Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif qed jingabar.

Ħal Safi — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14763, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Ħal Kirkop — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa`

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14762, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Il-Qrendi — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Qrendi issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14761, ninsab infurmata li Project Green ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi.

Ħal Farruġ — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Farruġ issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14111, ninsab infurmata li Project Green ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa, li ż-żona ta’ Ħal Farruġ tagħmel mal-konfini tiegħu.

Birżebbuġa — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14764, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Spazji miftuħa – Proġetti li ġew approvati minn Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-proġetti ta' spazji miftuħa li ġew approvati minn Project Green biex isiru f'diversi lokalitajiet? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti kull proġett? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet relatati ma’ dawn il-proġetti u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn il-proġetti? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn il-proġetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13926.

Ħal Safi — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Safi hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023, fil-lokalità ta’ Ħal Safi, Project Green b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali rriġenerat żona li kienet mitluqa f’picnic area u anke dog park. Is-siġar li tħawlu f’dan is-sit qegħdin jissaqqew permezz tal-ilma tax-xita li jinħażen f’ġibjun ġdid li bniet l-Aġenzija bħala parti minn dan l-istess proġett.

Birżebbuġa — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Birżebbuġa hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023 Project Green fetħet il-Park tal-Familja f’Bengħajsa, spazju miftuħ ta’ 17,000 metru kwadru, fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin ta’ rikreazzjoni f’ambjent qalb 4,000 siġra. Bħalissa qed isir l-ippjanar u l-preparazzjoni meħtieġa biex dan il-park isiru fih xogħlijiet oħrajn bil-għan li jiżdiedu l-faċilitajiet u jkun hemm aċċessi ġodda sabiex il-park ikun jista’ joffri esperjenza dejjem aktar sabiħa. Dan ix-xogħol qed isir b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u stakeholders oħrajn relevanti sabiex, aktar 'il quddiem, issir l-applikazzjoni għall-iżvilupp. Sadanittant, hemm ukoll proġett ieħor tar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien l-Indipendenza li wkoll qed isir b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u fejn, fost oħrajn, ser tkun qed tissewwa l-ħsara li hemm fil-ġnien u jsiru xogħlijiet biex jitjieb l-aċċess u jkun hemm iktar postijiet għad-dell u ssir sistema ta’ irrigazzjoni.

Ħal Farruġ – Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Farruġ hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14111.

Qajjenza u Birżebbuġa – Spazju miftuħ

Question

Tista’ l-Ministru tara li biċċa art ta' kobor sostanzjali fil-Qajjenza, fejn qabel kien lokat il-Gas Depot u li llum hi proprjetà tal-Enemalta, minflok tingħata lill-privat biex tiġi żviluppata f'sitt blokok ta' appartamenti li jwasslu sa’ għoli ta' tmien sulari, tingħata għat-tgawdija tar-residenti tal-Qajjenza u Birżebbuġa f'forma ta' spazju miftuħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13055.

Iż-Żurrieq – Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ressaq tliet applikazzjonijiet għall-iskema Community Greening Grant. Matul laqgħa mal-Kunsill, il-periti ta’ Project Green spjegaw liema kriterji ma ntlaħqux biex żewġ applikazzjonijiet ma kinux milqugħa. Fir-rigward tal-applikazzjoni magħżula nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14758.

L-Imqabba – Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14759, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba għall-Community Greening Grant, liema proġett ma ssodisfax il-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi – Park ġeoloġiku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema żoni tal-kosta ta' Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi ser ikun qiegħed ikopri l-park ġeoloġiku u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra 'site plan' li tindika dawn iż-żoni? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex waslu l-istudji biex jiġi stabbilit l-istat preżenti taż-żona u meta dawn l-istudji ser ikunu lesti? (b) Fiex ser ikunu jikkonsistu l-interventi meħtieġa biex jinħoloq dan il-park ġeoloġiku? (ċ) X'kobor ta' art ser tkun affetwata bl-interventi proposti? (d) Min qed jipprepara dawn l-istudji, permezz ta' kollaborazzjoni ma' kunsilli lokali, minn impjegati tal-Project Green jew minn kumpanija/i privata/i? (e) F'każ li x-xogħol ġie kkummissjonat lill-kumpanija/i privata/i, tista’ tgħid jekk sarx permess ta' direct order jew ta' tender?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12826.

Żurrieq – Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal taż-Żurrieq hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-Żurrieq hija waħda mil-lokalitajiet li se tibbenefika mill-iskema Community Greening Grant li nediet Project Green. Permezz ta’ proġett propost mill-Kunsill Lokali biex jitwettaq fi Pjazza Karmelitani ser ikunu qed jitħawlu siġar u arbuxelli indiġeni, filwaqt li ser jiġi inkorporat ġibjun taħt l-art biex dawn ikunu jistgħu jissaqqew b’mod sostenibbli. Bħalissa l-applikazzjoni għal dan il-proġett quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tinsab fil-proċess ta’ DNO u għaldaqstant ikun hemm indikazzjoni dwar meta se jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata.

L-Imqabba — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal tal-Imqabba hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li qed jiġu kkunsidrati proġetti f’din il-lokalità iżda x-xogħol tal-ippjanar għadu għaddej u mhux konkluż. Għaldaqstant, aktar dettalji ser jingħataw fiż-żmien li ġej.

Żurrieq u Ħal Safi – New Water — Network tad-distribuzzjoni

Question

B'referenza għal-lista ta' toroq li fihom ser jgħaddi n-network tan-New Water fiż-Żurrieq u Ħal Safi (RWPs LOT 1 & RWPs LOT 2) annessi ma’ din il-mistoqsija parlamentari, tista’ l-Ministru tgħid: (a) Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta ser jitlesta x-xogħol fuq kull triq? (b) Liema toroq ingħatalhom wiċċ ta' tarmak ġdid u kemm ilu li ngħata dan it-tarmak? (ċ) X'inhi r-raġuni li n-network tad-distribuzzjoni tan-New Water ma ġiex mgħoddi minn taħt il-wiċċ tat-triq qabel ma ngħata t-tarmak? (d) Xi spejjeż żejda ser jiġu involuti biex jerġa’ jsir il-wiċċ tat-tarmak mill-ġdid hekk kif jiġi mgħoddi n-network tad-distribuzzjoni tan-New Water?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tad-domanda li dejjem qed tiżdied għall-użu tan-New Water fi Lbiċ ta’ Malta, fl-2023 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kisbet €19.5 miljun minn fond agrikolu tal-Unjoni Ewropea (EAFRD) li ser jintużaw sabiex tkompli testendi n-network għad-distribuzzjoni ta’ dan is-servizz għall-benefiċċju tal-bdiewa li għandhom ir-raba tagħhom f’din in-naħa tal-pajjiż. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn nofs din is-sena, ladarba jitntemm il-proċess tal-evalwazzjoni tal-offerti riċevuti u jiġu ffirmati l-kuntratti, u huwa mmirat li jitlestew lejn tmiem is-sena 2025.

Il-Qrendi – Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal tal-Qrendi hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-ħidma konġunta bejn Project Green u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi, f’Novembru li għadda infetaħ Ġnejnet Nikol Aquilina, fl-inħawi tal-Maqluba. F’din iż-żona ġew installati bankijiet għall-picnics u tħawlu siġar u arbuxelli ġodda biex b’hekk inħoloq spazju ieħor fejn il-pubbliku jista’ jqatta’ ħin ta’ rikreazzjoni fi spazju miftuħ. Preżentament, għall-istess lokalità, qed jiġu kkunsidrati proġetti oħrajn li d-dettalji dwarhom jitħabbru ladarba jitlesta x-xogħol preparatorju.

Ħal Kirkop — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Kirkop hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Project Green tinsab f’diskussjonijiet dwar il-possibiltà li sit li bħalissa m’għandu l-ebda użu fiċ-ċentru urban ta’ Ħal Kirkop jiġi riġenerat fi spazju aħdar għall-użu tal-komunità.

Triq tas-Sejba — Mobile truck wash

Question

Jista’ l-Ministru jara li makkinarju li qed iġorr materjal min-naħa ta' wara tal-mitjar li jagħti għal fuq Triq tas-Sejba jarmaw mobile truck wash biex jaħslu t-tires tal-vetturi qabel joħorġu mill-mitjar sabiex ma jimlewx it-toroq tal-madwar bit-tajn, fosthom Triq tas-Sejba li għadha kemm ġiet mogħtija t-tarmak?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.