INDIS - Kumpanija tal-avjazzjoni - Ordni ta’ sekwestru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-INDIS fetħitx ordni ta’ sekwestru fuq kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħata separatament? Jista’ jgħid jekk it-53 ħaddiem li jaħdmu mal-istess kumpanija għadhomx mingħajr paga mis-26 ta’ Frar 2026 u jekk kellhomx jagħmlu appell mal-Qorti biex jiġu rilaxxati l-flus dovuti għall-pagi tagħhom? Jekk dan hu minnu, x’inhi r-raġuni li sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari l-INDIS għadha ma tatx il-kunsens tagħha biex jiġu rilaxxati l-flus tal-pagi? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern għadux għaddej b’negozjati ma’ kumpanija oħra tal-avjazzjoni biex tieħu post din il-kumpanija li l-Gvern fetaħ mandat kontriha? Jekk fl-affermattiv, il-ħaddiema eżistenti ta’ din il-kumpanija ser jingħataw assigurazzjoni bil-miktub li l-kumpanija l-ġdida ser iżżommhom magħha bl-istess kundizzjonijiet u pagi li għandhom illum, jew kundizzjonijiet u pagi aħjar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant ghas-stqarrija tal-General Workers Union li qed inpoggi kopja taghha fuq il-mejda tal-kamra.
Fid-dawl li fis-sena 2024, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u/jew l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u/jew entitajiet jew dipartimenti oħra governattivi, ikkummissjonaw studju dwar is-settur tal-Y Plates (Light Passenger Transport Vehicles) mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru:
i. jgħid kemm ġie jiswa dan l-istudju u liema Ministeru u/jew entità governattiva ffinanzja dan l-istudju;
ii. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Terms of Reference li ġie bbażat fuqu l-istudju; u
iii. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju in kwistjoni?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27778, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’, kif ukoll in-numru tal-liċenzja tal-operatur tal-vetturi rispettivi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jara li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja tar-rotot 120 u 204 peress li qed ikunu mimlija passiġġieri? Jista’ wkoll jara li terġa’ tiġi introdotta r-rotta Bus X2 mill-Fgura għall-Isptar Mater Dei waqt il-peak hours mill-5.00 am sas-7.00 am għax ħafna pazjenti li qed ikollhom vista l-isptar qegħdin jispiċċaw jitilfu l-appuntament tagħhom għax ma jaslux fil-ħin, minbarra l-fatt li diversi impjegati tal-Isptar Mater Dei qed jaslu tard għax-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta X2 ma kienitx isservi l-Fgura, iżda kienet topera bejn San Ġiljan, is-Sliema, l-Isptar Mater Dei u l-Università, Marsa Park and Ride, Raħal Ġdid kif ukoll l-Ajruport.
Qed tittieħed nota tas-suġġeriment dwar żieda fil-frekwenza għal aktar konsiderazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fondi tal-Unjoni Ewropea ddedikati għall-bdiewa, raħħala u sajjieda attivi hux qed jiġu mgħoddijin lill-entitajiet tal-Gvern biex minflok isiru proġetti infrastrutturali? Min huma dawn l-entitajiet li qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u għal kemm jammontaw dawn il-fondi?
Uffiċini tal-ARPA – entitajiet li bbenefikaw mill-Fondi Ewropej
Question
B'referenza għaż-żjara li l-Ministru għamel fl-uffiċini tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi/entitajiet li bbenefika/w mis-€86 miljun f'fondi tal-Unjoni Ewropea li ħallas il-Gvern u liema perjodu kienu jkopru dawn il-fondi, kemm kienu l-ammonti li kull individwu/entità ħadu, u jekk dawn l-individwi kinux bdiewa, raħħala jew sajjieda attivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onoveroli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk żagħżugħ/a li jkun/tkun se jitlaq minn Malta jistax/tistax japplika/tapplika għall-iskema għaċ-ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li applikaw għall-iskema għaċ-ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan minn meta ħarġet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ladarba tinkiseb il-liċenzja tas-sewqan Kategorija B, il-liċenzja internazzjonali ma tibqax valida, anke jekk tkun għadha m’għaddietx sena mill-perjodu tal-validità tagħha? Jekk hu hekk, peress li fil-prattika l-liċenzji Kategorija B u Kategorija C ma jistgħux jinkisbu fl-istess ħin, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu xi miżuri biex l-employers ta’ dawn ix-xufiera ma jkunux kostretti li jżommu lill-impjegati milli japplikaw għal-liċenzja Kategorija B bil-konsegwenza li wara sena jitilfuhom għax ma jkunux jistgħu joperaw aktar?
Peress li wieħed irid jikseb il-liċenzja tas-sewqan Kategorija B qabel iġib il-liċenzja Kategorija C (li hija meħtieġa biex jinstaqu ħafna mill-vannijiet tal-kunsinna), u fid-dawl li l-istennija biex jinkisbu dawn il-liċenzji tagħmilha kważi impossibbli biex it-tnejn jinkisbu fi żmien sena, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu minn Transport Malta biex titnaqqas l-istennija, partikolarment għaliex il-liċenzja internazzjonali hija valida għal sena biss?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’San Vincenz De Paul, il-persuni mejtin qed jinżammu f’kamra bl-airconditioners, minflok f’cold room? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb biex tinbena cold room?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-kamra mortwarja ta’ San Vinċenz De Paul hija mgħammra b’numru ta’ servizzi ta’ arja kkundizjunata u li jitħallew mixgħula lejl u nhar. Dan sabiex inaqqas il-proċess ta’ dekompożizzjoni tal-persuna li tkun ġiet nieqsa. Kif inhi l-prassi lokalment, il-funeral jsir fi żmien qasir u allura ma jkunx hemm għalfejn il-bżonn ta’ body fridges. Din il-prassi ilha fis-seħħ għal diversi snin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-air conditioning tal-Kappella li tagħmel parti mill-mortwarja f'San Vincenz De Paul ilu ma jaħdem ’il fuq minn xahrejn? Jista’ jgħid ukoll meta dan ser jinbidel / jitranġa u jsir wieħed li jkun jista’ jkessaħ sew lil din il-Kappella?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li ġiet installata sistema ta’ arja kkundizzjonata ġdida fil-kappella li tagħmel parti mill-mortwarja f'San Vinċenz De Paul.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17169 mogħtija fl-20 ta’ Marzu 2024, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol fuq pjanti, inkużi l-investigazzjonijiet neċessarji, sabiex il-probabbiltà li jinbena multi-level parking fl-istess post fejn bħalissa jinsab il-parkeġġ f’Wied iż-Żurrieq, tiġi investigata b’serjetà?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota tas-suġġeriment tiegħu.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu mid-Diviżjoni tad-Drenaġġ fi ħdan il-Ministeru tagħha biex ma jibqax ħiereġ drenaġġ fit-toroq u fil-baħar ta’ Wied iż-Żurrieq wara l-iżbroff ta’ Mejju tal-2025?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi stmata li tkun in-nefqa biex isir rising main għad-drenaġġ f'Wied iż-Żurrieq? Fid-dawl li minn studji li saru l-introduzjoni ta' rising main f' Wied iż-Żurrieq huwa teknikament possibli, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-Gvern qed jibqa’ jirrifjuta li jagħmel dan l-investiment neċessarju fis-servizz tad-drenaġġ f' Wied iż-Żurrieq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qabel xejn irrid ngħid li l-allegazzjoni li qed jagħmel l-Onor. Interpellant li “l-Gvern qed jibqa’ jirrifujta li jagħmel dan l-investiment neċessarju fis-servizz tad-drenaġġ f’Wied iż-Żurrieq” assolutament m’għandhiex mis-sewwa. Anzi f’dawn ix-xhur se nkunu qed nagħmlu dak li ma sarx s’issa u se nagħmluh minkejja li nafu li hu proġett diffiċli, din hija sfida oħra li se nkunu qed nindirizzaw.
Tant hu hekk, li fi tweġiba li tajt f’Mejju li għadda lil kollega tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28372, kont diġà infurmajtu li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet qed tħejji proposta li d-dettalji tagħha kellhom jitħabbru fil-mument opportun.
Imbagħad fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju, waqt id-diskussjoni dwar l-estimi finanzjarji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kont żidt ninforma lil din il-Kamra li tħejja master plan biex, għall-ewwel darba, Wied iż-Żurrieq jingħaqad mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ.
Kont għedt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà kellha masterplan komplut għal investiment ta’ madwar €3 miljun biex nindirizzaw b’mod sostenibbli l-immaniġġjar tad-drenaġġ f’din iż-żona turistika u ambjentament sensittiva.
U proprju bħal-lum ġimgħa ħabbarna li nbdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett u dwar dan inħarġet stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, li fiha ngħata tagħrif dwar kif ser inkunu qed naħdmu fuq dan il-proġett diffiċli imma li rridu nwettquh biex insolvu problema li ilha snin u għall-ewwel darba titwassal l-infrastruttura tad-drenaġġ f’Wied iż-Żurrieq u din iż-żona tiġi mqabbda man-netwerk nazzjonali tad-drenaġġ.
Malli Wied iż-Żurrieq ikun imqabbad mas-sistema nazzjonali, din il-konnessjoni tiżgura li r-residenti u n-negozji jkollhom dan is-servizz filwaqt li nappoġġjaw tkabbir sostenibbli u nipproteġu l-ambjent madwar din iż-żona.
Minħabba d-distanza estensiva hemm diversi interventi li jridu jsiru tul il-medda tat-triq ta’ madwar 2 kilometri. Se jiġu installati żewġ stazzjonijiet tal-ippumpjar biex iċaqilqu d-drenaġġ minn Wied iż-Żurrieq għan-netwerk tad-drenaġġ fiż-Żurrieq. L-ewwel fażi tax-xogħlijiet ser tkopri parti miż-Żurrieq u mistennija titlesta fi żmien 10 ġimgħat. Biex titnaqqas l-inkonvenjenza, ser jiġi introdott pjan ta’ immaniġġjar tat-traffiku bix-xogħlijiet jibdew minn tarf u jimxu kontinwament fi stadji tul it-triq. Qed nimmiraw li l-proġett kollu jitlesta qabel is-sajf li ġej. Dan se jiżgura li l-komunità ta’ Wied iż-Żurrieq tkun konnessa man-netwerk nazzjonali tad-drenaġġ, u l-fosos privati tal-ħwienet u d-djar li s’issa kienu personalment responsabbli għalihom, jiġu eliminati.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser tkun qed timplimenta dan il-proġett bħala parti mill-impenn tagħha biex issaħħaħ in-netwerk tad-drenaġġ ta’ Malta. Ladarba jitlesta, għall-ewwel darba Wied iż-Żurrieq se jkun imqabbad bis-sħiħ man-netwerk tad-drenaġġ, u b’hekk ikun hemm aċċess adegwat għas-servizzi, jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għar-residenti, u jipproteġi l-ambjent naturali f’din il-lokalità popolari.
Dan il-proġett f’Wied iż-Żurrieq ser jifforma parti minn programm ta’ investiment nazzjonali biex tissaħħaħ l-infrastruttura tad-drenaġġ madwar Malta u Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18572 tal-Leġiżlatura XIII u tal-mistoqsijiet parlamentari 1241, 4438, 15713 u 17164 tal-Leġiżlatura XIV, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta’ Wied iż-Żurrieq? Peress li preżentement il-maggior parte tal-ispazju hu riservat għal coaches u l-art inkwistjoni hija diġà kommessa li tintuża bħala parkeġġ, u fid-dawl li dan diġà qed isir, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet u r-rapporti ġeoloġiċi li saru mill-Gvern fiż-żona biex jissostanzjaw dak li qal il-predeċessur tiegħu fit-tweġibiet tiegħu? Sadanittant jistgħu jiġu identifikati żoni oħra f’Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġu pprovduti tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta’ turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-passat l-Awtorita’ tat-Turiżmu kienet bdiet tieħu sehem f’diskussjonijiet rigward l-upgrading li hemm bżonn f’Wied iż-Żurrieq, u anke fuq il-problema tal-parkeġġ. Informazzjoni relatata kienet ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 18572 tal-Leġiżlatura XIII.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23933 fejn intqal li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23932 fejn intqal li l-informazzjoni qed tinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23931 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 28651.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23930 fejn intqal li r-risposta se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?