Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events – performance bonus
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5917 u jgħid min mill-ħaddiema ta' Heritage Malta għandu performance bonus relatat mas-suġġett ta' ‘Taste of History and Events’?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda performance bonus relatat ma’ Taste of History.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-pożizzjoni ta’ Chairperson u/jew membru tal-Malta International Contemporary Art Space, u jindika l-kundizzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ħatra tagħha u anke jindika l-esperjenza u l-kwalifiki tagħha li ġew ikkunsidrati għal ħatra tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw seperament u li nghazlet minni biex tokkupa din il-kariga għandha l-kundizzjonijiet finanzjarji kif ġejjin:
Remunerazzjoni bħala Chaiperson tal-Bord ta’ €18,000
Allowances mogħtija marbuta mal-operat tax-xogħol ta’ kuljum tal-MICAS:
• Allowance €12,000
• Mobile phone allowance of €815
• Transport allowance €4659
Niehu l-opportunita' li nirringrazzja lin-nies kollha involuti f'dan il-progett fantastiku li m'ghandix dubju li se jhalli gid enormi ghas-settur kulturali.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hix abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta beħsiebha toħroġ fil-futur qarib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawn l-inizzjattivi u l-pożizzjoni ta’ “Head ICT & Corporate Services” mhumiex relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għal Head (Corporate Services & ICT) mal-Heritage Malta, u jekk ġietx ingaġġata persuna għal dan il-post, u jekk fil-pożittiv min hija din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma ħarġitx sejħa għal din il-pożizzjoni u sa issa l-ebda persuna ma ġiet ngaġġata f’dan il-post.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events – direct order
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu u jekk hux diġà nħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma’ dawn l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mhux fil-ħsieb li HMSL tagħti direct orders sabiex isiru dawn l-avvenimenti iżda ma neskludix li dan jista’ jsir skont l-eżiġenza.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku u jekk hux diġà inħarġet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm il-ħsieb li din toħrog għas-settur pubbliku, iżda ma neskludix li dan ikun possibli skont l-eżiġenza.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess? Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-parti relata mal-espressjoni ta’ interess tinsab hawn taħt. Ninforma ukoll li għal din id-deċiżjoni kienu involuti id-diretturi kollha ta’ HMSL.
- An
internal call for application
should be sent to all HM staff. All those interested should sit for an interview with a selection process
OS/RM thru HR
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu jew jekk ġewx permessi li jinġabru tips mill-events, u jekk iva, dawn kif ser jiġu jew ġew imqassma? Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi jew li ġiet addottata bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li tips mhux se jkunu permessi li jinġabru. F’każ li jingħataw tips dawn jidħlu bħala donazzjonijiet lill-Mużew jew sit.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir jew sar b'mod voluntarju u jingħata jew ingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema ta' Heritage Malta kenitx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Informat mill-Aġenzija li r-risposta hi fin-negattiv għaliex, wara kollox, il-parteċipazzjoni hija fuq bażi volontarja, anka jekk bi ħlas.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu u jekk tħallsux mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jew ġew mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT? Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawn il-ħaddiema ser jitħallsu b’mod normali mill-payroll. L-Aġenzija mhux ħa toħloq l-ebda tip ta’ prekarjat. Il-pagi skont l-expression of interesthuma fit-tabella ta' hawn taħt.
Job Title Rate/hour
1 Event Curator / Manager € 20
2 Head Waiter / Event Supervisor (F) € 17
3 Waiter (bar tender) Electrician /
Assistant (F) Event € 13
4 Dish Washer/Cleaner/ Handyman (F) €10.50c
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-'event manager, curator or delegate', ħa jagħżel jew għażel lis-staff complement?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-event manager, curator or delegat se jagħżel lis-staff complement fuq kriterji ta’ esperjenza, kwalifiki, sales u customer care skills.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu u jekk hux diġà għamlu xogħol f’Għawdex? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut u jekk ġiex provdut trasport u akkomodazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija iżżomm kull dritt li tiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn jitilgħu nies min Malta għal Għawdex jew viċi versa għal attivitajiet kummerċjali jew attivitajiet oħra, kif dejjem kien il-każ. Trasport u akkomodazzjoni tingħata jekk u meta jkun hemm il-bżonn bħal ma sar fil-passat.
Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – talbiet għall-għajnuna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif id-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħin lil persuni b’diżabilità meta jkunu ddiskriminati fuq il-post tax-xogħol? Tista’ tgħid kemm-il talba għal għajnuna ta’ din it-tip kellu matul dawn l-aħħar tliet snin, u x’kien l-eżitu tal-proċess ta’ għajnuna li wettaq id-Dipartiment?
Response (DALLI, HELENA)
Il-provvedimenti inklużi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar Trattament Ugwali fl-Impjiegi (LS 452.95) jippermettu lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg biex iħares lil persuni b’diżabilità kontra diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità tagħhom fuq il-post tax-xogħol.
Infurmata li waqt it-twettiq ta’ spezzjonijiet ġenerali f’postijiet tax-xogħol varji, l-Ispetturi tad-Dipartiment jaraw li bħal kull kundizzjoni oħra tax-xogħol stipulata fil-liġi, dawn il-provvedimenti ma jkunux qed jinkisru. Minn dawn l-ispezzjonijiet li saru jirriżulta li ma nstabet l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol ma’ persuni b’ diżabilità.
Id-Dipartiment pero jista’ jirrapporta li matul dawn l-aħħar tliet snin ma rċieva l-ebda rapport speċifiku ta’ allegat diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, fit-Tribunal Industrijali l-ebda każ ma tressaq jew ġie konkluż b’rabta ma’ allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità.
Persuni b’diżabilità – skemi ta’ għajnuna għall-xogħlijiet fir-residenza tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi li taħthom jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħlijiet fir-residenza tagħhom? Jista’ jindika wkoll liema huma l-iskemi li jagħtu għajnuna finanzjarja u anke liema skemi li jagħtu għajnuna teknika, u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm kien it-total tal-għotjiet finanzjarji f’dawn is-snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-AwtoritÀ tad-Djar għandha skema speċifikament intiża biex tgħin lill-persuni b’diżabilitÀ, jagħmlu t-tibdiliet neċessarji fir-residenza tagħhom skont l-bżonnijiet tal-persuna. Persuna b’diżabilitÀ tista’ wkoll tibbenefika mill-iskema miftuħa, għall-Irranġar u Titjieb sabiex isiru xogħlijiet diversi.
It-tabella t’hawn taħt turi l-informazzjoni mitluba fuq l-applikazzjonijiet imsemmija ;
Sena
2016
2017
2018*
Applikazzjonijiet Riċevuti
218
146
141
Applikazzjonijiet Milqugħa
153
106
65
Għotjiet Finanzjarji
€543,753
€553,903
€416,045
*sa Ottubru 2018
Persuni b’diżabilità – għajnuna għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità jingħatawx għajnuna sabiex ikunu jistgħu jaċċedu għall-akkomodazzjoni soċjali, u jindika liema huma l-kriterji li tali persuni jridu jissodisfaw sabiex l-applikazzjoni tagħhom tkun valida, u jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali hemm pendenti quddiem l-Awtorità minn persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kull individwu li japplika għall-akkomodazzjoni soċjali, jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar.
Fil-preżent l-Awtorita` tad-Djar għandha 181 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali minn persuni b’diżabilità.
Awtorità tad-Djar – akkomodazzjoni soċjali għall-persuni b’diżabilità fiżiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex akkomodazzjonijiet soċjali li huma aċċessibbli u mgħammra għal persuni b’diżabilitajiet fiżiċi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar tara li talloka postijiet skont il-bżonnijiet tal-applikant.
Madankollu, f’każ li l-proprjetà ma tkunx mgħammra għall-bżonnijiet kollha, u l-inkwilin ikollu bżonn aktar aċċessibilità, l-inkwilin jista’ jagħmel talba lill-Awtorità biex isiru x-xogħlijiet neċessarji u adegwati għall-persuni b’diżabilitajiet fiżiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-MCAST tagħti appoġġ lil studenti b’diżabilità ta’ kull tip, liema huma s-servizzi, u l-għajnuniet li l-MCAST toffri lil dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sapport lil studenti b’diżabilità jew bżonnijiet partikolari huwa provdut primarjament mill-Inclusive Education Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu. Din it-taqsima taħdem kontinwament ma’ taqsimiet, dipartimenti u istituti oħra sabiex studenti tal-MCAST b’diżabilità jgawdu sapport ħolistiku li jolqot aspetti diversi fl-esperjenza edukattiva tagħhom fil-Kulleġġ.
Sabiex nassiguraw li permezz tas-sapport tagħna nilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti, issir laqgħa ma’ kull student qabel l-applikazzjoni. Għal dawn il-laqgħat ħafna drabi jkun hemm preżenti wkoll il-ġenituri, l-LSE u professjonisti oħrajn involuti fis-sapport tal-istudent. Hawnhekk jiġu diskussi l-bżonnijiet tal-istudent u jiġu deċiżi l-arranġamenti li jkunu se jingħataw waqt l-eżamijiet kif ukoll it-tip ta’ sapport li jkun se jingħata matul is-sena. Dan kollu jsir fid-dawl tar-rapporti mediċi jew psikoloġiċi li l-istudenti huma mitluba jippreżentaw. Fuq il-kunsens tal-istudent, l-eżitu tal-laqgħa jiġi komunikat lid-direttur, lil-letturi u lil staff ieħor involut fis-sapport lil dawn l-istudenti.
Arranġamenti tipiċi waqt l-eżamijiet jinkludu (imma mhux biss):
· Proviżjoni ta’ qarrej
· Proviżjoni ta’ skriba
· Proviżjoni ta’ ħin addizzjonali (25% / 30% / 50% tal-ħin stipulat)
· Proviżjoni ta’
prompter
· L-inviġilatur jagħmilha ta’ komunikatur billi jispjega ċertu kliem partikolari f’każ ta’ persuni neqsin mis-smigħ.
· Proviżjoni ta’ qarrej uman f’każ ta’
listening comprehension
irrekordjata.
· Ikun permess ikel, xorb u iċċekkjar tal-livell taz-zokkor fid-demm.
· Kamra separata.
· Karta mkabbra.
· Permess li tintuża l-kamra tal-banju ta’ spiss.
· Jekk l-eżaminatur ma jkunx jista’ jiddeċifra l-kitba, l-istudenti jkunu mitluba jirraportaw l-istitut rispettiv sabiex jaqraw il-kitba tagħhom stess.
· Il-ħin addizzjonali jista’ jintuża barra mill-klassi taħt is-superviżjoni tal-inviġilatur sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jerġgħu jiffukaw.
· Estensjoni tad-
deadlines
tal-assenji.
Sapport matul is-sena jinkludi (imma mhux biss):
· Sessjonijiet ta’ sapport minn LSE għal siegħa fil-ġimgħa fil-Malti, Matematika, Ingliż u b’mod in ġenerali.
· Sessjonijiet ta’ sapport addizzjonali mil-
Learning Support Unit
fil-Malti, Matematika, Ingliż, Strateġiji għall-Istudju etc.
· Proviżjoni ta’ LSE għal numru ta’ lezzjonijiet fil-ġimgħa f’suġġetti partikolari u ma’ klassijiet partikolari fl-ewwel, it-tieni u t-tielet livell.
· Proviżjoni tat-trasport għal studenti b’diffikultajiet ta’ mobbiltà.
· Proviżjoni ta’ Assistent Personali għal studenti b’diffikultajiet ta’ mobbiltà.
· Sessjonijiet ta’ preparazzjoni mal-klassi ta’ l-istudenti fejn titqajjem kuxjenza dwar il-bżonnijiet u s-sapport neċessarju.
· Laqgħat mal-istudenti, diretturi, letturi, ġenituri u professjonisti oħra involuti fejn jiġi mfassal pjan ta’ ħidma rigward is-sapport lill-istudenti (MAP sessions).
· Kollaborazzjoni ma’ servizzi oħrajn fil-Kulleġġ li huma miftuħa għall-istudenti kollha (eż.
Counselling, Career Guidance, Student Mentoring, International Office, Youth Hub
)
· Kollaborazzjoni ma’ servizzi esterni għall-Kulleġġ (eż.
Lino Spiteri F
oundation
,
Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sapport, residenzi etc.)
· Arranġamenti għal aċċessibilità fiżika aħjar.
· Arranġamenti jew tibdil fi programmi f’każijiet ġenwini u b’potenzjal evidenti.
MCAST – programm għall-persuni b’diżabilità intelletwali jew b’learning disability
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MCAST għandhiex programm ta’ studju speċifiku offrut lil persuni studenti b’diżabilità intellettwali jew b’learning disability, u/jew jekk dawn l-istudenti jingħatawx l-opportunità li jsegwu korsijiet mainstreamed, u jindika kemm-il persuna b’diżabilità hija reġistrata għal programm ta’ taħriġ u għal liema programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCAST joffri korsijiet skont il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej li jibdew mil-livell ta’ Intro A u Intro B, segwiti mil-livelli 1 sa 7. L-ismijiet tal-korsijiet, il-livell u n-numru ta’ studenti b’diżabilità rispettivi jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.
Livell
Kors
Nru. ta’ Studenti
Intro A
MCAST Award in Vocational Skills
5
Intro B
MCAST Award in Vocational Skills
7
Livell 1
MCAST Award in Basic Office Skills
7
Livell 1
MCAST Award in Hospitality
3
Livell 1
MCAST Award in Retail
4
Livell 1
MCAST Award in Agribusiness
0
Livell 1
Skills Kits
26
Livelli 1 – 7
diversi
820 circa (numru ta’ studenti għadhom qegħdin javviċinaw l-
Inclusive Education Unit
)
Il-korsijiet fuq il-livelli kollha huma miftuħin għal studenti b’livelli differenti ta’ abbiltà intellettwali u l-istudenti huma liberi li japplikaw għall-korsijiet li jixtiequ skont ir-rekwiżiti stipulati. Għall-benefiċċju tal-istudenti l-MCAST temmen li huwa fid-dover tagħha li toffri gwida sabiex fil-proċess tal-għażla tal-kors l-istudenti jaslu għal deċiżjoni li verament tirrifletti l-kompetenzi u l-aspirazzjonijiet tagħhom. L-iżvilupp tal-potenzjal tal-istudenti huwa ċentrali f’dan il-proċess. Studenti b’diżabilità intellettwali jingħataw attenzjoni partikolari meta jaslu fil-punt fejn iridu jagħżlu kors u anki meta jridu jiddeċiedu bejn progressjoni għal korsijiet oħra fl-MCAST jew għal xogħol. Għaldaqstant, l-istaff li għandu f’idejh ir-responsabbiltà ta’ studenti b’diżabilità intellettwali jsejjaħ laqgħat mal-istudenti u l-ġenituri fejn jiġi diskuss il-pass li jmiss fid-dawl tal-abiltajiet tal-istudenti kif ukoll tar-riżultati ottenuti fl-istituzzjoni edukattiva preċedenti jew fil-kors li l-istudenti jkunu qed isegwu fl-MCAST stess. L-interess tal-istudenti huwa l-qofol ta’ dawn is-sessjonijiet u għalhekk, id-diskussjoni tipikament titratta diversi dimensjonijiet tal-individwu fosthom dik akkademika, vokazzjonali u personali.