Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ingaġġ ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew aġenziji u dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu impjegawx jew ingaġġawx lis-segwenti persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fuq proġetti, jew bħala konsulenti jew fi kwalunkwe pożizzjoni oħra, matul iż-żewġ leġiżlaturi ta’ dan il-gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jien infurmat li l-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament kollha kellhom jew għandhom xi forma ta' impjieg, konsulenza jew xi pożizzjoni oħra fil-Ministeru tiegħi jew aġenziji u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l Ministru jgħid jekk it-Tagħlim tal-Etika huwiex qiegħed jingħata f’kull skola tal-Gvern, u minn meta beda jingħata dan it-tagħlim f’kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel tal-Istat li fihom qed isir it-tagħlim tal-Etika flimkien mas-sena li fiha beda s-servizz fl-iskola huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Kulleġġ
Skola
Sena li fiha beda it-tagħlim tal-Etika
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja Mosta A
2016
Primarja San Pawl il-Baħar
2014
Primarja Naxxar
2017
Primarja Mellieħa
2016
Primarja Għargħur
2017
Sekondarja Mosta (Żokrija)
2016
Sekondarja Mosta (Lily of the Valley)
2016
Medja Naxxar
2014
Kulleġġ Santa Klara
Primarja San Ġwann
2017
Primarja Pembroke
2016
Primarja Sliema
2014
Primarja San Ġiljan
2016
Primarja Gżira
2016
Sekondarja Pembroke
2014
Skola Nazzjonali tal-Isport
2017
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Birkirkara
2016
Primarja Lija
2016
Primarja Santa Venera
2016
Primarja Msida
2017
Medja Birkirkara
2017
Kulleġġ San Benedittu
Primarja B’Bugia
2016
Primarja Safi
2016
Primarja Żurrieq
2016
Medja Kirkop
2016
Sekondarja Kirkop
2016
Kulleġġ Għawdex
Primarja Victoria
2016
Medja Victoria
2016
Sekondarja Victoria
2017
Kulleġġ San Tumas More
Primarja Marsascala
2017
Sekondarja Żejtun
2016
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Medja B’Bajda
2016
Sekondarja Ħamrun
2016
Kulleġġ San Injazju
Medja Ħandaq
2017
Sekondarja Ħandaq
2016
Kulleġġ San Nikola
Medja Rabat
2016
Sekondarja Dingli
2016
Jista’ l-Ministru jindika fuq liema kriterji qed jiġi introdott is-suġġett tal-Etika fl-iskejjel primarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Etika ġie introdott fl-iskejjel primarji wara li sar survey u rapport dwar is-suġġett u wara li dan ġie diskuss internament.
Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu – rispons tal-ġenituri dwar il-kwestjonarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rispons tal-ġenituri għal kull skola rigward il-kwestjonarju maħruġ mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu u li tqassam fl-aħħar tas-sena skolastika 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ġunju 2016 sar survey fost 22,378 ġenituri ta’ studenti mill-ewwel sal-ħames sena tal-primarja kif ukoll studenti mill-Form 1 sal-Form 3. L-għan ta’ dan is-survey kien sabiex ikun hemm ħjiel tal-fehma tal-ġenituri dwar il-lezzjonijiet tal-Etika fl-iskejjel u għal skop ta’ ppjanar. Wieġbu s-survey 3,847 ġenitur (17.2% tal-kohort).
Mis-survey instab li l-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu s-survey jixtiequ li wliedhom jitgħallmu l-Etika flimkien mar-Reliġjon jew waħedha. Analiżi tar-risposti miftuħa li ngħataw mill-ġenituri juri li l-parti l-kbira tal-ġenituri ma jixtiqux li l-Etika tiġi mgħallma minflok ir-Reliġjon imma flimkien mar-Reliġjon filwaqt li xtaqu iktar informazzjoni dwar it-tagħlim tal-Etika. 54% ta’ dawk li wieġbu qalu li jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika; 23% qalu li ma jridux li wliedhom jistudjaw l-Etika waqt li 23% oħra qalu li mhux deċiżi.
Kulleġġ b’kulleġġ kien hemm dawn ir-riżultati:
Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika
Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika
Ma nafx
Kulleġġ Għawdex
35%
24%
20%
Kulleġġ San Thomas More
52%
22%
26%
Kulleġġ San Benedittu
52%
17%
31%
Kulleġġ Maria Regina
54%
29%
17%
Kulleġġ San Gorg Preca
54%
21%
25%
Kulleġġ Santa Margerita
56%
16%
29%
Kulleġġ San Nikola
56%
22%
22%
Kulleġġ Santa Theresa
60%
21%
20%
Kulleġġ Santa Kjara
63%
22%
15%
L-informazzjoni ta’ Kulleġġ Sant’Injazju ma laħqitx waslet fil-ħin li kienet qiegħda tiġi evalwata d-data tal-kulleġġi l-oħra.
Fost il-ġenituri Maltin u barranin, kien hemm rispons kemmxejn differenti.
Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika
Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika
Ma nafx
Ġenituri Maltin
51%
25%
24%
Ġenituri Barranin
76%
13%
11%
Ġenituri b’żewġ nazzjonalitajiet
44%
32%
23%
Il-konklużjonijiet ta’ dan is-survey kienu:
· Il-parti l-kbira tal-ġenituri li wieġbu għas-
survey
jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika fl-iskola
· Għall-parti l-kbira mill-istudenti, it-tagħlim tal-Etika ma għandux isir minflok it-tagħlim tar-Reliġjon
· Il-kurrikulu tal-Etika u tar-Reliġjon huma meqjusa validi għat-tagħlim lit-tfal fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li għandha minimu ta’ tmien snin edukazzjoni f’Malta, tinsab impjegata fl-American University of Malta u dan hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 13.1.i?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-klawżola msemmija ma tapplikax għal dan l-istadju bikri tal-proġett u tirreferi għall-aspettazzjoni tal-enfetewta meta l-proġett ikun "at its full capacity".
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie maħtur sabiex iservi fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja, mill-management u mill-operat tal-American University of Malta hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 16.1?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Internal constitution and internal regulations of the American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa rċeviex kopja tal-internal constitution and internal regulations of the American University of Malta hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fil-proviso għall-artikolu 16.1, u jekk irċieva tali dokumenti, jista’ jippreżenta kopja tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kontenut tad-dokument imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari huwa inkluż fl-IQA (Dokument ta’ Assigurazzjoni ta’ Kwalità Interna) li l-AUM kienet bagħtet lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla bħala parti mill-Akkreditazzjoni tal-Proveditur u li kien approvat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.
American University of Malta – ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji ġew imposti fuq il-gvern għall-ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja u mill-management u l-operat tal-American University of Malta, hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 16.1?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija
Question
Skont il-konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè l-artikolu 16.2, li l-enfitewta huwa obbligat jagħti boroż ta’ studju, għal liema l-Gvern huwa intitolat jagħżel il-korsijiet u l-istudenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm il-borża ta’ studju ngħataw sa issa mill-American University of Malta lill-Gvern u jgħid kemm-il persuna applikat u n-nazzjonalità tagħhom, kemm-il student ingħata tali borża ta’ studju u liema kors qiegħed isegwi, meta bdew tali kors u jekk għadhomx qegħdin isewgu l-istudju mibdi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sejħa għall-applikazzjonijiet għal boroż ta’ studju, intlaqgħu 21 applikazzjoni li ġejjin minn Malta, l-Pakistan, il-Ghana, it-Tuneżija, l-Etjopja, il-Libja, il-Fillandja, il-Filippini u l-Bulgarija. Fuq il-bażi tal-gwida u tal-eliġibilità tas-sejħa, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol ippropona ħdax-il kandidat, li d-dettalji tagħhom għaddew lill-entità msemmija biex isegwu l-kors Masters in Business Administration fil-livell 7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiċi. Mill-informazzjoni li għandi, filwaqt li uħud minn dawn l-istudenti eventwalment għażlu alternattivi oħra li kellhom, oħrajn għadhom qed isegwu l-istudju tagħhom fl-Universita' Amerikana f'Malta.
NCFHE — audit annwali mill-Università ta’ Clemson fuq l-American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) approvawx il-format u l-parametri tal-audit annwali li l-Università ta’ Clemson huma obbligati jwettqu fuq l-American University of Malta u jekk ġietx stabbilita data sabiex isir l-ewwel audit annwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għal din il-mistoqsija, l-NCFHE tikkonferma li l-AUM diġà ssottomettiet rapport preliminari mill-Università ta' Clemson; ir-rapport huwa skont il-parametri stabbiliti mill-NCFHE. L-ewwel rapport komplet annwali minn Clemson huwa mistenni iktar tard din is-sena.
NCFHE – spot-check fuq l-American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) wettqitx spot-checks fuq l-American University of Malta sa minn meta bdiet topera din l-Università u jekk għadha ma wettqitx tali spot-checks jekk għandhiex il-ħsieb li twettaq spot-check u meta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għal din il-mistoqsija, l-NCFHE tikkonferma li għamlet spot-checks fuq l-AUM minn meta din bdiet topera.
NCFHE – Approvazzjoni għat-tkeċċija tal-istaff akkademiku tal-American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) tatx l-approvazzjoni tagħha għat-tkeċċija tal-membri tal-istaff akkademiku fl-American University of Malta, u jekk tat din l-approvazzjoni jista’ jagħti d-data ta’ meta ngħatat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif stipulat fil-liċenzja mogħtija mill-NCFHE lill-Università Amerikana f’Malta, ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tassigura li kull bidliet jew żidiet fl-istaff akkademiku jkunu jirrispettaw l-istandards ta’ kwalità mistennija mill-istituzzjoni edukattiva. Naturalment dan il-proċess ta’ evalwazzjoni u approvazzjoni sar qabel l-istaff akkademiku ġdid beda jwettaq id-dmirijiet tiegħu.
Inżid li din il-kundizzjoni m’hijiex prassi għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha f’Malta iżda ġiet inkluża bħala kundizzjoni fil-liċenzja li ngħatat lilll-Università Amerikana f’Malta biex pajjiżna jkompli jilħaq standards dejjem ogħla fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarja.
NCFHE – tmexxija u operat ta’ Università minn kumpanija
Question
Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, din il-kumpanija hija obbligata twettaq proġett li jinkludi t-tmexxija u l-operat akkademiku ta’ Università. Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liċenzja mogħtija min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) għat-tmexxija u l-operat ta’ din l-Università nħarġitx fuq din l-istess kumpanija, u jekk le jindika fuq liema soċjetà nħarġet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja biex l-AUM topera bħala università ħarġet mill-NCFHE lil ‘American University of Malta’, taħt l-operat ta’ Sadeen Education Investment Ltd.
American University of Malta – twaqqif ta’ kulleġġi/fakultajiet minn kumpanija
Question
Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għat-twaqqif u l-operat tal-American University of Malta, din kellha twaqqaf mhux anqas minn ħames kulleġġi/fakultajiet. Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kulleġġi/fakultajiet li twaqqfu, u liema programmi ta’ studju qegħdin jiġu offruti għal din is-sena akkademika minn dawn il-kulleġġi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Għalkemm il-proġett jaħseb għal ħames kulleġġi sad-data tat-tlestija tiegħu, il-kuntratt li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant jistipula li jrid ikun hemm minimu ta’ żewġ kulleġġi fl-ewwel 25 xahar mill-ħruġ tal-permessi. Dan l-obbligu diġà ntlaħaq fl-ewwel sena akkademika tal-AUM bit-twaqqif tal-fakultà tal-Business Studies u tan-Natural Sciences and Technology. Il-programmi tal-AUM akkreditati mill-NCFHE huma:
1. B.A in Graphic Design and Animation
2. B.Sc in Game Development
3. B.Sc in Business Administration
4. B.Sc. in Accounting
5. B. Sc in Business and Finance
6. Master of Business Administration
7. PhD in Computer and Information Science
8. Doctorate in Business Administration
9. Doctorate in Business Administration in Finance
10. Doctorate in Business Administration in Accounting
Perijodu ta’ żmien mogħti lill-kumpanija għal tlestija ta’ proġett
Question
Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 12.3, il-Gvern seta’ jagħti perijodu ta’ sena grazzja, biex jitlesta l-proġett. Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax dan il-perijodu, u jekk sarux diskussjonijiet biex jiżdied iż-żmien, fejn l-istess kumpanija trid twettaq l-obbligi tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-period of grace ma japplikax f'dan il-mument.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student applika għall-użu tat-trasport tal-iskejjel li jkun supervised, kemm-il student qed jagħmlu użu minn dan it-tip ta’ trasport, kemm-il skola qiegħda tiġi moqdija bi trasport li jkun supervised u kemm-il supervisor huwa ingaġġat jew qed jagħti dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-applikazzjoni tat-trasport tal-iskola li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) ħareġ f'April li għadda. Infurmat li għal din l-applikazzjoni onlajn applikaw 8,869 student biex jagħmlu użu mit-trasport. Infurmat ukoll li din l-applikazzjoni, li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ma tispeċifikax li t-trasport ser ikun b’superviżjoni. Attwalment 12,372 student jagħmlu użu mit-trasport provdut.
It-trasport kollu tal-ħames Resource Centres huwa supervised minħabba d-diffikultajiet ta’ mobilità u kundizzjonijiet li għandhom l-istudenti. Hemm rotot oħra tal-mainstream fejn hemm supervisor individwali ma’ studenti li huma statemented.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem qiegħed shared bejn skola u oħra, f’liema sena jgħallmu u s-suġġetti li jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm 129 għalliem li huma shared bejn skola u oħra. Dawn jinkludu 25 għalliem li huma shared bejn żewġ skejjel li qegħdin fl-istess kumpless, bħal Ħandaq Sekondarja u Ħandaq Middle School.
L-għalliema jgħallmu snin varji u s-suġġetti li jgħallmu huma kif ġej:
Suġġett
Numru ta' Għalliema
Accounts
3
Agribusiness (VET)
2
Arabic
7
Art
7
Biology
2
Business Studies
1
Chemistry
3
Classical Studies
1
Computer Studies
3
Design & Technology
4
Drama
2
Engineering Technology (VET)
4
Ethics
15
European Studies
1
French
3
Geography
5
German
4
Graphical Communication
1
Health & Social Care (VET)
2
History
4
Home Economics
8
ICT
4
Integrated Science
1
Italian
2
Maltese
2
Maths
1
Music
10
Nurture Group Teacher
5
PE
4
Personal Social Career Development (PSCD)
3
Philosophy
1
Religion
4
Social Studies
4
Spanish
5
Theatre Studies
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem għandu nieqes u mil-liema skejjel u f’liema suġġett jew sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Jiena konvint li l-Onor. Interpellant tapprezza li dan huwa proċess ongoing u l-figura ta’ nuqqas ta’ għalliema tvarja kontinwament. Infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm nieqsa 19-il għalliem full-time u 4 part-time. Dawn huma maqsuma kif gej:
Peripatetic: Għalliema li jagħmlu lezzjonijiet ta’ suġġetti partikulari fil-Primarja
2 Mużika
1 PSCD
Resource Centre: 4 għalliema li huma class teachers (simili għal tal-Primarja)
3 ICT
1 Xjenza
1 Design & Technology
Sekondarja: 1 Għarbi
2 Xjenza
1 PSCD
2 għalliema part-time (jew wieħed shared) għal Computer Studies
1 għalliem part-time għal ICT
1 għalliem part-time għal Mużika
1 Customer Care
1 Multimedia
1 Welding