Forzi Armati ta’ Malta – departure u arrival ta’ drone fuq ibħra Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għad-departure’ u 'arrival' tad-drone li hu reġistrat taħt il-Forzi Armati ta' Malta li jagħmel xogħol ta' reconnaissance tal-ibħra Maltin, qiegħedx jingħalaq l-ispazju tal-ajru ta' Malta (ċirkonferenza ta' 37 kilometri) mill-ajruport ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, veru li waqt dan il-perjodu l-ebda ajruplan ieħor ma jkun jista’ jagħmel 'departure' u 'arrival' qabel jagħmel id-'departure' u 'arrival' tad-drone?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispazju tal-ajru ma jingħalaqx meta jkun qiegħed jintuża r-‘remotely piloted Aircraft’. Il-proċeduri applikabbli fuq l-ispazju tal-ajru Malti jiġu applikabbli l-istess meta jopera r-‘remotely piloted Aircraft’.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol tas-Search & Rescue fl-ibħra Maltin u l-madwar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta, permezz taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ, tikkordina l-każijiet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija permezz ta’ assi pubbliċi u privati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità ta' Birżebbuġa? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz daħal f'pajjiżna fl-2019 mingħajr l-infrastrutrura ta' parkeġġi, u l-użu taghħom żdied drastikament fl-2021. Kien għalhekk li tlabt lill-awtorità biex il-kunsilli flimkien mal-operaturi jintroduċu dawn il-parkeġġi madwar Malta. Numru ta’ lokalitajiet popolari se jkollhom dawn il-parkeġġi fiż-żmien li ġej. Bħalissa qed isiru laqgħat mal-kunsilli flimkien mal-Assoccjazzjoni Kunsilli Lokali biex b'mod imminenti jibdew jiġu implimentati fil-lokalitajiet kollha tal-kunsill reġjonali tal-Lvant. Il-lokalità ta' San Ġwann diġà implimentat dawn il-parking bays u Birkirkara mistennija jkollha l-infrastruttura lesta dalwaqt, filwaqt li x-xogħol fil-lokalitajiet ta' Tas-Sliema, San Ġiljan u Pembroke se jibdew dalwaqt.
Il-liġi Liġi Sussisdjarja 499.67 telenka x'jiġri f'istanzi fejn ikun hemm ksur tar-regolamenti relatati mal-ipparkeġġar, jiġifieri multi u anke istanzi fejn tali vetturi jistgħu jiġu mneħħija jekk jostakolaw t-traffiku kemm pedonali u anke le, jew ikunu t'ingombru. Rigward il-multi per se, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma regolati taħt il-Kap. 65, Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku, fejn hemm elenkati diversi tipi ta' multi relatati ma' pparkjar ħażin, ostakli u t-tfixkil tal-fluss ħieles tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità taż-Żurrieq? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu amnestiji mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-amnestiji, meta daħlu fis-seħħ, jekk kienx hemm terminu għal dawn l-amnestiji, min seta’ japplika għal dawn l-amnestiji u kif wieħed seta’ japplika għal dawn l-amnestiji?
Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal blokki ta’ residenzi ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għall-blokki ta' residenzi ta' Housing? Kemm hemm permessi pendenti, f'liema lokalità u x'inhi r-referenza ta' kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord tal-Agriculture Bioresources Agency? Jista’ jgħid kull wieħed u waħda minnhom kemm ilu fuq dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm laqgħat tal-Bord u kemm-il laqgħa attenda kull wieħed u waħda minnhom sena b'sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qiegħed jirreferi għalih mhuwiex eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord tal-Agriculture and Rural Payments Agency? Jista’ jgħid kull wieħed u waħda minnhom kemm ilu fuq dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm laqgħat tal-Bord u kemm-il laqgħa attenda kull wieħed u waħda minnhom sena b'sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qiegħed jirreferi għalih mhuwiex eżistenti.
Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni – kenniesa fil-lokalità taż-Żurrieq u Birżebbuġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsilli rispettivi qabel beda x-xogħol ta' tindif mid-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni f'diversi lokalitàjiet fosthom iż-Żurrieq u Birżebbuġa? Jista’ jgħid kemm suppost hemm kenniesa f'kull lokalità biex ikunu jistgħu ilaħħqu max-xogħol u kemm fil-fatt hemm kenniesa bħalissa jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu l-Kunsilli rispettivi stess li talbu l-għajnuna tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni sabiex jintervjenu fil-lokalitajiet peress li l-kuntratturi ma kinux qed iwettqu xogħol sodisfaċenti.
Preżentament fil-lokalità taż-Żurrieq qed ikun hemm 5 ħaddiema ta’ kuljum u f’Birżebbuġa qed ikun hemm 6 ħaddiema ta’ kuljum – dan apparti dawk il-ħaddiema li jintużaw biex inaddfu l-bajjiet fl-istess lokalità meta jkun hemm bżonn addizzjonali.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda u jiġi komplut ix-xogħol fuq il-proġett tas-Siċċa f'Birżebbuġa biex jiġi riġenaerat l-impjant ta' San Luċjan? Kemm ser jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 2991 u 4426, ninfurmah li fl-aħħar xhur ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti li jipprovdu għall-project management u l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà waqt l-iżmantellar tal-impjant. Sussegwentement ġew ikkuntrattati żewġ kumpaniji sabiex jipprovdu dawn is-servizzi.
Sadanittant tkompla x-xogħol fuq sejħiet oħrajn, tant li nħarġet sejħa għal investigazzjonijiet relatati mal-art u l-ilma tal-pjan, u tħejjiet sejħa oħra li tipprovdi għat-tindif tat-tankijiet mill-fdalijiet taż-żjut. Fir-rigward tal-iżmantellar tat-tankijiet, inbeda l-proċess tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u għal dan il-għan qed titħejja sejħa li tkun tista’ tinħareġ meta jinħarġu l-permessi.
F’dan l-istadju, l-iskadenzi u l-istimi tal-proġett huma dipendenti ħafna fuq ir-riżultati tal-investigazzjonijiet li għad iridu jsiru fuq is-sit. Madankollu l-pjan hu li din l-ewwel fażi tal-proġett titlesta sal-aħħar tal-2024 u l-ispiża hija stmata li se tlaħħaq €850,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'pagi u salarji, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-ispiża tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'pagi u salarji, sena b'sena, mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Sena
Valur €
2013
12,240,998
2014
12,553,536
2015
13,684,038
2016
11,814,914
2017
11,907,389
2018
13,446,292
2019
14,641,099
2020
15,062,456
2021
16,021,532
2022
16,629,958
2023 (sa Marzu)
4,270,592
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA għaddiet fondi lill-Gvern, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jikkjarifika għal liema fondi qed jirreferi.
Awtorità tal-Ippjanar – nefqa fuq taħriġ lill-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'taħriġ lil ħaddiema, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ? Kemm attendew ħaddiema għal dan it-taħriġ? Min ipprovda dan it-taħriġ u kemm tħallas flus biex ipprovda dan it-taħriġ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-ispiża f’taħriġ lill-ħaddiema, li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, sena b’sena, mill-2013 sa Marzu 2023, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Valur €
2013
46,668
2014
42,475
2015
45,316
2016
58,594
2017
144,929
2018
61,948
2019
56,080
2020
67,848
2021
72,944
2022
96,608
2023 (sa Marzu)
26,769
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu spejjeż ġudizzjarji mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispejjeż ġudizzjarji?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-valur ta’ spejjeż ġudizzjarji mħallsa mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, appartenenti għall-perjodu 2013 sa’ Marzu 2023, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dawn jinkludu spejjeż relatati ma’ kawżi l-qorti, fosthom, il-ħlasijiet li jsiru lir-Reġistratur tal-Qorti u drittijiet tal-avukat u prokuratur legali.
Sena
Valur €
2013
98,203
2014
79,622
2015
84,772
2016
77,946
2017
51,543
2018
68,078
2019
61,767
2020
42,070
2021
35,296
2022
45,995
2023 (sa Marzu)
19,290
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal wind farms
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA rċevietx applikazzjonijiet għal 'wind farms' mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fejn qed jiġu proposti dawn il-'wind farms' u fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, mill-2013 sat-8 ta’ Ġunju 2023, l-Awtorità tal-Ippjanar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni li fid-deskrizzjoni tal-proposta jinstab il-kliem “wind farm” / “wind farms”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA hux qed tippjana biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin toħroġ skema/skemi ta' amnestiji? Jekk fl-affermattiv, fiex hu maħsub li jkunu jikkonsistu dawn l-amnestiji u min se jkun jista’ japplika għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma ħarġet l-ebda skemi ta’ amnestija.
Awtorità tal-Ippjanar – dħul tal-pjanti u xogħol ta’ surveys
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn bejgħ ta' pjanti u xogħol ta' surveys, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'bejgħ ta' pjanti u xogħol ta' surveys' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt.
Sena
Valur €
2013
223,034
2014
229,156
2015
178,642
2016
218,962
2017
363,674
2018
294,529
2019
129,097
2020
97,795
2021
199,158
2022
160,970
2023 (sa Marzu)
36,058
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn multi, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – Dħul – Environmental Initiatives in Partnership Programme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-'Environmental Initiatives in Partnership Programme', sena b'sena, mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?
Awtorità tal-Ippjanar – dħul minn Compliance Certificates
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorita tal-Ippjanar/MEPA minn 'Compliance Certificates', sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'Compliance Certificates' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Dawn il-flus jiġu utilizzati għall-operat tal-Awtorità.
Sena
Valur €
2013
391,862
2014
386,127
2015
427,744
2016
491,876
2017
521,500
2018
563,160
2019
654,120
2020
662,280
2021
720,120
2022
691,140
2023 (sa Marzu)
166,920