Legislature:
Category:
Reset
Active:

Geological Maps tal-Gżejjer Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul dawn l-aħħar għaxar snin sarux xi tibdiliet fil-Geological Maps tal-Gżejjer Maltin? Jekk kien hemm xi tibdil, jista’ jgħid għal liema raġuni sar dan it-tibdil, fuq liema parametri u min għamlu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żurrieq – Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17166 dwar spazji miftuħa fiż-Żurrieq, peress li l-applikanti konċernati huma Kunsilli Lokali u ċjoè entitajiet governattivi ffinanzjati mit-taxxi tal-poplu, tista’ l-Ministru tara li tali informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għaldaqstant tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages / 3D visuals, inkluż il-pjanti u stimi ta' kull proġett sottomess, kemm dawk approvati u kemm ta' dawk li ma kenux approvati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Fid-dawl tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17166, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Art agrikola li mhix tinħadem

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti neċessarji biex art agrikola, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, li preżentament mhix tinħadem tiġi mgħoddija lil bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin biex fejn ma jinżergħux prodotti agrikoli, ikun jista’ jinżera’ magħlef u b'hekk jiġu ffrankati ħafna spejjeż f’importazzjoni ta’ magħlef minn barra l-pajjiż?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17259.

Pixkerija – Cold Stores

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-cold stores li hemm fil-pixkerija humiex jintużaw? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għaliex dawn mhux jintużaw?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kemm il-cold stores, kif ukoll iċ-chillers, kollha jaħdmu u jintużaw meta jkun meħtieġ.

Marsaxlokk – Hard Standing – Cold Store

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Ministeru tiegħu ma aċċettax li jiġi installat cold store fejn hemm il-hard standing f’Marsaxlokk?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba li jiġi installat Cold Store għall-liska ġiet evalwata mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, flimkien mal-uffiċjala tas-Saħħa u tas-Sigurtà li jipprovdu servizz lid-Dipartiment. Minn din l-evalwazzjoni, ħareġ li tali Container iġib miegħu diversi riskji, fosthom ostaklu għall-użu tal-ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ aċċident, riskiji relatati mad-dawl li jistgħu jwasslu għall-ħsarat fil-bastimenti li jkunu fil-faċilita`, kif ukoll riskji relatati mas-saħħa tal-ħaddiema u anke tal-istess sajjieda li jkunu fil-facilità. Minħabba l-fatt li m’hemmx żona sigura u maqtugħa fejn jista’ jitqiegħed dan il-container, it-talba kellha tiġi rrifjutata.

Marsaxlokk – Hard Standing – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-hard standing ta' Marsaxlokk, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u għall-impjegati tal-Gvern separatament minn ħaddiema tal-privat?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti, ngħarrfu li l-informazzjoni li qed tingħata hija minn meta ġie mwaqqaf dan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli sal-lum. Sena Nru. Ta’ Impjegati tal-Gvern Nru. Ta’ Ħaddiema tal-Privat 31/12/2020 4 Servizz Pubbliku 2 Settur Pubbliku 3 31/12/2021 3 Servizz Pubbliku 2 Settur Pubbliku 3 31/12/2022 4 Servizz Pubbliku 2 Settur Pubbliku 3 31/12/2023 4 Servizz Pubbliku 2 Settur Pubbliku 3 22/04/2024 4 Servizz Pubbliku 4 Settur Pubbliku 3

Marsaxlokk — Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ser jagħmel bil-binja li qabel kienet okkupata mill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd f’Marsaxlokk? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax li jgħaddiha lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, li bħalissa hi l-unika koperattiva li tirrappreżenta lis-sajjieda Maltin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

PDO — Nagħaġ u mogħoż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18314 u jgħid jekk f'każ ta' taħlit ta' razza ta’ nagħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk impurtati, jekk jinkiseb il-P.D.O. (Protected Designation of Origin), dan ikunx jista’ jinżamm? Jekk le, jista’ jgħid x'ser jagħmel il-Gvern biex appena jinkiseb id-.P.D.O., dan ikun protett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-protezzjoni li qed tintalab hija għall-isem “Ġbejna tan-nagħaġ”. Dan ifisser li jista’ jintuża biss il-ħalib tan-nagħaġ. Fir-rigward tar-razza tan-nagħaġ, l-ispeċifikazzjonijiet jindikaw dan li ġej: The 'Ġbejna tan-nagħaġ' is a fresh cheese produced with whole raw milk from sheep (Ovis aries) of the ‘Maltese’ breed and its crosses with the Friesian breed or others, and that are registered in the Maltese islands, including Malta, Gozo, and Comino.

Bexx

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18315 u jgħid jekk il-bexx li jista’ jintuża mill-bdiewa f'Malta u f’Għawdex hux differenti mill-bexx li jintuża f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk dan hu fl-affermattiv, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni għal dan? Jekk le, jista’ bidwi jixtri bexx minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u jużah f'Malta u f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolament Ewropew dwar il-bexx jistabbilixxi li biex ikun jista’ jintuża, kull prodott għandu l-ewwel jiġi awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun sejjer jintuża. Għalhekk, bexx li jintuża f’pajjiż jista’ jkun differenti minn ta’ pajjiżi oħra. L-awtorizzazzjoni individwali ta’ kull pajjiż tiżgura li l-kundizzjonijiet marbuta mal-użu tal-bexx iqisu l-aspetti ambjentali (eż. il-karatteristiċi klimatiċi, tal-ħamrija, il-prossimità tas-sorsi tal-ilma) li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Fejn prodott huwa awtorizzat f’pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea u anke f’Malta, bidwi jista’ jixtri dan il-prodott minn barra minn Malta taħt liċenzja ta’ kummerċ parallel.

Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar — Deċiżjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18323, jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-tliet applikazzjonijiet (u jagħti n-numru tal-applikazzjoni) li ġew a konjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv li dwarhom ittieħdet id-deċiżjoni li “Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements”?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet li ġew akonjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv - li dwarhom ittieħdet id-deċiżjoni li “Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements - nikkoreġi l-informazzjoni preċedenti li huma erba’ u mhux tlieta kif ġie mwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 18323. Dawn huma: PA 4953/22, PA 7409/22, PA 3023/22 u PA 2309/22.

Importazzjoni ta’ nagħaġ u mogħoż

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17252, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li nagħaġ u mogħoż importati mill-Unjoni Ewropea jistgħu ma jmorrux kwarantina?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kwota tas-sajd tonn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17162, fejn intqal li “biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit”, peress illi l-informazzjoni mitluba suppost tkun għand il-Ministeru qabel jagħti l-kwoti tat-tonn, jista’ l-Ministru jgħid, kemm minn dawk id-dgħajjes li kellhom il-kwoti tat-tonn mill-2013 sal-2023, sena b'sena; i. kellhom friża u magna tas-silġ fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota; ii. kellhom friża biss fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota; u iii. ma kellhomx friża fuq id-dgħajsa u kemm kellhom kwota?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru/Dipartiment tas-Sajd — Konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15683 fejn il-Ministru għamel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13979 kif ukoll referenza għall-manwal, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti impjegati mal-Ministeru u/jew id-Dipartiment tas-Sajd u fiex inhi l-expertise tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Birżebbuġa — Triq Feliċjan - Modifiki

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-truf ta' Triq Feliċjan f'Birżebbuġa jsiru l-modifiki neċessarji fit-triq biex karozza tal-linja tkun tista’ tidħol u toħroġ minn din it-triq bla diffikultà?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

MFSA – Diretturi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji — Policy dwar persuni li jkunu indagati kriminalment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar il-policy tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fir-rigward ta’ persuni nominati biex iservu bħala diretturi ta’ istituzzjoni finanzjarja filwaqt li jkunu indigati kriminalment f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, a bażi tal-prinċipju ta’natural justice, meta l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), issir a konoxxenza li persuna li hi nominata biex isservi bħala direttur ta’ istituzzjoni finanzjarja, qiegħda tiġi ndagata kriminalment f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-po¿izzjoni tal-MFSA hija illi jekk l-att ta’ akkuża kontra tali persuna ma jkunx għadu ħareġ, l-MFSA tibqa’ issegwi il-proċess sabiex tara jekk, l-att ta’ l-akkuża illi finalment joħroġ kontra tali persuna, jimpattax il-fitness and properness assessment illi jsir fuq tali persuna qabel ma tiġi approvata, o menu, mill-MFSA. Il-kriterji li l-MFSA tikkunsidra sabiex tara jekk persuna għandhiex tkun approvata huma disponibbli fuq is-sit tal-MFSA.

MFSA — Persuni indagati kriminalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli illi l-MFSA taċċetta li persuni indagati kriminalment ikunu qed imexxu istituzzjonijiet finanzjarji f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA bħala istituzzjoni regolatorja timxi b’mod konsistenti mal-policies u l-proċeduri tagħha hekk kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18326.

INDIS Malta Limited — Asbestos

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17007 u 17544 u jgħid kemm għad fadal binjiet amministrati minn INDIS Malta Ltd li għad għandhom asbestos bħala parti mill-bini, speċjalment fis-soqfa? X'qed isir biex tiġi salvagwardata s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu f'dawn il-binjiet? X'inhi r-raġuni li dan l-asbestos qatt ma tneħħa minn INDIS Malta Ltd bħala s-sid ta' dawn il-binjiet? X'passi ser tieħu INDIS Malta Ltd fil-konfront ta' dawn il-binjiet, bħala s-sid tagħhom, biex tara li dan l-asbestos jitneħħa mill-aktar fis possibbli? Jista’ jgħid ukoll jekk INDIS Malta Ltd għandhiex records ta' kemm binjiet li huma proprjetà tagħha għad għandhom l-asbestos ġo fihom? F'każ li ħaddiema jimirdu minħabba dan l-asbestos, INDIS Malta Ltd ser terfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħha biex dan l-asbestos jitneħħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2006, INDIS Malta Ltd. (dak iż-żmien Malta Industrial Parks Limited) kienet ħarġet sejħa għall-offerti bin-numru CT2749/06 fejn ġie kummissjonat studju biex jiġi stabbilit kemm-il binja amministrata mill-INDIS għandha Asbestos Containing Material (ACM) fiha. Kien ippjanat illi dan il-kuntratt pubbliku jevalwa 469 binja, madankollu irriżulta li l-istudju kien meħtieġ għal 551 binja, bl-istima oriġinali tas-sejħa għall-offerti titla’ minn €507,803.40 għal €596,588.21. Minn dan l-istudju ħareg illi kieku tneħħa dan l-ACM sal-2009, l-ispiża kienet tkun ta’ €652,869. Din iċ-ċifra ġiet riveduta għal spiża approssimativa ta’ €2.7M fis-sena 2011. Minn dak in-nhar ‘l hawn, saru diversi proġetti biex jitneħħa ACM. In-nefqa ta’ INDIS fuq dawn il-proġetti huwa kif indikat hawn taħt. SNIN NEFQA 2009-2011 €53,117.37 2013-2023 €1,566,666.80 Ma’ dawn iridu jiżdiedu diversi proġetti oħra li saru minn inkwilini jew utilisti ta’ binjiet amministrati mill-INDIS. Hija prassi li sa fejn ikun possibbli, tali xogħolijiet isiru mill-inkwilini jew utilisti partikolarment f’kuntest ta’ immodernizzar jew bini mill-ġdid ta’ fabbriki. Il-parti l-kbira ta’ proġetti importanti li saru fl-aħħar snin, kienu jinkludu t-twaqqiegħ u t-tneħħija ta’ binjiet antiki li nbidlu f’faċilitajiet moderni li naturalment ma jikkontjeni ebda ACM. Ir-raġuni għalfejn ċerti proġetti ta’ tneħħija ta’ ACM jieħdu ż-żmien hija marbuta mal-fatt li f’ċerti każi, hemm dewmien fil-proċeduri biex jittieħdu lura binjiet—ħafna drabi antiki—li jikkontjenu ACM. Dan kien il-ka¿ fil-fabbrika HHF012 (Aluminium Extrusions) fejn il-proċeduri bdew fl-2007 u l-fond ġie f’idejn INDIS fl-2018 u ATD012 (Metalfit Company Limited) fejn il-proċeduri għadhom għaddejjin. Madankollu tajjeb insemmi li f’kull każ, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tibqa’ priorità assoluta u jrid jingħad li f’ebda ka¿ ta’ binjiet amministrati minn INDIS ma jsir xogħol relatat ma’ ACM. Huwa wkoll magħruf li l-pre¿enza ta’ ACM f’oġġetti bħal tankijiet, soqfa u katusi minnu nnifsu mhuwiex ta’ periklu u kull fejn isiru xogħolijiet ta’ tneħħija ta’ ACM, dan jigi kummissjonat lil kumpannijiet speċjalizzati f’dan il-qasam, dejjem taħt il-ħarsien tal-awtoritajiet kompetenti. Ħaddiema ta’ fabbriki m’humiex esposti għal dawn ix-xogħolijiet.

INDIS Malta Limited – Binjiet b’suffetti tal-jablo

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17008 u 17545 u jgħid kemm hawn binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd li għad għandhom suffetti tal-expanded polystyrene (EPS – jablo) li huwa materjal fjammabbli u li fil-każ li jkun hemm ħruq taħtu, dan idub u jqattar bħala żejt? Sar assessment tal-periklu li jinħoloq f'każ ta' ħruq kemm għal min jinzerta taħtu kif ukoll għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar fil-każ li jkollhom bżonn jintervjenu biex jitfu n-nar?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS m’għandha l-ebda informazzjoni dwar il-preżenza ta’ dan it-tip ta’ materjal fi-binjiet li tamministra. Dan il-materjal huwa meqjus bħala inflammable u għalhekk jiġi trattat bħal kull materjal ieħor flammable fejn tidħol ir-responsabbilità ta’ saħħa u sigurtà. L-Inkwilini u l-utilisti ta’ INDIS m’għandhom l-ebda projbizzjoni li jinstallaw dan il-materjal fil-fabbriki tagħhom, ġaladarba jimxu mal-prattiċi ta’ sigurtà applikabbli.

INDIS Malta Limited – Tneħħija ta asbestos u jablo

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17009 u 17546 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-materjali tal-asbestos u l-expanded polystyrene - EPS jitneħħew mill-binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux ser tidħol għalih INDIS, u f’liema terminu ta’ żmien għandu jkun mistenni li dan ix-xogħol iseħħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18319 u 18320.