Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kuntrarjament għal li jsir f'każ ta' dgħajjes MFA u MFB, meta tinbiegħ dgħajsa MFC, S u Valletta, għaliex il-mażżra ('mooring') trid tiġi rritornata lura għand Transport Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru l-kwoti fuq il-qbid tal-kubrit? Jekk fl-affermattiv, fuq liema setturi ser ikunu applikabbli l-kwoti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa llum ma hemm l-ebda ħsieb li tiddaħħal kwota fuq il-kubrit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kontrolli meta sajjied li ġej minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea jiġi jbiegħ il-ħut hawn Malta? F'każ li sajjied Malti jmur ibiegħ il-ħut f'pajjiż tal-EU, jista’ l-Ministru jgħid jekk japplikawx l-istess kontrolli? Jista’ jgħid ukoll jekk sajjieda Maltin humiex qed jaħdmu fuq 'level playingfield' ma’ sajjieda ta' pajjiżi oħra tal-EU?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, Malta saret tagħmel parti sħiħa mis-suq komuni. Għaldaqstant, l-awtoritajiet ikkonċernati fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma jistgħux jagħmlu differenza bejn bejjiegħ minn Stat Membru tal-UE u ieħor minn Malta, diment li jkollhom il-permessi neċessarji sabiex jagħmlu bejgħ. Din tapplika kemm għal dawk li jiġu Malta, kif ukoll għal dawk il-Maltin li jmorru f’pajjizi oħra membri tal-UE. Is-sajjieda Maltin u s-sajjieda ta’ pajjiżi oħra tal-UE huma suġġetti għall-istess sett ta’ regoli b’mod identiku, għaldaqstant b’mod awtomatiku qed jaħdmu fuq level playing field.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru diversi 'traffic calming measures' (sleeping policemen) fi Triq iż-Żurrieq, Triq il-Qajjenza, Triq il-Girgħien u Triq FM Ferretti f'Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li għadhom ma sarux?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’ghandiex applikazzjonijiet pendenti ghal road humps fit-toroq msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta r-rotta bin-numru 82 ser tibda tgħaddi mill-Qajjenza, Birżebbuġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li fit-3 ta’ Marzu 2024 daħlet fis-seħħ modifika fir-rotta 82 sabiex din issa bdiet is-servi ukoll l-inħawi magħrufa bħala tal-Ġebel ġewwa Birżebbuġa.
Infurmat ukoll li l-inħawi tal-Qajjenza, fl-istess lokalità, huma servuti permezz tar-rotot 85, 119 u 210. Transport Malta qiegħda tistudja kif, jekk dan ikun possibbli, tagħmel modifika oħra lir-rotta 82 sabiex tkun tista’ isservi ukoll lil dawn l-inħawi.
‘Support for Investment in Agricultural Holdings' — Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-benefiċjarji tal-applikazzjonijiet ta' Call 18 għall-fondi tal-Miżura 4.1 – ‘Support for Investment in Agricultural Holdings' li għalqu fl-4 ta' Settembru 2023 ser jiffirmaw il-kuntratti mal-Managing Authority tal-Funds and Programmes Division?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
‘Support for Investment in Agricultural Holdings' — Applikazzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid meta l-benefiċjarji tal-applikazzjonijiet ta' Call 18 għall-fondi tal-Miżura 4.1 – ‘Support for Investment in Agricultural Holdings' li għalqu fl-4 ta' Settembru 2023 ser jiffirmaw il-kuntratti mal-Managing Authority tal-Funds and Programmes Division?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-benefiċċjarji ġew innotifikati u mistiedna biex jersqu għall-iffirmar tal-kuntratti rispettivi mit-13 ta’ Marzu 2024 ‘il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-Pjazza tal-Knisja, l-Imqabba li ġiet ippavimentata ftit xhur ilu u ċjoè jekk hux ser tibqa' ppavimentata bil-madum, jekk dan hux ser jinqala’ u tiġi ppavimentata bit-tarmak bħalma sar Raħal Ġdid jew jekk hux ser tibqa’ ppavimentata bil-madum u tiġi trasformata f'żona pedonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-pjazza hijiex ġejja 'pedestrian priority area' jew hux ser jibqa’ għaddej it-traffiku kif inhu llum? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta' pavimentar hemm il-ħsieb li jsir u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti proposti kif ukoll stima ta' kemm ġej jiswa x-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kirkop u Ħal Safi — Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana – Wiċċ ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-wiċċ eżistenti tat-triq fi Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana, Kirkop/Safi quddiem id-daħla għall-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta jinbidel għax jiżloq, speċjalment meta tagħmel ix-xita u qed jikkaġuna diversi inċidenti għax qed jiskidjaw il-karozzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15677 u ċjoè:
B’referenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Ġunju 2023 fejn kien deċiż li:
'At its meeting which was held on the 6th June 2023, the Executive Council agreed that the Planning Authority will only consider garages / parking bays in the computation of parking requirements attached to development proposals. Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements. More importantly, parking provisions has to be provided on site and not elsewhere',
jista’ l-Ministru jgħid jekk f’applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn garaxxijiet domestiċi ta' terzi għal użu kummerċjali b’użu lokali, l-applikanti għal bdil ta' użu għandhomx jiġu mġiegħla jħallsu għall-UIF / CCPS meta jintilef spazju ta' parkeġġ minn blokka ta' appartamenti li huma ma humiex is-sidien tagħha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tippermetti li garaxxijiet jew spazji ta’ karozzi li jkunu żejda, jinbidlu għal użu kummerċjali. F’dawn il-każijiet, l-applikanti ma jintalbux iħallsu għall-UIF / CCPS. Fil-każ li jkun qed jintilef garaxx jew spazju ta’ karozza li ma jkunx żejjed, l-applikant jintalab iħallas għall-UIF / CPPS biex jikkumpensa għal dak l-ispazju, u dan irrispettivament hux sid appartement jew aktar mill-blokka. Din id-deċiżjoni ittieħdet fuq diversi applikazzjonijiet li ġew a konjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15681 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid kemm kien hemm sajjieda li bbenefikaw minn għajnuniet tal-Unjoni Ewropea, sena b’sena, mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna, kemm-il sajjied ibbenefika minn din l-għajnuna, x’kien l-istatus ta' kull sajjied (sajjieda full-time, sajjieda żgħażagħ, etc.) u x’inhu l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull sajjied?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15682, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-persuni li huma ingaġġati bħala konsulenti mill-Ministeru u/jew id-Dipartiment tas-Sajd assenjati fl-Istanding Committee Research and Statistics (SCRS) tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) li joħorġu r-rakkomandazzjonijiet għall-ħut u l-mammiferi? Xi kwalifiki għandhom u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom u perkaċċi oħra għal dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda persuna ingaġġata bħala konsulent mill-Ministeru u/jew mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura li hi assenjata fl-Istanding Committee Research u Statistics (SCRS) tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15687, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li ser jiġu wżati biex titqassam il-kwota tat-tonn u liema kategoriji ta' sajjieda ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-kwoti għall-istaġun 2024? Peress li fit-tweġiba ntqal li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min qed jiddiskuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li propju minħabba l-fatt li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, ma jkunx f’loku li nipprovdi kriterji meta dawn jistgħu jinbidlu. Id-diskussjonijiet qed isiru mal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd bħalma jsir kull sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15694, jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord tas-Sajd, u jagħti d-dettalji relattivi għal kull membru li ġie maħtur u jgħid x'inhuma l-kwalifiki ta' kull membru relatat mas-settur tas-sajd peress li l-Gazzetta tal-Gvern li saret referenza għaliha ma jkollhiex l-informazzjoni kollha mitluba?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-pubblikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-ħatra tal-Bordijiet ikun hemm il-lista sħiħa ta’ minn min huwa kompost kull Bord.
Ninfurmah ukoll li ċ-Chairperson, kif ukoll kull membru tal-Bord jiġu maħtura skont it-termini tas-subartikolu 5(2) tal-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd, speċifikament:
"5. (1) Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf bord li jkun magħruf bħala l-Bord dwar is-Sajd.
(2) Il-Bord ikun magħmul mid-Direttur,
ex officio
bħala Chairman u mill-membri li ġejjin maħtura mill-Ministru –
(a) membru mid-Dipartiment tas-Sajd, wara konsultazzjoni mad-Direttur, li jkun deputat chairman;
(b) membru wieħed minn fost u nominat mid-detenturi ta’ liċenzja tas-sajd;
(ċ) membru minn fost u nominat mill-Federazzjoni tas-Sajjieda Dilettanti;
(d) membru minn fost u nominat minn pitkali tal-pixkerija;
(e) membru minn fost u nominat minn bejjiegħa tal-ħut bl-imnut;
(f) seba’ membri oħra minn fost persuni li jkollhom interess fi ħwejjeġ jew li jkollhom tagħrif dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-sajd jew mal-industrija tas-sajd, li erbgħa minnhom ikunu nominati minn ko-operattivi ta’ sajjieda reġistrati skont l-Att dwar is-Soċjetajiet Ko-operattivi;
(g) membru wieħed mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi nominat mill-Ministru responsabbli għall-ambjent;
(h) membru mill-Forzi Armati ta’ Malta nominat mill-Ministru responsabbli għall-armata.".
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bħalissa fil-lokalità taż-Żurrieq qed isiru u ser isiru diversi xogħlijiet ta' trinek f'toroq li ngħataw it-tarmak reċentement u għalhekk ser jirriżulta f'nefqa żejda mit-taxxi tal-poplu biex dawn it-toroq jerġgħu jingħataw it-tarmak mill-ġdid? U f' dawn l-istanzi, l-extent ta' reinstatement tat-trinek f'dawn it-toroq ser ikun il-wisa’ tat-trinka biss jew il-wisa’ tat-triq kollha? Jista’ jgħid jekk it-tħaffir ta' trinek f'toroq li jkunu għadhom kemm ingħataw wiċċ hux qed jiġri riżultat ta' nuqqas ta' ppjanar u nuqqas ta' koordinament bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru responsabbli mill-infrastruttura ta' servizzi li jgħaddu minn taħt wiċċ it-triq? Jista’ jgħid ukoll x'ser tkun qed tagħmel Transport Malta fil-ġranet u l-ġimghat li ġejjin biex toroq li jkun għadu kemm sarilhom wiċċ ġdid ma jkollhomx jerġgħu jinqalgħu mill-ġdid biex jgħaddu servizzi minn taħt l-art?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ trinek li qed isiru bħalissa ġewwa z-Żurrieq huma parti mill-proġett infrastrutturali tal-Enemalta sabiex tittejjeb is-sistema ta’ distribuzzjoni tad-dawl.
Ix-xogħol ta’ reinstatement bl-asfalt isir skont li Standard Conditions ta’ Category 1 u Drawings TRG 01 / 02 / 06 / 07 / 08 / 09. Kemm li standards ta’ Category 1 li dawn ix-xogħolijiet jaqgħu taħtu, kif ukoll id-disinni relattivi (Drawings TRG 01 / 02 / 06 / 07 / 08 / 09), u nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parliamentari 15928.
Inżid li Transport Malta għandha sistema elettronika tal-permessi. Din is-sistema tippermetti notifika lill-entitajiet kollha konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-reinstatement temporanju ta' wiċċ it-trinek qed isir bil-lean mix minflok bl-asfalt kif kien isir qabel l-2013 bir-riżultat li wara ħalba xita t-toroq minn fejn ikunu għaddejjin dawn it-trinek jimtlew b'ħafna ħofor b'periklu kbir għal min ikun qed juża dawn it-toroq? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax li din il-prassi tinbidel, u r-reinstatement ta' wċuħ ta' trinek jerġa’ jibda jsir bl-asfalt minflok bil-lean mix?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun previst li l-għoti ta’ wiċċ mill-ġdid bl-asfalt ikun ser itul, it-trinek jingħataw wiċċ ta’ konkos u mhux lean mix. Dan sabiex ma jinqalax mill-ewwel.
Niġbed l-attenzjoni li fil-passat kien jintuża cold asphalt biex jingħata wiċċ temporanju, bir-riżultat li dan kien iżomm ferm anqas mill-konkos.
Inżid ukoll li permezz tal-field officers tagħha, Transport Malta kontinwament tara’ li x-xogħol ta’ reinstatement isir malajr kemm jista’ jkun.
Toroq — Xogħljiet ta' trinek u tarmac - Unit ta' Koordinament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Unit ta' Koordinament fuq xogħlijiet ta' trinek u tarmak għadux jiffunzjona jew le? Jekk iva, x'inhu xogħlu bħalissa u minn min hu ffurmat dan il-Unit?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ koordinament ta’ trinek u tarmac huwa parti mill-kompetenzi tar-Road Works Permits Unit fi ħdan Transport Malta. Din is-sezzjoni hija komposta u b’funzjonijiet kif isegwi:
- Direttur Tekniku,
- Direttur Legali,
- Uffiċċjal li joħroġ il-permessi,
- Uffiċċjal li jikkoordina it-traffic management temporanju,
- Uffiċċjal għall-permessi tal-emerġenza,
- Għaxar field officers biex jiċċekkjaw il-kundizzjonijiet tal-permess, u
Erbgħa uffiċċjali amministrattivi.
Jista l-Ministru jgħid, minn dawk id-dgħajjes li għandhom il-liċenzja tat-tonn:
(a) kemm għandhom friża u magna tas-silġ fuq id-dgħajsa u kemm għandhom kwota;
(b) kemm għandhom friża biss fuq id-dgħajsa u kemm għandhom kwota;
(ċ) kemm m'għandhomx friża fuq id-dgħajsa u kemm għandhom kwota?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet rigward il-kwota tat-Tonn 2024 għadhom għaddejjin filwaqt li l-istagun hu magħluq, għaldaqstant m’hemmx bastimenti li għandhom kwota.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1241 u 18572 tal-Leġiżlatura XIII u 4438 tal-Leġiżlatura XIV fejn il-Ministru kellu jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq, peress li preżentement fil-maġġor parti tiegħu l-ispazju hu riservat għal coaches u l-art in kwistjoni hija diġà kommessa li tintuża bħala parkeġġ peress li diġà qed isir dan, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet u r-rapporti ġeoloġiċi li saru mill-Gvern fiż-żona biex jissostanzja dak li qal fir-risposti tiegħu? Jistgħu fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġu pprovduti tali parkeġġi biex aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?