Jista’ l-Ministru jindika liema benefiċċji, jekk hemm, jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival u ċjoè dawk l-għaqdiet jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawk li japplikkaw biex jieħdu sehem fil-Karnival ta’ Malta b’kompetizzjoni għandhom magħha marbuta dawn s-sussidji t’hawn taħt. Ta’ min issemi ukoll li din is-sena, wara numru ta snin jingħataw l-istess ammonti fil-premijiet, kull entratura ngħatat medja ta’ €500 żieda fil-premju rispettiv.
Beneficcji li jingħataw lill-Karrijiet Trijonfali sezzjoni A. B u Ċ u l- Karrijiet tal-Kumpanija Kategorija “A”:
· €185 lil kull parteċipant biex jipprovdi trakter meħtieġ.
· €200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trejler meħtieġ.
· €200 għal kwalunkwe ħtieġa ta’ kiri ta’ nġenji bħal cranes, high up eċċ.
· € 150 għal kiri ta’ nġenji adekwati għat-toroq biex jigi rmonkat il-karru minn u lura lejn il-maħzen rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull benefiċċju li jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival sabiex jippreparaw karrijiet u jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, liema huwa dak id-dipartiment jew aġenzija li tamministra dawn il-benefiċċji, u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival gawdew minn kull tip ta’ benefiċċju elenkat fis-snin 2017 u 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-benefiċċji huma amministrati minn Festivals Malta. Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
SenaTip ta Beneficcju*Kemm gawdew min dawn l Benefficju
2017sussidju speċifikat adizzjonali relatat mal-provvista ta’ tractors, trailers, provediment ta’ nġenji. 12 il-karru Trijonfali u 5 parteċipanti tal-Kumpanija A
sussidju koness mal-parteċipazzjoni bi tractor9 parteċipanti Kumpaniji Sezzjonijiet C B u D
sussidju li jkopri l-parteċipazzjoni u l-kiri ta’ inġenji (tractors, trailers) u inġenji oħra nkluż fis-somma mgħotija tal-parteċipazzjoni.3 parteċipanti li ħadu sehem b’karru satriku
sussidju tal-ġarr u r-reffiegħa nkluż mas-somma globali mogħtija tal-premju4 parteċipanti li ħadu sehem b’sett maskaruni
sussidju ta’ parteċipazzjoni u sussidju biex ikopri parti mill-ispejjeż tal-ġarr 2 maskaruni
2018sussidju speċifikat adizzjonali relatat mal-provista ta’ tractors, trailers, provediment ta’ nġenji. 11 il-karru Trijonfali u 5 parteċipanti tal-Kumpanija A
sussidju koness mal-parteċipazzjoni bi tractor11 parteċipanti Kumpaniji Sezzjonijiet C B u D
sussidju li jkopri l-parteċipazzjoni u l-kiri ta’ inġenji (tractors, trailers) u inġenji oħra nkluż fis-somma mgħotija tal-parteċipazzjoni.3 parteċipanti li ħadu sehem b’karru satriku
sussidju tal-ġarr u r-reffiegħa nkluż mas-somma globali mogħtija tal-premju4 parteċipanti li ħadu sehem b’sett maskaruni
sussidju ta’ parteċipazzjoni u sussidju biex ikopri parti mill-ispejjeż tal-ġarr 3 maskaruni
*Dawn ma jinkludux is-sussidju li jingħataw għall-parteċipazzjoni bil-karru kummissjonat tar-Re tal-Karnival u sussidji oħra li jingħataw lil skejjel taż-żfin koness mal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-karnival.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex iħallsu għas-servizzi li jużaw fl-imħażen tagħhom fejn jintramaw il-karrijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Festivals Malta oltre l-premijiet lil dawk klassifikati fil-konkorsi rispettivi tal-Karnival joffri sussidju in konessjoni mal-provediment tat-tractors; trailers; kiri ta’ ngenji relatata mal-armar tal-karru u provediment ta’ trakkijiet tal-irmonk.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta’ maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival? F’każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista’ jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħolqitx l-iskema ta’ investiment għal teatri lokali, u jekk iva meta nħolqot u jgħid kemm-il entità gawdiet minn din l-iskema u liema huma dawn l-entitajiet li gawdew minn din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti flimkien ma’ Teatru Malta nieda l-iskema għall-ispazji teatrali f’Settembru 2018 u bħalissa miftuħin l-applikazzjonijiet. Id-dettalji kollha dwar l-iskema, inkluż il-linji gwida u l-formola ta’ applikazzjoni, jinsabu f’din il-ħolqa https://www.artscouncilmalta.org/funds/t
Proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u ċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn Forti Sant’Iermu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħareġ sabiex is-settur privat ikun jista’ jressaq proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u taċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn il-Forti Sant’Iermu? Jista’ jgħid ukoll kemm-il proposta rċieva u liema ntgħażlet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Kunsill Malti għall-Arti – programm għal artisti żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti? Kemm-il proġett ġie megħjun b’dan il-programm, u kemm-il artist qiegħed isegwi programm ta’ apprentistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta’ dan il-programm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti twaqqaf fl-2017. Bħalissa hemm disa’ artisti qed issegwu l-programm ta’ apprentistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta’ dan il-programm.
Il-Belt, Triq l-Ordinanza u Kavallier ta’ San Ġwann – irranġar ta’ aperturi u gallariji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema hija dik l-iskema li kellha titnieda sabiex jiġu rranġati l-aperturi u l-gallariji tal-bini li jagħti fuq il-Kavallier ta’ San Ġwann u Triq l-Ordinanza? Jista’ jgħid kemm-il aperturi u gallariji ġew irranġati taħt din l-iskema?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min ippropona l-proġett ‘Kif Jgħid il-Malti”, jekk kienx hemm sejħa għall-proposti u għall-proġetti b’din it-tema, min ingħata l-inkarigu sabiex iwettaq dan il-proġett, min kienu l-artisti involuti f’dan il-proġett u kemm sewa dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett ‘Hekk Jgħid il-Malti’ ġie propost mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bħala inizjattiva favur aktar għarfien tal-lingwa Maltija u l-wirt intanġibbli tal-qwiel. Ix-xogħlijiet ġew esegwiti mill-artist Joel Saliba, li ntgħażel fuq bażi ta’ mertu artistiku, u minn diversi artiġjani oħra li kkontribwew sabiex issawru l-iskulturi. Dan il-proġett ġie jiswa’ E68,500 + VAT. Somma li tinkludi mhux biss l-esekuzzjoni bl-idejn ta’ dawn it-13-il skultura, iżda wkoll il-qafas li fihom minn ġewwa, il-bażi tagħhom, l-installazzjoni fis-siti rispettivi u d-deskrizzjoni informattiva li hemm takkumpanjahom.
Dawn l-istallazzjonijiet intlaqgħu tajjeb ħafna mill-pubbliku in ġenerali, speċjalment mit-tfal kif ukoll minn barranin li jzuruna u spiss jintlemhu jieqfu għall-kurżità u jaqraw l informazzjoni disponibbli.
Filwaqt li l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali f’Mistoqsija Parlamentari 1848 kien indika li l-proġett MUZA ta’ Heritage Malta kellu jiġi inawgurat f’Marzu 2018, u billi tali proġett għadu ma tlestix, jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun miftuħa din il-binja?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-MUZA se jiġi inawgurat fi żmien ftit jiem oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-MUZA huwiex se jkun lest sabiex jospita l-konferenza annwali tan-Network of European Museum Organisations nhar il-15 ta’Novembru 2018? Jista’ jgħid jekk u kemm-il esibizzjoni u liema huma dawk l-esibizzjonijiet li bihom se jiftaħ MUZA?
Response (BONNICI, OWEN)
Naturalment il-konferenza annwali tan-NEMO ser isseħħ fil-MUŻA kif kien ippjanat.
Din se tkun opportunità sabiħa ferm li se tkompli tkabbar il-profil ta' pajjiżna u se tħalli impatt pozittiv immens fuq is-settur patrimonjali.
Il-parti tad-domanda dwar esibizzjonijiet għandha difetti sintassiċi kbar u nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika aħjar it-talba tagħha sabiex inkun nista' nifhem aħjar dak li qed tipprova ssaqsi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-enerġija elettrika kollha meħtieġa fil-binja tal-MUZA hijiex se tkun green powered u jekk dan hux mill-bidu tal-ftuħ tal-MUZA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-binja tal-MUŻA ser tkun green powered mill-ftuħ tal-mużew.
Kunsill Malti għall-Arti — Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta beda jitħaddem il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti? Kemm-il artist jew professjonist irċieva għotjiet minn dan il-fond għal kull sena li ilu jopera dan il-fond u x’kienu l-proġetti li ġew megħjuna b’dan il-fond?
Response (BONNICI, OWEN)
Jiena konsapevoli li dan il-Gvern qed iwettaq hafna, izda ma kontx naf li l-Oppozizzjoni m'hijiex tlahhaq mar-ritmu tax-xoghol tal-Gvern.
Il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti beda jitħaddem fl-2017. Fl-2017, tlieta u erbgħin artist irċevew għotjiet minn dan il-fond filwaqt li fl-2018 sal-aħħar tal-Ottubru sitta u tletin artista ibbenefikaw minn dan il-fond. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti li ġew megħjuna b’dan il-fond.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5921 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula jew ġew diġà magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esperjenza u l-kwalifiki ħa jkunu il-kriterji ewlenin li fuqhom se jiġu magħżula dawn il-ħaddiema.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5920 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principle curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-attivitajiet ta’ Taste of History and Events mhumiex attivitajiet ta’ Heritage Malta, għaldaqstant kull min hu interessat li jagħti kontribut għandu dritt għal ħlas.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5919 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email, ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva? Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kulħadd ġie mgħarraf b’din il-komunikazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni li twaħħlet fuq in-notice boards. Bi żvista tal-entità l-komunikazzjoni ħarġet biss fil-lingwa Ingliża. Madankollu infurmati li kwalunkwe mistoqsija mill-istaff setgħat ġiet ċċarata min-naħa tal-management.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5918 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistennija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
M'għandix xi nżid mad-domandi li weġibt ripetutament dwar dan is-suġġett.