Legislature:
Category:
Reset
Active:

Asfaltar ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fejn diġà tpoġġew il-pajpijiet tal-culvert u ġiet mirduma t-trinka, il-wiċċ tat-triq ma ngħatax it-tarmak iżda minflok ingħata saff ta' konkos b'mod u manjiera li qed joħloq inkonvenjent lil dawk kollha li jużaw dawn it-toroq, kif ukoll lir-residenti ta' dawn it-toroq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li waqt l-iskavar, instab li kien hemm xi servizzi fi Vjal ix-Xarolla li jridu jiġu evalwati sabiex f’każ li jkun hemm bżonn jinbidlu qabel ma jingħata l-wiċċ tat-triq. Hija l-proċedura li t-trinka fejn ikunu tqiegħdu l-katusi timtela b’saff ta’ konkos sa wiċċ it-triq biex din tkun tista’ tintuża sa ma jingħata wiċċ ġdid tat-tarmak.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x' passi ttieħdu mill-ERA biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa? Tista’ tgħid jekk din il-fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut hix tiffunzjona skont l-Environmental Permit maħruġ lilha mill-ERA?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2997.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – Proposta Nru 1 – Assigurazzjoni dwar użu għal skop agrikolu

Question

Jista’ l-Ministru jelabora fuq proposta Nru 1 (ii) tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li tagħmel referenza għall-assigurazzjoni li tinkiseb mill-awtorità li r-raba’ tibqa' tinħadem għall-iskop agrikolu tiegħu? Kif se jsir dan il-monitoraġġ? X'se jiddefinixxi użu għal skop agrikolu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-White Paper hu li tipproponi qafas u tagħti direzzjoni b’viżjoni fit-tul ta’ kif il-pussess tal-art agrikola għandu jkun imħares. Din il-White Paper ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika sabiex naraw kif il-prinċipji u l-proposti jkunu milqugħa minn dawk il-partijiet interessati u niksbu opinjonijiet u suġġerimenti ta’ kif din ir-riforma għandha tiġi implimentata. Niġbed l-attenzjoni li l-ewwel proposta tinkludi t-twaqqif ta’ Awtorità responsabbli minn dan il-qasam u li din ser tkun qed tiġi fdata sabiex timplimenta din ir-riforma billi tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll u inċentivi, inkluż dawk li hemm referenza għalihom fil-White Paper. Għalhekk, huwa prematur li jingħataw dettalji f’dan l-istadju.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – Proposta Nru 4 – Kategoriji ta’ Standard Output

Question

Jista' l-Ministru jelabora fuq proposta Nru 4 tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li tgħid li se jinħolqu kategoriji differenti fil-konfront tal-iStandard Output tal-bdiewa? X'se jkunu l-parametri li jiddefinixxu kategorija minn oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2965.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – proċess ta’ evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika l-proċess ta' evalwazzjoni li qed jiġi propost biex jintuża mill-Awtorità proposta fil-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’? Min qed jipprepara dan il-proċess ta' evalwazzjoni u x'esperjenza għandu fil-qasam tal-evalwazzjonijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2965.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ — xiri ta’ raba’ agrikola mingħand il-privat

Question

B’referenza għall-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-Awtorità mwaqqfa mill-Gvern skont punt 6 tal-imsemmija White Paper tista' tiġi offruta tixtri mingħand il-privat raba’ agrikola?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2965.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – Punt Nru. 6

Question

Jista’ l-Ministru jelabora fuq punt 6 tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li jgħid li l-privat jista’ joffri r-raba’ tiegħu għall-bejgħ lill-Awtorità proposta fl-istess White Paper f'punt Nru 1? Dan ifisser li din l-Awtorità se jkollha diskrezzjoni tixtrix l-art jew le? Jekk iva, abbażi ta' xiex tiddeċiedi tixtrix? Biex l-Awtorità tixtri r-rabà minghand il-privat irid ikun hemm kunsens mis-sid ta' dan ir-raba’ li jkun irid ibigħ lill-Awtorità, jew l-Awtorità tista’ tobbliga lis-sid biex ibigħilha r-raba’?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2965.
Leg 14 PQ #1529 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Bdiewa biex jaħdmu fir-raba’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx bdiewa biżżejjed biex jaħdmu r-raba’ ta’ pajjiżna? F’każ ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, x’se jagħmel il-Gvern biex ikun hawn ħaddiema biżżejjed biex jaħdmu r-raba’ tagħna?

Response

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Malta jidher illi hemm iżjed minn 96% tal-art agrikola li qed tinħadem għal skopijiet agrikoli. Dan jindika li l-popolazzjoni tal-bdiewa hija suffiċjenti sabiex din l-art tibqa’ tinħadem.
Leg 14 PQ #1530 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Kompost tal-mushrooms

Question

Jista’ l-Ministru jara li tingħata l-għajnuna neċessarja biex il-kompost tal-mushrooms jibda jinħadem hawn Malta u b’hekk jiġu ffrankati minn tal-inqas €500,000 fis-sena spejjeż ta’ importazzjoni?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet responsabbli fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responabbli ser ikunu qed ikomplu jesploraw il-possibbiltajiet kollha t'għajnuna li jista’ jkun hemm għat-tkabbir ekonomiku u s-sostenibilità ambjentali ta’ dan is-settur, b’taħditiet u kollaborazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħrajn tal-Gvern.

Iż-Żurrieq – Kunsill Lokali – Vjal Blue Grotto — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kienx infurmat bix-xogħlijiet ta' tħaffir li saru fi Vjal Blue Grotto, iż-Żurrieq bejn Triq tal-Ġonna u Triq l-Imqabba peress li din it-triq ingħatalha wiċċ ġdid tat-tarmak reċentement? Jekk il-Kunsill Lokali ma kienx ikkonsultat, x'inhi r-raġuni għan-nuqqas ta' konsultazzjoni meta jsir dan it-tip ta' xogħol fit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2949 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żurrieq – Kunsill Lokali – Vjal Blue Grotto — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kienx infurmat bix-xogħlijiet ta' tħaffir li saru fi Vjal Blue Grotto, iż-Żurrieq bejn Triq tal-Ġonna u Triq l-Imqabba peress li din it-triq ingħatalha wiċċ ġdid tat-tarmak reċentement? Jekk il-Kunsill Lokali ma kienx ikkonsultat, x'inhi r-raġuni għan-nuqqas ta' konsultazzjoni meta jsir dan it-tip ta' xogħol fit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien mgħarraf mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li meta ntalbet l-informazzjoni lill-ħaddiema tal-Enemalta dwar dawn ix-xogħlijiet, irriżulta li kien każ b’urġenza fuq ħsarat li jirrigwardjaw infrastruttura tal-istess entità.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Malta Industrial Parks & Hubs u mill-INDIS Malta Ltd biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far, li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-INDIS ħadet passi immedjati hekk kif feggħet din is-sitwazzjoni u avvicinat lis-sidien tal-fabbrika ikkoncernata. Qegħdin jigu studjati rimedji sabiex eventwalment tigi eliminata il-problema għal kollox fil-futur immedjat.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu mill-Ministeru tiegħu biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 14 PQ #1334 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Il-Pitkalija — spezzjonijiet fuq prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 608 u jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex jiġi assigurat li ma jiddaħħlux prodotti importati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija? Kemm saru spezzjonijiet minn meta l-Pitkalija għaddiet taħt din l-Aġenzija sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kien hemm okkażjonijiet fejn instab li kienu qegħdin jiddaħħlu prodotti importati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija? X'miżuri ttieħdu fil-konfront ta' min jinqabad idaħħal dawn il-prodotti importati minn barra l-pajjiż fil-Pitkalija?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara ħidma kontinwa, f’Ġunju li għadda l-Aġenzija fetħet uffiċjalment Unità tas-Sorveljanza. Dan l-uffiċċju għamel numru ta’ spezzjonijiet fil-Pitkalija fuq ix-xogħol li jidħol u jinbiegħ lix-xerrejja; għand il-bdiewa f’Malta u f’Għawdex u fis-Suq tal-Bdiewa. Kien hemm numru ta’ każijiet li ġew segwiti iktar mill-qrib u fejn tkompliet iktar investigazzjoni. Għalkemm sal-lum ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ xogħol impurtat li ddaħħal ġewwa l-Pitkalija, il-ħidma tal-Unità twassal messaġġ ċar li l-kontrolli qed isiru kontinwament. Fejn ikun hemm il-bżonn, l-Aġenzija ser tkun qed timplimenta l-miżuri maħruġa mil-liġijiet rispettivi u l-proċeduri interni stabbiliti. Spezzjonijiet li saru sa issa: 21 spezzjonijiet ta’ traċċabilità fl-għelieqi fejn jiġu mkabbra l-uċuħ 104 spezzjonijiet fil-Pitkalija għand l-Aġenti 29 spezzjonijiet fis-Swieq tal-Bdiewa.
Leg 14 PQ #1335 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – studenti li ggradwaw mill-MCAST

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 144, peress li parti mill-mistoqsija ma kinetx qed titlob l-esperjenza li jingħataw waqt li għadhom studenti, iżda fuq x’ħidma jagħmel il-Ministeru biex wara li jiggradwaw, dawn il-persuni jinstabilhom xogħol skont il-kwalifiki li jkunu ġabu, jista' l-Ministru jwieġeb f'dan ir-rigward?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba kienet diġà mogħtija fl-ewwel parti tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 144.
Leg 14 PQ #1336 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-annimali – studenti li ggradwaw mill-MCAST

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 145 u jgħid kemm ġew impjegati persuni li ggradwaw f’xi wieħed mill-korsijiet offruti mill-MCAST (Istitut tax-Xjenzi Applikati) fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2010 u Diċembru 2021?

Response

Nerġa' ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, inkluż l-entitajiet, minn żmien għal żmien joħorġu sejħiet għall-applikazzjoni b’talba għall-kwalifiki speċifiċi u/jew tekniċi skont in-natura tal-postijiet vakanti, skont il-manual tal-PSMC.
Leg 14 PQ #1337 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Bejgħ ta' Art Agrikola

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 146, jista' l-Ministru jgħid meta u lil min ġew proposti d-diversi miżuri finanzjarji u fiskali u x’inhuma t-timeframes għat-tħejjija tal-pjan ta’ implimentazzjoni li semma l-Ministru?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 146 tirreferi għall-proposti li l-Partit Laburista ppropona fil-Manifest Elettorali u li issa dawn ser jidħlu fil-pjan tal-Gvern għal din il-leġiżlatura. Kif diġà infurmajt, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ser inkun qed iħejji pjan ta’ implimentazzjoni.
Leg 14 PQ #1527 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Pitkalija — depot għall-kaxxi f’Għawdex

Question

Peress li l-bdiewa Għawdxin qed jaħlu ħafna ħin jistennew il-Pitkalija biex jieħdu l-kaxxi tal-Pitkalija lura magħhom Għawdex, jista’ l-Ministru jara li jsir depot apposta għall-kaxxi tal-Pitkalija f’Għawdex stess u l-bdiewa Għawdxin jibdew jiġbru dawn il-kaxxi minn Għawdex?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Food Agency diġà ħadet passi sabiex bdiewa Għawdxin ma jdumux jistennew il-kaxxi mid-depot tal-Pitkalija.

Pitkalija — depot għall-kaxxi f’Għawdex

Question

Peress li l-bdiewa Għawdxin qed jaħlu ħafna ħin jistennew il-Pitkalija biex jieħdu l-kaxxi tal-Pitkalija lura magħhom Għawdex, jista’ l-Ministru jara li jsir depot apposta għall-kaxxi tal-Pitkalija f’Għawdex stess u l-bdiewa Għawdxin jibdew jiġbru dawn il-kaxxi minn Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nikkunsidra s-suġġeriment.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 617 u jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru kien hemm total ta’ 171 rekluti ġodda u 25 li rtiraw.