fuq u li huma esklussivi għas-soċjetajiet mużikali.

Distribuzzjoni ta’ dawl elettriku f’żoni rurali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-distribuzzjoni ta’ dawl elettriku f’żoni rurali tistax titwassal permezz ta’ cables fuq arbli tad-dawl jew ġo trinka taħt l-art? Min irid iħallas għall-ispejjeż sija tal-arbli tad-dawl, cables u/jew trinka, l-entità li tipprovdi s-servizz tad-dawl elettriku jew il-klijent li jitlob il-provvista tad-dawl elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li d-distribuzzjoni ta’ dawl elettriku f’żoni rurali hija soġġett għall-permess tal-AwtoritÀ tal-Ippjanar fejn ikun hemm bżonn arbli tad-dawl. Fir-rigward tal-ħlasijiet, dawn huma regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi sussidjarja 545.01.
Leg 14 PQ #1327 Sitting 31 2022-10-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 618 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-lum, sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir?

Response

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kirkop – Triq Danny Cremona – xogħol fuq il-bus stop Barrieri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il-bus stop bl-isem Ħal Kirkop – Barrieri, li tinsab fi Triq Danny Cremona f'Ħal Kirkop faċċata taċ-Ċentru tas-Saħħa, issir aċċessibbli għal kull min ikun irid jagħmel użu minnha, peress li meta tagħmel ix-xita tant jgħaddi ilma tax-xita man-naħa tat-triq fejn jinsab dan il-bus stop li ħadd ma jkun jista’ jaqsam it-triq, u dan anke fid-dawl li min jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa f'din il-lokalità ma jkunx jista’ jagħmel dan meta tkun nieżla x-xita? Meta jaħseb il-Ministru li ser jibda dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1257 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Leg 14 PQ #1259 Sitting 30 2022-10-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?

Response

Min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, meta jirċievi rapport ta’ strutturi perikolużi, jiġi inkarigat perit tal-Gvern biex jagħmel rapport fejn jidentifika l-periklu, jekk ikun hemm, u jirrakkomanda l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan ir-rapport jintbagħat lill-pulizija li min-naħa tagħha tinforma lis-sid biex ineħħi l-periklu.

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1260 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa illi dan ix-xogħol ma jappartjenix lill-Kunsill Lokali. Madanakollu, infurmat li l-Kunsill Lokali rispettiv qiegħed jesplora kif tali xogħlijiet neċessarji jsiru bil-għajnuna ta' entitajiet oħra.

Għaqdiet tan-Nar liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għaqdiet tan-Nar liċenzjati madwar Malta u Għawdex, liema huma dawn l-Għaqdiet tan-Nar, humiex ta’ xi soċjetà mużikali partikolari jew privati u f’liema lokalità tinsab kull kamra tan-nar?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.

Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project — fdalijiet arkeoloġiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew/ser ikunu affettwati l-fdalijiet arkeoloġiċi li jinsabu fl-akkwati tal-proġett tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ppjanat ix-xogħlijiet ta’ Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project(KTAIP) f’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, biex tiżgura li ma jkollhomx impatti mhux mixtieqa fuq il-fdalijiet arkeoloġiċi li hemm fl-inħawi. Arkeologi mqabbdin mill-aġenzija u approvati mis-Sovrintendenza qed isegwu u jissorveljaw ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar tal-proġett. Il-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu fl-akkwati tal-proġett kollha ġew irrekordjati mill-arkeologi u wara li sar studju, stħarriġ u rikordju fotografiku ta’ kull fdalijiet, ittieħdet deċiżjoni mis-Sovrintendenza. Il-kura li ttieħdet kienet tali, illi f’każijiet fejn dawn kienu ta’ importanza kbira wara istruzzjoni mis-Sovrintendenza reġa’ ġie modifikat id-disinn biex il-fdalijiet jiġu salvati. Is-sit storiku ta’ Ħal Resqun li hemm fl-istess inħawi wkoll se jibqa’ aċċessibbli għall-arkeologi bħalma kien qabel ma nbeda l-proġett.

Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta għalkollox il-proġett tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) ser joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi kif ukoll inħawi oħrajn fil-viċinanzi. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tar-roundabout tal-Gudja u flyover li se tgħaddi minn fuqha, kif ukoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar. Se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija. Ir-roundabout tal-Gudja tinsab f’salib it-toroq ma’ diversi toroq arterjali, li jinkludu Vjal l-Avjazzjoni, minn u lejn Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi; Triq Dawret il-Gudja, lejn il-Gudja u Ħal Għaxaq; Triq Ħal Far, minn u lejn Ħal Far, il-Freeport u Birżebbuġa; u Triq l-Ewwel Titjira li tgħaqqad ir-roundabout mal-mini ta’ Ħal Kirkop. Hemm ukoll Triq il-Karwija, li twassal għall-Ajruport. Il-mina ġdida se toħloq konnessjoni diretta u aktar sigura bejn il-karreġġjati tan-nofsinhar u tat-tramuntana ta’ Vjal l-Avjazzjoni u dawk ta’ Triq Ħal Far. B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin f’din ir-rotta, inkluż vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout. Fuq il-mina, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ir-roundabout eżistenti u l-korsiji tal-bypass b’disinn imtejjeb biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport. Fit-tielet livell imbagħad, fuq ir-roundabout se jkun hemm il-flyover li sservi ta’ pont bejn il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop biex tibqa’ sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-Żurrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar tgħaddi mar-roundabout. KTAIP u Luqa Junction Project, li qed jinbena biswitu u jinkludi wkoll il-bini ta’ flyover oħra, huma l-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali. Kif kien ippjanat l-ewwel korsiji ta’ KTAIP, b’konnessjoni aħjar minn Ħal Far lejn ir-roundabout tal-Ajruport, infetħu fl-ewwel nofs tas-sena. Ix-xogħlijiet f’dawn l-inħawi jeħtieġ li jsiru b’attenzjoni kbira għal fdalijiet arkeoloġiċi li jista’ jkun hemm mirdumin taħt l-art. Fil-fatt, kull xogħol ta’ tħaffir qed isir taħt is-superviżjoni ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Fejn jinstabu fdalijiet t’importanza storika, Infrastructure Malta qed taħdem mas-Sovrintendenza ħalli tippriservahom billi tadatta l-pjanti tal-proġett. Ix-xogħlijiet kollha ta’ KTAIP mistennija jkunu lesti fl-ewwel nofs tas-sena 2023. Madankollu, il-flyovers taż-żewġ proġetti ppjanati li jibdew jintużaw qabel l-aħħar ta’ din is-sena. Il-flyover ta’ ħdejn l-ajruport se tkun twila 400 metru u ser toffri korsija diretta minn Ħal Luqa lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop. Miexi ġmielu wkoll il-bini tal-mina taħt ir-roundabout tal-Ajruport li partijiet minnha diġà ssaqqfu u din mistennija tinfetaħ qabel tmiem is-sena. Flimkien, il-KTAIP u Luqa Junction Project se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul din ir-rotta. Ser jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-aċċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts. Fl-istess waqt, permezz ta’ faċilitajiet aktar siguri, se jonqsu wkoll ir-riskji t’aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota. Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu ukoll għal titjib sinjifikanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa, il-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin. Fil-fatt, huwa stmat li se jnaqqsu sa 9 tunnellati emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju, li huma fost l-ikbar kontributuri tal-kri¿i fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena.

Żurrieq – Triq Ħal Far — twessigħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi titwessa’ ftit Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa peress li f’partijiet minnha t-triq tant hi dejqa li ma jgħaddux żewġ karozzi maġenb xulxin u dan peress illi din it-triq hija triq alternattiva għal mini ta’ Ħal Kirkop?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanet biex jindika eżatt għal liema partijiet mit-triq qed jirreferi.