Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18427, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-remunerazzjoni indikata fit-tabella ppreżentata minnu fir-risposta bdietx titħallas fid-dati hemm indikati jew jekk tħallsitx b'arretrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma li Onorevoli Interpellant li l-valuri indikati bdew jitħallsu fid-dati indikati u mhux b’arretrati.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mar-remunerazzjoni indikata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18427, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jirċeviex ukoll remunerazzjoni talli huwa membru tal-Kunsill Governattiv tal-European Central Bank (ECB), Gvernatur Alternattiv għal Malta fl-International Monetary Fund (IMF), u/jew membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni — konsulenti maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Filwaqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tlabt biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kif dan it-tagħrif ikun disponibbli nkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta r-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta tbiddlet l-aħħar u jagħti l-ammont ta’ kemm kien jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-ammont li issa qiegħed jitħallas il-gvernatur il-ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jara t-tabella ta' hawn taħt dwar ir-renumerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għall-bqija nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 18428 li qed tingħata f’din l-istess seduta. Tabella PQ 18427 Remunerazzjoni Bazika Responsibility Allowance 1 Jannar 2020 100,000 ewro 1 Jannar 2021 115,000 ewro 20%

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – żieda fir-remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awment fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kienx mitlub u jekk iva, jgħid meta ġie mitlub u min talbu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019, l-Bank Ċentrali ġab għall-attenzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u tal-Prim Ministru l-anomaliji li nħolqu matul l-aħħar snin bejn ir-remunerazzjoni tad-Deputy Governors tal-Bank Ċentrali u ċ-Chief Officers tal-MFSA. L-evalwazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni intemmet fil-bidu tal-2020. Ġie maqbul li l-anomaliji jiġu rimedjati permezz ta’ zieda parzjali u li l-parità sħiħa mal-pakkett finanzjarju ta’ Chief Officer fl-MFSA tintlaħaq s-sena ta’ wara, jigifieri fl-2021. Iz-zieda tal-Gvernatur, saret biex tinzamm ir-relattività bejn ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputy Governors.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – kundizzjonijiet aparti r-remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid apparti r-remunerazzjoni li tingħata lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, liema huma l-kundizzjonijiet l-oħra li jingħatawlu fil-pakkett tar-remunerazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li mar-remunerazzjoni l-Gvernatur għandu l-istess benefiċċji li ngħataw lil ta' qablu (uzu ta' karozza, telefonija, internet/wifi, u assikurazzjoni medika)

Bank Ċentrali ta’ Malta – ingaġġ ta’ impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid ġie ingaġġat fil-Bank Ċentrali ta’ Malta sa mill-1 ta’ Dicembru 2020 sal-ġurnata tat-tweġiba u jgħid f’liema rwol huma ġew ingaġġati u jekk dan l-ingaġġ seħħx b’sejħa pubblika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-impjegati ġew ingaġġati wara sejħa pubblika b’kuntratt definittiv għal sena li jiġi konvertit f’kuntratt indefinittiv meta jiskadi: Data ta' l-ingaġġRwol 02/12/2020IT Security Administrator 28/12/2020Systems Administrator Applications & Databases 04/01/2021Information Security Resilience Officer 25/01/2021Project Leader 25/01/2021Senior Officer International Organisations Dawn l-impjegati ġew ingaġġati bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u wara li ngħataw il-permess minn Jobs Plus. L-impjegati ġew mogħtija kuntratt definittiv għal sena li ma jiġix konvertit f’kuntratt indefinittiv: Data ta' l-ingaġġRwol 04/01/2021Personal Assistant to the Governor (Seconded mill-MFSA) 04/01/2021Personal Driver/Security Officer to the Governor

Convention on Access to Offical Documents

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jiffirma l-Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa, b’referenza CETS No. 2015? Jekk le, jista’ jindika r-raġuni għalfejn mhuwiex se jiffirmaha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Dar l-Annunzjata — xiri ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għal ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xiri ta’ 190 sodda fid-Dar tal-Anzjani Dar l-Annunzjata u jindika jekk dan il-ftehim sarx wara li nħarġet sejħa pubblika u jekk le jagħti spjegazzjoni tal-proċedura li ntużat biex jiġi konkluż dan il-ftehim?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-negotiated procedure mal-kumpanija msemmija saret fuq 109 sodda. Il-Gvern qatt ma joħroġ sejħa pubblika sabiex jixtri sodod fil-privat iżda juża metodu ta’ negotiated procedure without prior publication mal-privat skont il-bżonn ta’ sodod. Dan il-bżonn joħroġ mill-lista ta’ stennija, bl-approvazzjoni neċessarji tad-Dipartment tal- Kuntratti, kif dejjem sar s’issa.

Dar l-Annunzjata — xiri ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim għax-xiri ta’ 190 sodda fid-Dar l-Annunzjata mal-kumpanija li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament hux diġà ġie ffirmat, u jekk iva jgħid id-data ta’ meta ġie ffirmat u jippreżenta kopja tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim għax-xiri ta’ 109 sodod mal-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qiegħed fl-aħħar stadji biex ikun konkluż.

Dar l-Annunzjata — akkwist ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta seħħet l-ewwel laqgħa mal-kumpanija li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward tal-akkwist mill-gvern tal-maġġor parti tas-sodod li se jkunu preparati fir-residenza li se tissemma Dar l-Annunzjata u jgħid min kien preżenti għal dawn il-laqgħat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel laqgħa mal-Kumpanija msemmija saret fl-24 ta’ Lulju 2020 u kien hemm preżenti l-maniġment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Projects Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ direct orders mogħtija mill-Projects Malta Limited fis-sena 2019 u ċjoè minn Jannar sa Diċembru 2019, u għas-sena kurrenti ċjoè minn Jannar sa meta tiġi risposta din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa hawn taħt għall-perjodu bejn Jannar 2019 u Settemberu 2020. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tal-2016 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Ministry Year Direct Order Ref. No. D/O Name/ Subject of D/O Contractor's Name Contract Value Exc. VAT (€) MOT 2019 DO2018/59 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 18,000 MOT 2019 DO2018/60 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 80,000 MOT 2019 DO2019/03 Architectural services EMDP 40,000 MOT 2019 DO2019/04 General coordination of a number of environmental studies Ray Cachia Zammit 139,000 MOT 2019 DO2019/24 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 40,000 MOT 2019 DO2019/32 Advisory Service i.e.w. negotiations between Government and a service provider RSM 60,000

Malta Film Commission – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tippreżenta r-rapport tal-investigazzjoni jew review li saret tal-Malta Film Commission u tal-ħidma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala Kummissarju?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija soġġetta għal restrizzjonijiet kummerċjali u ta’ protezzjoni tad-data.

Parteċipazzjoni tal-Gvern Malti fil-Group of Member State Experts on Investor Citizenship and Residence Schemes

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Gvern Malti fil-‘Group of Member State experts on Investor Citizenship and Residence Schemes’ liema grupp huwa stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea? Jista’ jgħid min jirrapreżenta lil Malta f’laqgħat ta’ dan il-grupp, kemm-il rapport ippreżenta lil dan il-grupp u jqiegħed fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra kopja ta’ kull rapport li huwa ppreżenta lil dan il-grupp?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grupp ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea biex jistudja r-riskji minn skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment, u jiżviluppa set ta’ checks u miżuri komuni għall-pajjizi kollha tal-UE immirati biex jimmaniġjaw riskji. Sa issa saru erbgħa laqgħat li fihom Malta kienet rappreżentata minn esperti teknici mill- Malta individual Investor Programme Agency u l -Malta Visa Residency Agency. F’dan il-grupp ma ġie mitluba l-ebda rapport mir-rappreżentanti tal-Stati Membri u għaldaqstant il-Gvern ma ppreżenta l-ebda rapport.

Manoel Theatre Management Committee – audited accounts

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14133, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee jkollu l-audited accounts tal-aħħar sitt snin lesti, sabiex jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġu kkumpilati l-audited accounts kollha tal-aħħar sitt snin hu mistenni li jitlestew sal-aħħar ta’ Novembru 2020.

COVID-19 Art Council Malta Funding Scheme – fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant irċieva fondi mill-COVID-19 Arts Council Malta Funding scheme, min kienu l-applikanti li ħadu fondi, kemm ħadu kull applikant magħżul u x’kien il-proġett li ġie ffinanzjat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tal-Informazzjoni – reġistrazzjoni ta’ media organisations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huwa l-iskop wara r-reġistrazzjoni ta’ ‘media organisations’ mad-Dipartiment tal-Informazzjoni b’tali mod li huma indikati fuq il-websajt tal-istess Dipartment bħala ‘Registered Media Organisations’?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda skop ħlief li dak li ndikat fil-mistoqsija joħroġ mil-liġi.

Prodotti Agrikoli — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx miżuri sabiex jintuża s-surplus ta’ prodotti agrikoli li inħoloq b’effett tal-għeluq tar-restoranti u ħwienet oħra li qabel kienu jakkwistaw il-prodott agrikolu tal-bdiewa Maltin?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, surplus ta’ prodotti agrikoli li ma jinbiegħux mill-Pitkalija, qegħdin jiġu mgħoddija lil għaqdiet mhux Governattivi (NGOs), sabiex jiġu mqassma lill-familji u nies fil-bzonn. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellanta li sabiex jitnaqqas is-surplus, jizdied il-konsum ta’ prodotti lokali u jiġi apprezzat ix-xogħol tal-bidwi u r-raħħal Malti, il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet għall-Annimali nieda kampanja ‘Agħzel il-frisk, Agħzel il-bnin’.