Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti – rwol u funzjoni tal-istaff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol u l-funzjoni ta’ kull membru tal-istaff fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rwol u l-funzjoni ta’ kull membru tal-istaff fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi huwa kif ġej:
Assistant Director
Administration & Management
Senior Principal
Permanent Secretary Secretariat
Principal
Permanent Secretary Secretariat
Office Management Assistant
Permanent Secretary Secretariat
Enrolled Nurse
Event coordinator
Principal
Event coordinator
Officer in scale 16 (driver)
Driver
Skola Sekondarja tal-Ħandaq – periklu għall-għalliema u l-istudenti – ilma tax-xita
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, eks-skola tas-subien hemmx periklu għall-għalliema u l-istudenti minħabba l-ammont ta’ ilma tax-xita li daħal fl-aħħar jiem (l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2017) tant li daħal l-ilma fil-klassijiet, fil-foyer u l-kuritur tal-iskola? Jista’ jgħid liema xogħol ta’ manutenzjoni sar matul dan is-Sajf fuq din l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li wara li saret spezzjoni fuq il-post mill-Perit tad-Dipartiment, ma jirriżultax li hemm periklu għall-għalliema u l-istudenti. Ninsab infurmat li għaddej xogħol ta’ intervent ta’ tqegħid tal-membrane fuq is-saqaf, li kellu jiġi mwaqqaf minħabba l-maltemp tal-aħħar ġranet. Bħala miżura temporanja ġie mqiegħed qatran fuq is-saqaf.
Matul dan is-Sajf sar dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni f’din l-iskola:
Ristrutturar ta' żewġt ikmamar tal-banju
Tikħil u tibjid ta' tletin klassi
Tikħil u tibjid ta' tmien kurituri u żewġ turġien
Tikħil u tibjid fis-Sala, il-kappella u t-
tuck shop
Membrane
ġdid fuq is-saqaf tal-iskola (
in progress)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem huwa nieqes fl-ALP issa fl-ewwel ġimgħa tas-sena akkademika 2017/2018 u meta se jkun hemm il-full complement tal-għalliema li hemm bżonn biex isir it-tagħlim tas-suġġetti kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fit-12 ta' Ottubru kien hemm tliet għalliema neqsin fl-ALP Paola, f’dawn is-suġġetti: Customer Care, Welding u Multimedia.
Bħalissa qed isiru l-intervisti biex jimtlew dawn il-vakanzi.
Programm My Journey – applied teaching – taħriġ lill-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata taħriġ lill-għalliema dwar il-metodu ta’ applied teaching li sejjer jintuża fil-programm My Journey li għandu jibda fl-iskejjel mis-sena akkademika li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm My Journey mistenni jibda fl-iskejjel f’Settembru 2019. It-taħriġ tal-għalliema konċernati se jingħata fix-xhur li ġejjin. Bħalissa qiegħdin isiru tħejjijiet ta’ programmi ta’ tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati, kif ukoll ta’ ħruġ ta’ tenders għal refurbishment ta’ kmamar fl-iskejjel sabiex jintużaw għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid liema se tkun l-età, jew is-sena ta’ skola u liema studenti se jiġu separati fil-binarju offrut taħt il-My Journey u kif se ssir din is-selezzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm My Journey se jiġi offrut għal studenti fit-Tielet sena tas-Sekondarja, minn Settembru 2019 ‘l quddiem. L-istudenti kollha jkunu offruti suġġetti vokazzjonali u applikati fil-firxa ta’ suġġetti options li l-istudenti jingħataw lejn tmiem it-Tieni sena tas-Sekondarja. L-istudenti kollha se jibqgħu fl-istess skola u jingħataw l-opportunità li jagħżlu x-xeħta ta’ suġġetti li jixtiequ jitgħallmu u li jħossuhom komdi fihom.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel jew kulleġġi se jiġu mgħallma s-suġġetti taħt il-programm My Journey u jekk hux is-suġġetti kollha se jiġu mgħallma f’kull skola? Jista’ jgħid ukoll jekk l-istudenti humiex se jibqgħu jattendu l-kulleġġi skont il-catchment area li jaqgħu fiha jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat se jkunu qegħdin joffru s-suġġetti vokazzjonali u applikati minn Settembru 2019 ‘l quddiem. B’kollox hemm 12-il skola Sekondarja u fihom kollha se jkun offrut il-programm tal-My Journey. L-iskejjel Sekondarji kollha, barra dik ta’ Għawdex, se jingħaqdu fi gruppi ta’ tlieta jew erba’ skejjel flimkien u fihom kull suġġett vokazzjonali u applikat jiġi mgħallem f’żewġ skejjel minn tlieta jew erba’ minnhom. Fis-sekondarja ta’ Għawdex se jkunu mgħallma s-suġġetti kollha vokazzjonali u applikati. B’hekk se jkun hemm l-inqas ċaqliq ta’ studenti possibbli bejn it-Tieni u t-Tielet sena tas-Sekondarja minn kulleġġ għall-ieħor. Student jibdel biss il-kulleġġ tiegħu jekk is-suġġett/i li jixtieq ma jkunux mgħallma fl-iskola Sekondarja tal-kulleġġ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk l-għalliema li diġà kienu impjegati fis-servizz tal-edukazzjoni iżda li għas-sena 2017-2018 jew ġie imġedded il-kuntratt tagħhom, jew ri-impjegati għal perjodu ieħor, u jgħid f’liema grad ġew impjegati, x’responsabilitajiet ingħataw, fejn ġew mitluba jirrapportaw għas-servizz, xi kwalifiki għandhom u x’ġew mitluba jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta’ għalliema li diġà kienu impjegati u li reġgħu ġew impjegati għas-sena 2017-2018, skont il-grad għal kull skola u għal kull suġġett.
Rigward kwalifiki, dawk fil-grad ta’ Għalliem b’kuntratt definit kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji biex ikollhom il-Warrant Permanenti ta’ Għalliem u dan ifisser li b’mod ġenerali għandhom il-B.Ed (Hons), il-PGCE jew ekwivalenti. Dawk fil-grad ta’ Għalliem Supply għandhom jew first degree jew żewġ ‘A’ Levels.
Jista’ l-Ministru jgħid dwar kemm-il għalliem id-dipartiment irċieva xi forma ta’ ilment matul is-sena skolastika 2016-2017, u jgħid kemm minn dawn l-ilmenti ġew investigati, kif u x’passi ttieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema rċieva żewġ (2) ilmenti fuq għalliema u ilment wieħed fuq assistent kap ta’ skola mid-Direttur Ġenerali fuq allegat ksur ta’ kodiċi ta’ etika. Preżentement għaddejjin tliet inkjesti separati mill-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema sabiex ikun stabbilit jekk kienx hemm ksur tal-kodiċi ta’ etika kif allegat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk l-LSAs li ġew impjegati għall-ewwel darba fis-sistema edukattiva għas-sena skolastika 2017-2018, f’liema grad ġew impjegati, x’responsabbiltajiet ingħataw, fejn ġew mitluba jirrapportaw għas-servizz, u xi kwalifiki għandhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-total ta’ Learning Support Assistants ġodda impjegati fis-sena skolastika 2017-2018 s'issa (sal-5 ta' Ottubru) huwa 94. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-minimu tal-kwalifiki huwa skont kif ħarġu s-sejħiet għall-impjieg fil-gradi differenti.
Ilmenti minn Heads, Assistant Heads u Prinċipali dwar għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva matul is-sena skolastika 2016-2017 minn Heads jew Assistant Heads jew Prinċipali dwar għalliema fl-iskejjel tagħhom, x’passi ttieħdu u x’kienet il-konsegwenza għal jew l-azzjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ dawn l-għalliema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2016/2017 il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema ma rċieva ebda talba minn Heads, Assistant Heads, u Prinċipali dwar Għalliema biex ikunu investigati xi għalliema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-uffiċjali li kienu jiffurmaw l-istaff tal-ex Segretarju Permanenti f’Mejju 2017 u x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jgħid kemm hu n-numru tal-membri li jiffurmaw l-istaff fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu ta’ bħalissa u kemm minnhom kienu jagħmlu parti mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ qabel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li kienu jiffurmaw l-istaff tal-ex Segretarju Permanenti f’Mejju 2017 kien jammonta għal tmienja (8). Il-grad tagħhom kien:
Assistant Director: 1
Senior Principal: 1
Principal: 1
Assistant Principal: 1
Office Management Asst: 1
Senior Clerk: 1
Messenger: 1
Driver: 1
In-numru tal-membri li jiffurmaw l-istaff fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ bħalissa jammonta għal sebgħa (7). Persuna (1) minnhom kienet tagħmel parti mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ qabel.
Post of Special responsibility – għalliema librara, guidance teachers u complementary teachers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li tneħħilhom il-Post of Special Responsibility bħal teachers, librarians, guidance teachers, complementary teachers u oħrajn minħabba nuqqas ta’ għalliema fis-suġġett rispettiv tagħhom? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel fejn dawn l-għalliema qegħdin joffru s-servizzi tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm żewġ (2) għalliema li kienu qed iservu fis-servizz tal-complementary li qiegħdin jaqdu r-rwol ta’ class teacher fil-Primarja. Iż-żewġ skejjel huma il-Primarja tal-Msida u l-Primarja ta’ Ħal Għaxaq.
Barra minn dawn hemm tliet (3) għalliema, li kienu se jibdew iservu f’servizz, li baqgħu fl-iskola fejn kienu (bħala class teachers fil-Primarja) sakemm ikun jista’ jintbagħat għalliem minflokhom. Dawn huma fl-iskejjel Primarji ta’ San Ġwann, Ħal Għargħur u l-Imġarr. Dawn l-għalliema kienu se jibdew iservu fis-servizzi ta’ Hospital Classes, Maths Support u Science Peripatetic rispettivament.
Bħalissa qed isir ir-reklutaġġ ta’ għalliema supplenti biex b’hekk ikun possibbli li jiġu rilaxxati dawn l-għalliema.
Jobsplus – Estimi Finanzjarji — Staff - Course Fees Local
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 910, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-‘Istituti Professjonali oħra’ li huma msejjħa f’punt tlieta bħala li taw taħriġ outsourced u jindika kemm tħallas kull istitut?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ‘l-Istituti Professjonali oħra’ msemmija fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 910 huma kif imsemmija fit-tabella t’hawn taħt:
Supplier
Ammont
Malta Forum for Internal Auditors
85
CSB Group
1126
Malta Institute of Accounts
473
International Train Safety Centre Ltd
440
OASI Foundation
300
Foundation for Human Resources Development
2669
Mental Health Association Gozo
60
ADHD Malta
1000
Public Policy Exchange Ltd
690
Institute of Computer Education Ltd
350
Pricewaterhouse Cooper
240
Idea Management Consultancy Services Ltd
900
Society Educational Services Ltd
352
Richmond Foundation
705
Ms Jo Christine Scicluna
40
Ernest & Young
1280
Street HR
1921
Total
€12,631
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 911, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati ddettaljati biex jaħdmu f’fergħat ta’ Jobsplus u jitħallsu benefiċċju fi flus biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kuntratt tal-Management jagħti l-għażla jew għal karozza mħallsa mill-Korporazzjoni jew allowance għal użu tal-karozza personali? Jista’ jindika min huma l-membri tal-Management u jindika min għażel xiex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li jaħdmu f’fergħat ta’ Jobsplus u li jitħallsu benefiċċju fi flus biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar huma sebgħa u tletin (37).
Fl-2016 kien hemm wieħed u għoxrin (21) kuntratt tal-Management li jagħti l-għażla bejn karozza mħallsa mill-Korporazzjoni jew allowance għall-użu tal-karozza personali. Dawn jinkludu lil dawk il-persuni li għandhom kariga minn skala erbgħa ‘il fuq skont kif anke stabbilit fil-kuntratti tas-settur pubbliku. Minnhom 19 il-persuna għażlet l-allowance, filwaqt li tnejn għażlu karozza mħallsa mill-Korporazzjoni.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba huma skont il-prassi tal-amministrazzjoni pubblika, prassi li kienet teżisti anke f’amministrazzjonijiet preċedenti.
Nuqqas ta’ għalliema fil-primarja – amalgamazzjoni ta’ klassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minħabba nuqqas ta' għalliema fis-settur primarju fil-bidu ta' din is-sena skolastika 2017/2018 ġewx amalgamati klassijiet fi skejjel fejn hemm tali nuqqas? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel primarji tal-Istat li fihom ġew amalgamati klassijiet huma:
Dingli Primarja
Mosta Primarja B
Paola Primarja B
Birżebbuġa Primarja
Fl-ebda każ ma nqabeż il-limitu ta’ studenti hekk kif stipulat fil-ftehim settorjali ta’ bejn il-Gvern u l-MUT.
Għalliema li tneħħilhom il-post of special responsibility
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minħabba nuqqas ta' għalliema f'ċertu suġġetti kienx hemm għalliema li tneħħilhom dak li jissejjaħ il-post of special responsibility? Jekk iva, kemm kien in-numru ta' dawn l-għalliema u f'liema skejjel jagħtu s-servizz tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-ebda għalliem fl-iskejjel statali ma tneħħielu dak li jissejjaħ il-post of special responsibility.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk l-għalliema li ġew impjegati għall-ewwel darba fis-sistema edukattiva għas-sena 2017–2018, f’liema grad ġew impjegati, x’responsabilitajiet ingħataw, fejn ġew mitluba jirrapportaw għas-servizz, xi kwalifiki għandhom u x’ġew mitluba jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta’ għalliema skont il-grad li ġew impjegati f’kull skola u anke x’suġġett/i jgħallmu.
Rigward kwalifiki, dawk fil-grad ta’ Għalliem u Għalliem b’kuntratt definit kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji biex ikollhom il-Warrant Permanenti ta’ Għalliem u dan ifisser li b’mod ġenerali għandhom il-B.Ed (Hons), il-PGCE jew ekwivalenti. Dawk fil-grad ta’ Għalliem Supply għandhom jew first degree jew żewġ ‘A’ Levels.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema, LSAs, kapijiet ta’ skejjel, assistenti kapijiet, staff klerikali, staff tal-manutenzjoni u dak tat-tindif f’kull skola statali fil-bidu tas-sena skolastika 2017-2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub dwar in-numru ta’ impjegati fil-bidu tas-sena skolastika 2017-2018 fil-gradi msemmija, f’kull skola statali, huwa skont kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 718 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 54 tat-Tnejn, 20 ta' Novembru 2017)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ cleaners/purtinari li ġew impjegati mid-Direttorati bejn Marzu 2013 u Awwissu 2017? Jista’ jgħid ukoll fejn qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn Marzu 2013 u Awwissu 2017 ġew impjegati sbatax (17)-il persuna fil-grad ta’ cleaners/purtinari. Tnejn minnhom irriżenjaw f’dan il-perjodu. Il-ħmistax (15)-il persuna l-oħra qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom kif jidher hawn taħt:
NruKulleġġ/skola/sezzjoni
1St. Theresa College - Primary - Lija
1St. Theresa College - Secondary - Santa Venera
2Maria Regina College - Primary - Mellieħa
1St. Thomas More College - Primary - Tarxien
1St. Benedict College - Primary - Safi
1St. Nicholas College - Primary - Attard
1St. Ignatius College - Primary - Qormi
1St. Ignatius College - Primary - Siġġiewi
2St. Ignatius College - Primary - Żebbuġ
2St. Thomas More College - Secondary - Ħamrun
1Lifelong Learning Centre - Msida
1Mikiel Anton Vassalli College - VPA - Johan Strauss School of Music - Ħamrun