Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għal impjant tat-tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienx notifikat mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-applikazzjoni PA/6976/21 bid-deskrizzjoni 'Proposed relocation of tarmac and concrete batching plant (as approved by DN/529/20)' fix-Xagħri l-Imqalleb, Mqabba? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jqiegħed kopja ta' din in-notifika fuq il-Mejda tal-Kamra? F'każ li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba ma kienx notifikat, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex dan ma sarx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13120.

Ta’ Qali – bdiewa li jarmaw fil-Farmers’ Market

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-bdiewa li jarmaw fil-Farmers' Market f'Ta' Qali kienu mwiegħda li sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kellha tintrama tinda u jingħata wiċċ ġdid tat-tarmak fejn jarmaw biex ibiegħu l-prodotti tagħhom, tant li l-bdiewa ġew imċaqilqin għal sena sħiħa mill-post originali tagħhom, sal-lum dan ix-xogħol baqa’ ma sarx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Farmers’ Market hija wegħda politika li dan il-Gvern ser iżomm u jwettaq. Il-proġett il-ġdid tal-Farmers’ Market ser ikun qed joffri spazju adegwat għas-suq bis-servizzi kollha meħtieġa, kif ukoll protezzjoni mill-elementi li jagħmilha aktar komda għall-bejjiegħa u l-konsumaturi. Filwaqt li l-permessi tal-iżvilupp qegħdin f’posthom, bħalissa għaddej ix-xogħol sabiex tiġi ppubblikata t-tender għall-kostruzzjoni.

Ta’Qali – Farmers’ Market

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minn meta mad-dawra ta' barra fejn jintrama l-Farmers' Market inbniet banking, issa ġie jżomm l-ilma? Jista’ jara li din il-problema tissolva malajr kemm jista’ jkun ħalli bdiewa li jarmaw fil-Farmers' Market ma jkollhomx ibatu l-konsegwenzi hekk kif tagħmel ftit xita?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed jiddiskuti mal-Ministeru responsabbli biex jindirizza s-sitwazzjoni.

Ta’ Qali – Farmers’ Market

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kellhom jinżebgħu s-sinjali biex jiġu mmarkati diversi posti ta' diversi bdiewa fil-Farmers' Market f'Ta' Qali, dawn baqgħu ma sarux? Jista’ jgħid meta se jsiru dawn is-sinjali?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-temp ħażin ittardja l-proċess kollu, iżda sadanittant ix-xogħlijiet saru. Il-linji kienu miżbugħin u l-posti kollha huma mmarkati.

Ta’ Qali – Farmers’ Market

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Farmers' Market ta' Ta' Qali l-bdiewa li jarmaw hemm hux se jingħataw id-dawl u l-ilma bħalma kienu ngħataw dawn is-servizzi meta nfetaħ il-Farmers' Market fi żmien il-Gvern preċedenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret diskussjoni mal-bdiewa u l-produtturi li jarmaw fis-suq, ġie deċiż li s-servizzi tad-dawl u l-ilma ma kienux vijabbli. Filwaqt li l-Malta Food Agency qed tħares ’il quddiem għall-proġett tal-Farmers’ Market il-ġdid, qed tanalizza wkoll l-ispejjeż involuti biex tkun tista’ tipprovdi dawn is-servizzi. Il-Proġett il-ġdid huwa maħsub b’tali mod li joffri s-servizzi kollha meħtieġa biex kemm min jaħdem u kif ukoll il-klijenti ikollhom servizz xieraq.

Skema 'Irrestawra Darek' — applikazzjonijiet aċċettati mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9465 u b'referenza għall-iskema 'Irrestawra Darek' tal-2023 maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li għalqet fit-30 ta' Mejju 2023, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjonijet bdew bin-numru 201 u mhux bin-numru 001? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati u li se jingħataw il-finanzjament biex issirilhom il-manutenzjoni/restawr tal-faċċata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma nfetħet l-iskema 'Irrestawra Darek' 2023, l-aħħar darba li kienet infetħet skema simili kien fl-2021. Fil-bidu ta’ dik is-sena kienet għadha miftuħa l-iskema ‘Valletta Marsamxett Grant Scheme 2020’, u għalhekk l-ewwel ftit numri ta’ riferenza tal-2021 kienu ntużaw għal applikazzjonijiet għal dik l-iskema li kienu daħlu fl-2021. Meta ġiet biex titniegħeda l-iskema ‘Irrestawra l-Faċċata Restoration Grant Scheme 2021’, kien ġie deċiż li dawn jibdew jingħataw in-numru 201 il-quddiem. Dan is-setting kien għadu fis-sistema fejn jinżammu id-dettalji kollha tal-iskemi kollha li toħroġ l-Awtorità tal-Ippjanar, u b’hekk is-sistema, b’mod awtomatiku, anke din is-sena bdiet tassenja in-numri ta’ riferenza bl-istess mod. Sa meta fassalna din ir-risposta, ma kien għadu ġie referut l-ebda każ għand il-kumitat li jiddeċiedi fuq dawn it-talbiet. Il-proċess jinvolvi li nies tekniċi jevalwaw il-proposti u l-kumitat jitlaqqa' biss meta jkun hemm numru sostanzjali ta’ talbiet li l-kumitat ikun jista’ jikkonsidra.

Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata t-tarmak f'parti minn Triq il-Port Ħieles (wara l-flats tal-Housing Estate) f'Birżebbuġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta fi Triq il-Port Ħieles, kienu limitati għall-parti bejn Triq il-Barrieri u Triq is-Sebħ. Dawn ix-xogħlijiet tlestew. Ix-xogħlijiet f’parti minn Triq il-Port Ħieles (wara l-flats tal-Housing Estate) minn Triq il-Barrieri lejn Triq San Frangisk Saverju, saru mill-privat u għaldaqstant Infrastructure Malta mhux involuta f’tali xogħol.

Skemi/Grants għal stallazjoni ta’ insulation fid-djar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'insulation' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3144.

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ reverse-osmosis fid-djar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'reverse-osmosis' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-iskema Be Water Smart qegħdin nallokaw €1 miljun biex nappoġġjaw lill-familji li qed jinvestu fil-filtrazzjoni tal-ilma u sistemi domestiċi ta' reverse osmosis. Din l-iskema, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, toffri tliet tipi ta’ għotjiet finanzjarji għal sistemi differenti - Water Guard, RO Wave jew RO Recycle. Familja tista’ tirċievi sa €300 mill-Gvern fuq sistemi bħal dawn li jiġu installati fid-djar. Dawn huma applikabbli għas-sistemi kollha disponibbli fis-suq, inkluż kemm is-sistemi tal-filtrazzjoni tal-ilma kif ukoll ir-reverse osmosis.

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ aperturi double glazing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' aperturi 'double glazing' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3144.

Skemi/Grants għal stallazzjoni ta’ solar panels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'solar panels' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskema li kienet tnediet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 302 tas-sena 2021, ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema baqgħet tiġi estiża kull sena biex issa r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma se jibqa' jilqa’ l-applikazzjonijiet sal- 31 ta' Diċembru 2023. Fil-każ li l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-applikant eliġibbli huwa intitolat għal: Għażla A - Sistema tal-pannelli b’inverter standard : 50% tal-ispiża eliġibbli b’massimu ta’ €2,500 għal kull Sistema u €625/kWp. Għażla B - Sistema tal-pannelli bil-hybrid inverter : 50% tal-ispiża eliġibbli b’massimu ta’ €3,000 għal kull Sistema u €750/kWp. Għażla Ċ - Inverter Hybrid/Battery u Batterija : 80% tal-ispiża eliġibbli tal-ħażna tal-batterija sa massimu ta’ €3,600 kull sistema u €600/kWh, flimkien ma’ 80% tal-ispiża eliġibbli tal-Hybrid inverter sa massimu ta’ €1,800 għal kull Sistema u €450/kWp. Għażla D - Ħażna ta’ batterija biss : 80% tal-ispiża eliġibbli tal-ħażna tal-batterija sa massimu ta’ €3,600 kull sistema €600/kWh. Meta l-applikant jagħżel preferenza B jista’ japplika wkoll għal preferenza D.

Skema 'Irrestawra Darek' – applikazzjonijiet sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni kienet sottomessa għall-Iskema 'Irrestawra Darek' 2023 għal dawk il-binjiet li qed jintużaw bħala residenza f'żoni UCA? Kemm hi t-talba totali għal fondi għal kull applikazzjoni? Jista’ jgħid liema applikazzjonijiet kienu aċċettati biex ikun jista’ jsir ix-xogħol neċessarju u liema applikazzjonijiet qegħdin fuq il-lista ta' riżerva?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-391 applikazzjoni li ntlaqgħu bħala parti mill-iskema 'Irrestawra Darek' 2023, fl-ordni li dawn waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar, bid-dettalji kollha mitluba. Fil-mument li ngħatat din ir-risposta, l-ebda talba ma kienet għadha tressqet quddiem il-kumitat biex tiġi determinata d-deċiżjoni tat-talbiet.

Il-Qrendi – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità tal-Qrendi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

L-Imqabba– ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità tal-Imqabba? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

Ħal Safi – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità ta’ Ħal Safi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

Ħal Kirkop – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

Birżebbuġa — Ġnien l-Indipendenza – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa peress li dan il-ġnien għandu bżonn ta' xogħol ta' manutenzjoni urġenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa – Ġnien ta’ wara l-Knisja parrokjali – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-ġnien ta' wara l-Knisja parrokkjali f'Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa illi l-Kunsill qiegħed fil-proċess sabiex jassigura l-fondi neċessarji biex isir dan il-proġett.

Birżebbuġa — Berġa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u fejn ser tinfetaħ il-Berġa fil-lokalità ta' Birżebbuġa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li l-Berġa fil-lokalità ta' Birżebbuġa tinfetaħ lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Trasport Pubbliku – sewwieqa — defaults

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien inħarġu defaults għax sewwieqa tat-trasport pubbliku ma segwewx ir-rotta stabbilita?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2022 u Marzu ta’ din is-sena l-operatur tat-Trasport Publiku ġie nnotifikat li ġew innutati total ta’ 143 okkażjoni fejn xufiera ma segwewx ir-rotta hekk kif stipulata.