Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-organizzazjoni tal-Agri Fair ta' sentejn ilu u ta' din is-sena separatament u minn xiex?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dħul mill-Agrifair ta’ sentejn ilu kien dak ta’ €34,631.00, filwaqt li għal din is-sena id-dħul kien jammonta għal €48,231.93.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-Gvern, minn Ottubru 2023 sa Settembru 2024, maqsuma xahar b'xahar, biex ingħataw sussidji biex jinxtara l-ġwież u dqiq separatament, sabiex tkompli tiġi sostnuna l-istabbilità fil-prezz tal-ikel bażiku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 2023 sa Settembru 2024, l-għajnuna li tal-Gvern fir-rigward tal-istabbilità tal-prezzijiet għall-ikel li tkopri l-ġwież u d-dqiq kienet dik ta’ €5,776,728.83 skont it-tabella segwenti:
Perjodu
Ġ
wież
Qamħ u Dqiq
2023
Ottubru
€ 634,460.22
€ 276,247.73
Novembru
€ 405,502.32
€ 293,463.96
Diċembru
€ 110,022.73
€ 4,688.48
2024
Jannar
€ 151,360.04
€ 195,105.02
Frar
€ 456,533.49
€ 96,709.02
Marzu
€ 145,303.18
€ 1,214,645.62
April
€ 280,656.43
-
Mejju
€ 407,493.36
€ 171,190.24
Ġunju
€ 116,931.32
-
Lulju
€ 207,802.53
€ 84,242.18
Awwissu
€ 181,399.70
-
Settembru
€ 241,811.80
€ 101,159.46
Total
€ 3,339,277.12
€ 2,437,451.71
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Kemm qed tħaddem ħaddiema preżentament din l-Aġenzija u f'liema gradi? Minn fejn qed topera din l-Aġenzija?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta titmexxa minn Kap Eżekuttiv skond id-dispożizzjonijiet tal-Att Dwar l-Amminisrtrazzjoni Pubblika.
Ngħarrfu wkoll li preżentament fl-Aġenzija li topera minn ġewwa l-uffiċini tagħha fil-Marsa, hemm disgħa mpjegati oħra li jinkludu żewġ Senior Managers, Skrivan wieħed u sitt sewwieqa / operaturi tat-trakkijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar b’mod tanġibbli mill-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta biex tiġi mħarsa l-art agrikola sabiex din tibqa’ tiġi kkultivata u maħduma mill-bdiewa u sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-biedja, il-produzzjoni tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għaddejja ħidma sabiex ikunu stabbiliti miżuri għall-ħarsien tar-raba’. Barra minn hekk għaddej xogħol sabiex jitwettqu l-proposti fir-riforma fil-qasam tar-raba’ bil-għan li tkun protetta l-art agrikola u niżguraw li din tibqa’ tinħadem mill-bdiewa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tomna art akkwistat l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta offruta għall-bejgħ mis-sidien sabiex l-aġenzija stess tkun tista’ talloka tali art sabiex tinħadem minn bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija qed taħdem fuq qafas legali sabiex ikollha s-saħħa legali li tagħmel dan, kif ukoll budget sabiex takkwista art agrikola mingħand il-privat. Għalhekk s’issa l-Aġenzija għadha ma akkwistat ebda art agrikola offruta għall-bejgħ minn sidien għaliex għad m’għandiex il-bażi legali li jippermettilha dan.min għ
Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Bdiewa żgħażagħ li bbenefikaw minn strumenti finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa żgħażagħ li bbenefikaw minn strumenti finanzjarji li jgħinuhom jixtru art agrikola permezz tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ħa flus kull bidwi żagħżugħ/a?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bdiewa żgħażagħ għandhom diversi forom ta’ opportunitjiet ta’ sapport, kemm minn fondi nazzjonali, u kif ukoll dawk Ewropej.
Fir-rigward ta' instrumenti finanzjarji li huma wieħed minn dawn il-forom ta’ għajnuna, permezz tal-Pjan Strategiku tal-PAK il-gvern diġà alloka s-somma ta' 2 miljun Ewro għall-possibilità ta’ introduzzjoni ta' strument finanzjarju sabiex jassisti bdiewa żgħażagħ jixtru art agrikola.
Ngħarrfu wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu beda jsir studju magħruf bħala ex-ante assessment li jikkonsulta ma' stakeholders varji sabiex janalizza l-bżonn u l-mudelli differenti ta' dan l-istrument finanzjarju li jistgħu jkunu kkunsidrati.
Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Eżenzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kellha l-art agrikola tagħha rreġistrata mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta, ibbenefikaw mill-miżura mħabbra fil-baġit tas-sena 2024, u ċjoè l-eżenzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola mikrija jew maħduma minn bdiewa, anke f'każ li din l-art tkun qed tinħadem mill-werriet stess?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa kien hemm tliet persuni li applikaw sabiex jiksbu ċ-ċertifikat għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni fuq art agrikola minn għand l-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta li hi l-entità responsabbli li toħroġ iċ-ċertifikati.
Dawn it-tliet persuni applikaw sabiex jiksbu ċertifikat fuq diversi artijiet agrikoli. B’kollox inħarġu 12-il ċertifikat fuq artijiet agrikoli differenti. Ġialadarba joħroġ iċ-ċertifikat, dan għandu jiġi mehmuż mal-kuntratt tat-trasferiment causa mortis sabiex jiġi ppreżentat lill-Kummissarju tat-Taxxi fejn wara li jsiru l-verifiki neċessarji min-naħa tal-Kummissarju, dawn ikunu jistgħu jiġu eżenti mit-taxxa tas-suċċessjoni fuq l-art agrikola.
Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta — Raba’ agrikola rreġistrata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sidien li għandhom raba’ agrikola li rreġistraw tali art mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tomna art agrikola hemm reġistrata ma’ din l-Aġenzija?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s'issa kien hemm 12-il reġistrazzjoni ta’ artijiet agrikoli mal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta. Dawn l-artijiet agrikoli flimkien jammontaw għal ftit iktar minn disgħa u għoxrin tomna li huma reġistrati ma’ Riżorsi Agrikoli Malta. L-Aġenzija qed taħdem ukoll sabiex tibni katast fejn tkun tista’ tinġabar l-informazzjoni kollha relatata mal-artijiet agrikoli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’din l-aħħar sena sa meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, SportMalta ħarġitx internal call għall-post ta' 'Director of Human Resources'?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid:
i. Kemm kien hemm applikanti għal dan il-post?
ii. Xi kwalifiki kellu kull applikant? u
iii. Lil min ingħata dan il-post?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma ħarġet l-ebda call għall-post ta' 'Director of Human Resources’.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm ħaddiema ma’ SportMalta li huma seconded u x’kariga għandhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li 2 ħaddiema ġew seconded. Informazzjoni rigward karigi mhux ser tiġi ppubblikata minħabba s-sigurta u l-privatezza tal-individwi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19751 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19229, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid kemm hi l-frekwenza tal-ikkalibrar ta’ Speed Cameras f'pajjiżna?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19226, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid jekk matul dawn l-aħħar għaxar snin sarux xi tibdiliet fil-Geological Maps tal-gżejjer Maltin? Jekk dan it-tibdil sar, għal liema raġuni sar dan it-tibdil, fuq liema parametri u min għamel dan it-tibdil?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mappa ġeoloġika tal-Gżejjer Maltin fuq skala aktar dettaljata ġiet ippubblikata f'Diċembru 2022.
L-iskala tal-mappa ġeoloġika preċedenti kienet ta' 1:25000 filwaqt li l-mappa aġġornata għandha skala ta' 1:10000.
Il-mappa ġiet aġġornata mill-British Geological Survey (BGS) wara sejħa għall-offerti maħruġa fl-2021 mill-Continental Shelf Department li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi. Sitt ġeoloġi barranin u ġeologu lokali ġew ingaġġati mill-BGS għall-aġġornament tal-mappa.
Il-mappa tal-2022 hija bbażata fuq l-evidenza disponibbli fiż-żmien tal-istħarriġ, riċerka xjentifika u kunċetti ġeoloġiċi aktar moderni. Il-mappa aġġornata hija disponibbli b’xejn fuq il-websajt tad-Dipartiment.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19225, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm kien ippjanat li ssir berġa fil-binja l-ġdida li qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Qrendi fi Triq Nikolo Communet, fl-istess tweġiba qed jiġi indikat li din il-Berġa mhux se ssir?
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19231 saret referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15889 li ma tweġibx kompletament il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa lill-Gvern Malti biex it-trasport pubbliku jiġi operat minn Autobuses de Leon f'termini ta' konċessjonijiet, sussidji, ħlas għal trasport b'xejn, eċċ., sena b'sena kull sena mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15889.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19230 u jgħid preżentement kemm hawn Tal-Linja Cards irreġistrati fuq ċittadini Maltin u Tal-Linja Cards irreġistrati fuq persuni barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta persuna tirreġistra sabiex tingħata Tal-Linja Card ma tintalabx informazzjoni rigward in-nazzjonalità tal-applikant. Għaldaqstant, tali nformazzjoni f’kategoriji skont in-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19229, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid kemm hi l-frekwenza tal-ikkalibrar ta’ Speed Cameras f'pajjiżna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19228 u ċjoè: Minħabba manuvrar ta' tugboats f'Wied il-Buni, jista’ l-Ministru jikkonferma li Transport Malta mhux ser tħalli min jorbot id-dgħajsa tiegħu mal-mażżri f'Wied il-Buni, fejn preżentement hemm min qiegħed iħallas il-kera tal-mażżra lil Transport Malta stess? Jekk dan hu fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk min għandu mażżra f'Wied il-Buni u mhux ser ikun jista’ jużaha, hux ser jingħata xi mkien ieħor fejn ikun jista’ jorbot id-dgħajsa tiegħu b'moħħu mistrieħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ma tippermetti l-ebda sitwazzjoni jew operazzjoni fuq l-ibħra Maltin li ma jkunux siguri. Għaldaqstant, sabiex jiġi evitat xi inċident minħabba l-manuvrar viċin tal-laneċ tal-irmonk, dawk id-dgħajjes marbutin fuq mażżri f’din iż-żona ta’ Wied il-Buni u li se jkunu affettwati minn dan l-operat, se jiġu offruti post alternattiv fl-interess tas-sigurtà u s-sikurezza tal-istess dgħajjes u s-sidien tagħhom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19226, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid jekk matul dawn l-aħħar għaxar snin sarux xi tibdiliet fil-Geological Maps tal-gżejjer Maltin? Jekk dan it-tibdil sar, għal liema raġuni sar dan it-tibdil, fuq liema parametri u min għamel dan it-tibdil?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Il-Qrendi — Triq l-Imqabba - Traffic calming measures
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru traffic calming measures (sleeping policeman) neċessarji fi Triq l-Imqabba, il-Qrendi hekk kif jibda l-bini fil-Qrendi fid-direzzjoni miż-Żurrieq għal Qrendi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li l-materja mressqa mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mill-istess Kunsill Lokali.