Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Għammieri – Prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ir-raba’ li hemm l-Għammieri kemm ipproduċa ħaxix, mill-1995 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u x'sar b'dan il-ħaxix? Jista’ jgħid ukoll xi prodotti kienu mkabbra f'dan il-perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raba’ tal-Għammieri mhux qiegħed għall-produzzjoni.

L-Għammieri — Raba’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-raba’ li hemm l-Għammieri hux qiegħda tinħadem? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal dan ir-raba’ u jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jżommu jew jgħaddih lill-privat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tar-raba’ fl-Għammieri qiegħdha titkabbar bil-magħlef għall-bhejjem tal-Għammieri stess. Is-sena l-oħra kien inħareġ tender sabiex jitkabbru ħxejjex, frott u dwieli b’mod organiku. F’dan il-mument beda t-tkabbir tal-ħxejjex, u fis-sajf li ġej ser jibdew il-preparazzjonijiet tal-art fejn ser jitkabbru d-dwieli b’mod organiku. Apparti minn dan, parti mir-raba’ qed tiġi allokata lill-entitajiet privati ħalli jwettqu studji u esperimenti speċifiċi għall-perjodi stabbiliti. Dan il-ġest jippermetti lill-Ministeru jifforma xogħol ta’ riċerka u żvilupp fl-oqsma ta’ metodi u teknoloġiji ġodda fil-qasam agrikolu, u b’hekk jittieħed vantaġġ mir-riżultati ta’ dawn l-istudji biex jitwettaq użu aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli.

Marsaxlokk — Trejqa fi Triq Delimara - Aċċess pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk trejqa fi Triq Delimara, Delimara (in-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija) li ilha triq pubblika għal aktar minn sittin sena u li tipprovdi aċċess għal diversi għelieqi, parti mill-bajja, eċċ. ġietx mgħoddija lill-privat u għalhekk l-aċċess ta' din it-triq ġie mblukkat minn terzi b'mod u manjiera li qed jiġi mċaħħad l-aċċess u l-użu pubbliku ta' din it-trejqa? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x' kienet ir-raġuni li trejqa pubblika ġiet mgħoddija lil privat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika aħjar il-mistoqsija tiegħu.

Blokok residenzjali fil-flypath tal-ajruport

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li sitt blokok residenzjali li kienu ex-Married Quarters tal-Ingliżi f’Ħal Farruġ li mat-tluq tal-Ingliżi minn Malta, ġew okkupati minn familji Maltin u li kienu nxtraw minnhom fl-1981; twaħħlilhom arloġġ tad-dawl fil-komun f'Diċembru li għadda u issa rċevew kont tad-dawl b'lura ta' 4,500 Euro għal kull blokka bħala konsum tad-dawl tal-komun, meta d-dawl ta' dan il-komun kien jinżamm mixgħul a spejjeż tal-Gvern minn inżul sa tlugħ ix-xemx peress li dawn qegħdin fil-flight path tal-ajruplani li jkunu ser jinżlu fl-ajruport? Tista’ tgħid ukoll għaliex il-konsum tad-dawl ta' dawn il-komuni mhux ser jibqa’ jitħallas mill-Gvern kif dejjem sar, peress li ż-żamma ta' dan id-dawl jixgħel huma mezz ta' sigurtà għall-inżul u tlugħ tal-ajruplani?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ras il-Ħobż, Ta’ Barkat u Ta’ Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water - Statistika

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi statistika dwar il-produzzjoni ta’ New Water matul is-snin 2022, 2023 u 2024 f’Malta u Għawdex, bi break down tal-produzzjoni maqsuma kull sena mill-impjanti ta’ Ras il-Ħobż, Ta’ Barkat u Ta’ Ċumnija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlametari simili bin-numru 26613 mill-Onor. Charles Azzopardi.

Ras il-Ħobż, Ta’ Barkat u Ta’ Ċumnija — Produzzjoni ta’ New Water - Statistika

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi statistika dwar il-produzzjoni ta’ New Water matul is-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 f’Malta u Għawdex, bi break down tal-produzzjoni maqsuma kull sena mill-impjanti ta’ Ras il-Ħobż, Ta’ Barkat u Ta’ Ċumnija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlametari simili bin-numru 26614 mill-Onor. Charles Azzopardi.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma rċevejt l-ebda rigal uffiċjali.

Il-Mixtla ta' San Vinċenz — Tkabbir ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tkabbru siġar tal-frott irqiq, tin, bajtar ta' San Ġwann, żebbuġ u ċitru separatament, fil-mixtla ta' San Vinċenz mill-1995 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b' sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2020 sa issa tkabbru 9,790 siġra fil-Mixtla ta’ San Vinċenz, kif muri fit-tabella segwenti. 2020 2021 2022 2023 2024 2025 Frott irqiq 642 1197 0 620 0 0 Bajtar 477 692 1167 71 400 200 Tin 129 146 255 0 409 400 Żebbuġ 0 800 740 0 0 155 Ċitru 390 230 670 0 0 0

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Rigali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rigali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qalgħet rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Rigali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qalgħet rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Rigali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rigali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.