Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija – studenti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jsir it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija meta n-numru ta’ studenti barranin fi skola jkun wieħed żgħir u jgħid x’riżorsi umani bħala għalliema huwa għandu lest, sabiex isir dan it-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-implimentazzjoni qed issir skont ir-realtà ta’ kull skola u l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-għalliema tal-Malti kif ukoll għalliema gradwati ġodda li jkunu kapaċi jkomplu jgħallmu dan il-programm b’mod effettiv.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija – Suġġetti oħra bil-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk suġġetti mgħallma bil-Malti, bħal Studji Soċjali, Ġeografija u Storja, humiex se jibqgħu jiġu mgħallma bil-Malti fil-klassijiet li jinkludu studenti li qegħdin isegwu t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija u jekk l-assessjar ta’ dawn is-suġġetti huwiex se jkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li din is-sitwazzjoni diġà qed toħloq numru ta’ sfidi fi klassijiet fejn hemm numru ta’ studenti li ma jafux il-Malti. Il-programm tal-Malti bħala lingwa barranija jista’ ikun parti minn soluzzjoni għal dawn is-sitwazzjonijiet.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija – kriterji
Question
Jista’ l-Ministru jelenka fuq liema kriterji se tittieħed deċiżjoni sabiex student jitgħallem il-Malti bħala lingwa barranija u jgħid min se jieħu dik id-deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970.
Proġett ta’ tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija – laqgħat ta’ konsulenza ma’ stakeholders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni żamm ma’ stakeholders u ma’ konsulenti qabel ma’ vara l-proġett ta’ tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala l-lingwa nazzjonali? Jekk inżammet konsultazzjoni, jista’ jgħid ma’ min iltaqa’ kemm bħala stakeholders kif ukoll bħala konsulenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tal-Malti bħala lingwa barranija tfassal waqt il-proċess tal-formulazzjoni tal-Learning Outcomes Framework. Dan il-proċess kien jinkludi proċess twil ta’ konsultazzjoni onlajn permezz tas-sit elettroniku http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt. Permezz ta’ dan is-sit, kulħadd kellu l-opportunità jagħti l-feedback tiegħu dwar il-programm.
Saret ukoll konsultazzjoni wiesgħa u estensiva dwar dan il-qasam fit-tfassil tal-Profil ta’ Politika Lingwisitka għall-Edukazzjoni li saret bl-għajnuna u l-kontribut tal-Kunsill tal-Ewropa: https://www.coe.int/t/dg4/linguistic/Source/Profile-Malta_final2015_EN.pdf
Qasam tal-Lingwa tal-Malti – laqgħat ma’ stakeholders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jiltaqa’ ma’ stakeholders fil-qasam tal-Lingwa tal-Malti u jżomm diskussjonijiet magħhom dwar it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Iva, dawn diġà bdew isiru u hemm il-ħsieb li jsiru iktar laqgħat ta’ dan it-tip.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija — kwalifiki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk l-istudenti li se jkunu qegħdin jikkwalifikaw sabiex jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija, u jindika jekk dawn jinkludix persuni li jkollom iċ-ċittadinanza Maltija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru digà spjega l-kunċett u d-dettalji relatati f’PR180654, PR180672 u PR180684 u se jkun qed jiffinalizza t-termini ta’ kwalifiċi waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija – ulied b’ġenitur barrani u ieħor Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal ta’ ġenituri fejn ġenitur ikun barrani u l-ieħor Malti, humiex se jitqiesu biex jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija minflok bħala l-lingwa nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970 li l-Ministeru se jkun qed jiffinalizza t-termini ta’ kwalifiċi waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija — tfal li ilhom fis-sistema edukattiva ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal imwielda f’Malta lill-ġenituri barranin iżda li ilhom fis-sistema edukattiva ta’ Malta, humiex se jitqiesu li jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija jew humiex se jitqiesu bħala li għandhom jitħallew isegwu s-sillabu tal-Malti fil-Livell Ordinarju tal-Matsec?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970 li t-termini ta’ kwalifiċi qed jiġu ffinalizzati waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.
Tagħlim tal-Lingwa Maltija bħala lingwa barranija — età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema età se jibda jiġi offrut it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija? Kemm se jkun hemm lezzjonijiet f’ġimgħa għal dan it-tagħlim? X’taħriġ ingħata jew se jingħataw l-għalliema ta’ dan is-suġġett u x’riżorsi se jingħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għad-dettalji kollha tal-livelli kollha tal-progamm fuq is-sit elettroniku http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/mt/
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Ħlas lill-ħaddiema
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT? Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – konsultazzjoni mal-union
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema ta' Heritage Malta ġietx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – xogħol ta’ HMSL
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir b'mod voluntarju u jingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ġbir ta’ tips
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu permessi li jinġabru tips mill-events, u jekk iva, dawn kif ser jiġu mqassma? Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi addottata bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – minuti
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess? Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Tender
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – direct orders
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma’ dawn l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – inizjativi għall-pożizzjoni ta’ Head Corporate Services and ICT
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hux abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta biħsiebha toħroġ fil-futur qarib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – ħaddiema ta’ Heritage Malta li jagħmlu xogħol f’Għawdex
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu xogħol f’Għawdex? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut trasport u akkomodazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Heritage Malta – internal memo – Taste of History and Events – Staff compliment – kriterji tal-għażla
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-'event manager, curator or delegate', ħa jagħżel lis-staff complement?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.