Attivitajiet organizzati tal-Valletta 2018 – stedini formali lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jindika kemm-il stedina formali sa issa nħarġet lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għall-attivitajiet organizzati fil-qafas tal-Valletta 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta nħarġulu ammont sostanzjali ta’ stediniet mill-2013 ‘il hawn. Sadanittant nirreferik għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 5217.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal wara l-31 ta’ Marzu 2019 fil-konfront tal-ħaddiema full u part time kif indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5074 u ċjoè jekk huwiex diġà maħsub li jiġu impjegati f’entitajiet oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diga gie spjegat ghal diversi drabi b’mod pubbliku, l-Gvern se jkun qed iwaqqaf l-ewwel Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mil-legat ta' Valletta 2018, skont kif miktub fil-Manifest Elettorali.
Università ta’ Malta – temm ta’ impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intemm l-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid jekk l-impjieg intemmx wara riżenja jew wara xi proċess dixxiplinarju? Jekk l-impjieg intemm b’riżenja, jista’ l-Ministru jgħid kienx inbeda proċess dixxiplinarju fil-konfront tiegħu u jekk iva jekk dan il-fatt kienx ikkomunikat lil dan l-individwu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie tterminat meta naqas milli jirrapporta għax-xogħol.
Dan wassal għall-korrispondenza mibgħuta mir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri, datata 15 ta' Novembru 2007.
F'din l-ittra l-individwu kkonċernat ġie mgħarraf illi l-Kunsill tal-Università ta' Malta, wara rakkomandazzjoni tal-iStaff Affairs Committee, caħad it-talba tal-individwu kkonċernat għal emigration leave bil-konsegwenza illi jekk ma jassumix il-kariga full-time fl-Università ta' Malta sat-30 ta' Novemberu 2007, l-Università ta' Malta ser tqis illi jkun abbanduna l-impjieg.
Dan seħħ għaliex il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma estendiex il-kariga tal-individwu msemmi mill-Onor. Interpellant {Post of Head, Private Secretariat} lil hinn (oltre) mill-1 ta' Ottubru 2007.
Sena qabel, u cjoè, fl-1 ta' Ottubru 2006, l-individwu kkonċernat kien ingħata extraordinary unpaid leave mill-Università ta' Malta sabiex jassumi dan ir-rwol.
Għal kull bon fini, jiġi rilevat illi l-individwu kkonċernat bagħat ittra ta' riżenja lill-Università ta' Malta fit-12 ta' Diċembru 2007.
Valletta 2018 Foundation – Premium Partners, Corporate Partners u Hospitality Partners
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlu u x’inhu l-kontribut tal-Premium Partners, tal-Corporate Partners, u tal-Hospitality Partners tal-Valletta 2018 Foundation?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Corporate Business Unit fi ħdan il-Fondazzjoni Valletta 2018 fassal numru ta’ pakketti li jkopru livelli differenti ta’ sponsorship. Kienu diversi l-kumpaniji, kemm lokali kif ukoll barrannin, li ġew avviċinati u saru diskussjonijiet ma’ dawk interessati. Dan wassal biex intlaħaq ftehim mal-partners eżistenti li wrew l-ikbar interess u volontà biex ikollhom sehem fil-Valletta 2018 skont il-kriterji stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-freebies li tqassmu lill-pubbliku fil-ġimgħa tal-ftuħ tal-Valletta 2018, min kienu s-service providers għal dawn il-freebies u x’kien l-ammont li tħallas għal kull tip ta’ freebie?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-freebies li tqassmu lill-pubbliku kienu:
Printed pens b'valur ta' €4,130 (VAT inkluż)
Light up gloves b'valur ta' €11,200.56 (VAT inkluż)
Printed Scarves b'valur ta' €10,626.49 (VAT inkluż)
Keychains b'valur ta' €10,030 (VAT inkluż)
Is-Service provider kien Play Craft.
Tqassmu wkoll:
Lapel pins b'valur ta' € 11,798.63 (VAT inkluż)
Football scarves b'valur ta' €11,747.14 (VAT inkluż)
Branded Penswith case b'valur ta' €11516.8 (VAT inkluż)
Woven Paper Baskets Print b'valur ta' €11,422.4 (VAT inkluż)
Is-Service provider kien Prints of Wales.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest il-Villaġġ tal-Karnival b’mod li jkun jista’ jiġi wżat mill-kumpaniji tal-karnival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tal-esperjenza tal-Karnival huwa progett li hu funded minn fondi Ewropej u allura, ladarba dan hu ffinanzjat minn fondi Ewropej, t-tlestija tieghu hi determinata minn timeframes prestabbiliti. Nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu biex dan il-progett jassigura funding minn fondi Ewropej li kien pass krucjali 'l quddiem fit-twettieq ta' dan il-progett. Ix-xoghol ghaddej b'mod tajjeb hafna.
It-tlestija se ssehh fl-2020.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-restawr u rijabilitazzjoni tal-Abbatoir fi ‘creative industries cluster’?
Response (BONNICI, OWEN)
Bi pjacir ninforma lill-Onor Interpellanta li x-xogħol fuq ir-restawr u r-rijabilitazzjoni tal-binja tal-Biċċerija l-Antika din is-sena daħal fil-fażi tal-implimentazzjoni fiżika tiegħu. Ix-xogħol prinċipali tar-restawr u civil works beda fi Frar waqt li għaddejjin it-tħejjijiet biex jitnedew it-tenders tas-servizzi tal-M&E mill-konsulenti tal-inġinerija. Dan hu progetti sabih immens li se jaghmel gid kbir ghar-rigenerazzjoni ta' din in-naha tal-Belt kapitali taghna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-Ingliż fl-Iskejjel Sekondarji tal-Istat li huma fi grad ta’ supply u li m’għandhomx kwalifika fit-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat hemm 239 għalliem li jgħallmu l-Ingliż. Minn dawn 227 huma gradwati bħala għalliema tal-Ingliż. Il-kumplament (tnax) huma fil-grad ta’ supply, li minnhom waħda (1) hija għalliema gradwata iżda mhux fl-Ingliż, disgħa (9) għandhom Degree (MQF Level 6) iżda mhux gradwati bħala għalliema u tnejn (2) għandhom livell ta’ A-Level (MQF Level 4).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-paġna Edukazzjoni hijiex amministrata mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-direttorati li jaqa’ taħtu, u jekk iva jgħid min hu l-persuna responsabbli minnha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Paġna Edukazzjoni hija amministrata mill-uffiċċju tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Persuni li jwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna tinsab f’Malta taħt permess għal residenza sabiex twettaq xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li f’pajjiżna hawn 14-il ċittadin ta’ pajjizi terzi li għandhom permess ta’ residenza sabiex jagħmlu xogħol volontarju. Jirriżulta wkoll li hemm 64 ċittadin ta’ pajjiż terzi li għandhom permess ta’ residenza f’Malta għal skopijiet reliġjużi.
Persuni li jwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju – servizzi mediċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk persuni li jinsabu f’Malta taħt permess għal residenza sabiex iwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta, humiex intitolati għas-servizzi mediċi kollha f’Malta u f’Għawdex, offruti mill-Istat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jinsabu f’Malta taħt permess għal residenza sabiex iwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta, huma ntitolati għal servizzi mediċi skont l-Avvi¿ Legali numru 201 tas-sena 2004.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm impjegata mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk humiex fuq impjieg
full
jew
part-time
, jekk humiex fuq kuntratt definit jew indefinit, u jekk huma fuq kuntratt definit, meta jiskadi t-terminu tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 timpjega 17-il ħaddiem fuq bażi full-time u 4 ħaddiema fuq bażi part-time. Il-Kuntratti huma kollha definiti u jiskadu fil-31 ta’ Marzu 2019.
Valletta 2018 Foundation – persuni ngaġġati bħala konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm ingaġġata bħala konsulent mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk dan l-ingaġġ sarx wara sejħa pubblika jew ingħatax b’mod dirett, l-iskop għal dan l-ingaġġ, it-terminu tal-ingaġġ u l-ħlas li qiegħed jingħata għal dan l-ingaġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandha ingaġġat magħha konsulent wieħed. Dan ġie ingaġġat b’mod identiku għal dak użat meta l-Onor. Interpellant kienet ġiet ingaġġata biex tagħti konsulenza legali lill-PBS fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
L-imsemmi konsulent jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq strateġija u kommunikazjoni għall-Fondazzjoni. L-ingaġġ huwa sal-31 ta’ Marzu 2019 bi ħlas ta’ €32,307.69 fis-sena eskluża it-taxxa tal-valur miżjud.
Valletta 2018 Foundation Endorsement — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal ‘Valletta 2018 Foundation Endorsement’ irċeviet il-fondazzjoni, kemm-il waħda ġiet aċċettata u mogħtija l-endorsement? Jista’ l-Ministru jippreżenta lista’ ta’ dawk il-proġetti li sax-xahar ta’ Marzu 2018 huma endorsed mill-fondazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mill-ftuħ ta' din l-inizjattiva, l-Fondazzjoni rċeviet mija u tnejn applikazzjoni, li minnhom approvat tmienja u sittin kif ukoll hemm tnax-il applikazzjoni oħra li qegħdin fil-proċess li jiġu evalwati. Il-lista tal-applikazzjonijiet tinsab mehmuża.
Tabella
PROJECT TITLEENDORSEMENT STATUSDATE ENDORSED
Cliff Zammit Stevens' ConcertENDORSED09.08.2016
Ghaqda Hbieb tal-PresepjuENDORSED17.08.2016
Gozo LiveENDORSED17.08.2016
The Maltese Island Festival (MIF)ENDORSED19.10.2016
Malta Institute of Professional PhotographyENDORSED19.10.2016
VIctor Pasmore Gallery ProgrammeENDORSED09.11.2016
Malta International Organ Festival FoundationENDORSED16.11.2016
Ghana and NasoriENDORSED04.01.2017
The Artracker Biennal Awards and the Art of Peace ExhibitionENDORSED04.01.2017
International Ballet Summer ProgrammeENDORSED15.02.2017
Qormi Wine FestivalENDORSED15.02.2017
Bricks (Urban Game)ENDORSED09.03.2017
La Lupa, Gozo Creative TheatreENDORSED09.03.2017
Malta International Music FestivalENDORSED13.03.2017
Malta International Music CompetitionENDORSED12.05.2017
Ballet Intensive InternationalENDORSED22.05.2017
Zejtun Treasure HuntENDORSED22.05.2017
Silent Scream, St Benedict CollegeENDORSED22.05.2017
Oca Dome Mandala Wisdom, Condomble Kollektif'ENDORSED22.05.2017
Pope JoanENDORSED22.05.2017
Pub Quiz in Valletta (Kopin)ENDORSED26.05.2017
Zejt iz-ZejtunENDORSED16.06.2017
ManaTapu, Album Launch Concert 2018ENDORSED16.06.2017
After MedeaENDORSED23.06.2017
46th Esta International ConferenceENDORSED23.06.2017
Malta Poland ExhibitionENDORSED25.07.2017
The Power of StorytellingENDORSED25.07.2017
The 220th Anniversary of the 2-year French Blockade of MaltaENDORSED25.07.2017
Belt il-Bniedem (City of Humanity)ENDORSED10.08.2017
PAX - The Puzzle that is PeaceENDORSED10.08.2017
Action PlanetENDORSED06.09.2017
Malta Innovation SummitENDORSED07.09.2017
Sonic Structures - Sound Interventions in VallettaENDORSED07.09.2017
Merhba SengleanaENDORSED07.09.2017
16 Days of ActivismENDORSEDN/A
Malta Comic ConENDORSED10.10.2017
Ex LibrisENDORSED11.10.2017
Malta International Organ FestivalENDORSED30.10.2017
Collective Imagination - Unfolding the Possibilities of Shared UnconsciousnessENDORSED13.11.2017
Storie di fede, Storie di ReENDORSED13.11.2017
Recyled Christmas CraftsENDORSED24.11.2017
Malta Public Transport - Tallinja Valletta CardENDORSED01.12.2017
Science In The CitadelENDORSED04.12.2017
Inspired in China - Fine Art Exhibition by Maltese Artists’ 2017-2018ENDORSED04.12.2017
Art Exhibition by Raymond DarmaninENDORSED10.01.2018
Legio Fretensis MaltaENDORSED10.01.2018
Canta e Cammina - Sing and WalkENDORSED10.01.2018
The Biggest Crochet Blanket for CharityENDORSED10.01.2018
The Art of Stained Glass and the Science behind itENDORSED10.01.2018
Malta Film ExpoENDORSED10.01.2018
Malta Short Film Festival 2018ENDORSED10.01.2018
Lookout For LoveENDORSED11.01.2018
Valletta - Route 133ENDORSED15.01.2018
Dynamics of Mediterranean Artistic Interaction in the Late Middle Ages and early Modern PeriodsENDORSED16.02.2018
The Beer Cave - Live EventsENDORSED16.02.2018
Book Club – GozoENDORSED16.02.2018
A Female Musical Blast - Graduation Ceremony - Imriehel Secondary SchoolENDORSED16.02.2018
Valletta Lions Table Football Club & Valletta Subbuteo ClubENDORSED16.02.2018
Soul of MaltaENDORSED16.02.2018
Malta International Fireworks Festival 2018ENDORSED19.02.2019
The Countess of WessexENDORSED02.03.2018
It's Schiller! - Dance Theatre PerformanceENDORSED02.03.2018
Festa QarghaselENDORSED02.03.2018
It-Twaqqif Tal-EwkaristijaENDORSED02.03.2018
MotusENDORSED02.03.2018
Hlas - Ikun li trid Int MusicalENDORSED02.03.2018
EspRimi - A Book of Poems and PaintingsENDORSED02.03.2018
Psychiatry and Art ConferenceENDORSED02.03.2018
Tneħħija ta’ sentenzi tal-qrati mill-online database
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema liġi u artikolu tal-Liġi ġew imneħħija mid-database tas-sentenzi tal-qrati għaxar sentenzi mogħtija mill-qrati, u jindika f’dawk l-għaxar każijiet x’kienu l-akkużi, jekk il-persuna konċernata nstabitx ħatja u x’kienet id-data tas-sentenza inkwistjoni?
Tneħħija ta’ sentenzi tal-qrati mill-online database
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, ladarba aċċetta li jitneħħew sentenzi tal-qrati mill-online database, jekk huwiex ukoll ser jaċċetta li records jiġu mneħħija minn online databases li juru records pubbliċi bħal dawk tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BONNICI, OWEN)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant, li persuna li hi suġġett ta’ data, għanda dritt teżerċita d-dritt li tintnesa billi titlob lil kull kontrollur li jkun qed jipproċessa dik id-data personali dwaru, biex jintnesa. Jekk tiġix milqugħa jew le, sta għall-kontrollur ta’ dik id-data, li juża d-deskrizzjoni tiegħu jekk jilqax it-talba jew le, wara li jkun għamel l-evalwazzjoni neċċessarji, kemm legali kif ukoll amministrattivi. Nirrimarka li dan id-dritt jissaħħaħ iżjed meta jidħol fis-seħħ ir-“REGOLAMENT (UE) 2016/679 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data)” propju f'Mejju ta' din is-sena. Għaldaqstant kull kontrollur kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll fil-privat, jkun irid jassumi r-responsabilita’ hu ta’ x’azzjoni jrid jieħu fil-konfront tat-talba tieghu. Jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx sodisfatta bl-azzjoni tal-kontrollur, il-liġi tipprovdi rimedji neċessarji. Rigward l-Awtorità tal-Ippjanar, nifhem li l-Onor. Interpellant hija konxja li din l-entita’ pubblika ma’ taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid min bħala persuna jew entità ħadem fuq it-tfassil tal-korsijiet li se jiġu offruti din is-sena mill-Institute of Education?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet kollha mogħtija mill-Institute for Education ġew żviluppati mill-Institute for Education b'kollaborazzjoni mad-Dipartimenti konċernati fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Helen Keller Resource Centre – għalliema tal-art, mużika u sport
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il għalliem għall-arti, il-mużika u l-isport hemm fil-Helen Keller Resource Centre u għal kemm-il siegħa dawn ikunu fl-iskola kull ġimgħa? Jista’ wkoll jgħid jekk hemmx il-pjan biex jiżdiedu s-sigħat ta’ dawn l-għalliema f’dan iċ-Ċentru u jekk iva meta se jiżdiedu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ għalliema għall-arti, mużika u sport fil-Helen Keller Resource Centre u kemm-il siegħa jkunu fl-iskola kull ġimgħa, huma kif se nsemmi:
Għalliema tal-Arti – 1,
Numru ta’ sigħat fil-ġimgha – 3 sigħat u nofs
Għalliem tal-Mużika – 1
Numru ta’ sigħat fil-ġimgha – 6 sigħat
Għalliem ta’ l-Isport – 1
Numru ta’ sigħat fil-ġimgha – 12-il siegħa
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, iva, il-pjan huwa li jiżdiedu imma dan jiddependi kemm ikollna min japplika u jintgħażel f’dawn is-sejħiet.