Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx taħditiet mal-persuni li għandhom xi drittijiet fuq il-proprjetajiet li jistgħu jaqgħu fl-Għar Dalam National Park?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta hija responsabbli mis-siti ta’ valur kulturali li jinsabu fil-Park propost. Madanakollu, fil-proċess ta’ tfassil tal-management plan għall-park imsemmi, Heritage Malta iltaqgħet ma’ numru ta’ stakeholders inkluż bdiewa li għandhom ir-raba’ fl-inħawi. Ma għandu jkun hemm l-ebda konsegwenza fuq persuni li għandhom xi proprjetà fil-park. Il-pubbliku se jkun jista’ jgħaddi minn triqat u mogħdijiet pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid il-metodu ta’ kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista’ jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta beda x-xogħol fuq il-barrieri fil-viċinanzi tal-Imnajdra, id-diviżjoni kuratorjali kif ukoll dik tal-konservazzjoni fi ħdan Heritage Malta kkonsultaw esperti mill-Università ta’ Malta biex jevalwaw ir-riskji li jistgħu jinħolqu għall-konservazzjoni tas-sit. Ir-riskji ewlenin li ġew identifikati kienu dawk li jistgħu jiġu kkawżati minn vibrazzjoni kif ukoll mit-trab li jiġi ġġenerat waqt ix-xogħlijiet. Iżda ġie konkluż li peress li hemm wied bejn is-sit u l-barrieri, u peress li s-sit huwa protett minn tinda li tinżel viċin ħafna tal-art fid-direzzjoni tal-barriera, dawn ir-riskji huma minimi ħafna.
Minkejja dan, minn meta bdew ix-xogħlijiet fuq is-sit, il-moniteraġġ qed isir kontinwament minn membri ta’ Heritage Malta. Sa issa ma ġiet osservata l-ebda bidla fis-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma “in-number of snags are currently being tackled.” indikati taħt paragrafu 1.3 fir-Rapport Annwali 2018 tal-Heritage Malta li qegħdin jiġu ffaċċati fir-rigward tal-MUŻA, u jindika n-natura ta’ dawn l-isnags u kif qegħdin jiġu indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-isnags jinkludu xogħlijiet zgħar ta’ kisi u tikħil, u elementi minuri tal-proġett li jirrekjedu xi xogħol ta’ tranġar. Barra minn hekk qed tingħalaq ukoll id-dokumentazzjoni kollha li tmur ma’ proġett ta’ din l-iskala u kumplessità.
Programm ta’ esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat u attivitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-programm ta’ esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat ta’ taħditiet, u attivitajiet oħra li se jsiru fil-MUŻA matul is-sena 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn lista ta’ attivitajiet li saru f’MUZA matul din is-sena sal-10 ta’ Gunju kif ukoll dawk ippjanati sal-ahhar tas-sena.
· 12 ta’ Jannar – MJCL seminar
· 17ta’ Jannar – 5 + 5 Foreign Ministers Meeting in Malta
· 18ta’ Jannar – MJCL evening reception
· 28ta’ Jannar – VIP MFIN tour
· 23ta’ Frar – HM Members Tour
· 18ta’ Marzu – UOM Confernce Pam Meecham
· 22ta’ Marzu – Farsons Eve Event
· 23ta’ Marzu – Press Conference with Parlament Secretary for Sport and Young People
· 27th – 28ta’ Marzu – Day Conference UOM Prof. Carmel Borg
· 29ta’ Marzu – Festivals Malta – Atelier Gala Dinner
· 30ta’ Marzu – Reuben Grima Public Consultation event (Italia-Malta Project L-Access)
· 30ta’ Marzu – ACM Press Conference for Venice Biennale, Malta Pavilion.
· 2t’April – World Bank tour – Malta Enterprise
· 4t’ April – Lecture HM Victor Pasmore Legacy
· 11t’ April – Agenzija Appogg – Tour for Volunteers
· 22t’April – Reception – One Tribute
· 23t’April – Michaela Pace Meet and Greet – Eurovision – HM Passport Activity
· 23t’April – Lecture – Artificial intelligence and museum discussion
· 25t’April – Vince Cassar Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion (Plenary Session)
· 29t’April – 1st May – University of the Arts in London –hosting of 13 students + 3 lecturers – Sandro Debono
· 2ta’ Mejju – Attivita Forum Unions Maltin Activity
· 3ta’ Mejju – Press Conference MJCL
· 4ta’ Mejju – MJCL event – Fund presentation
· 7ta’ Mejju – Mr. Gordon Pisani – Kite Group obo European Commission presentation in Malta
· 9ta’ Mejju – 70th Anniversary of the London Decleration (Commonwealth)
· 21ta’ Mejju – Frans Galea HM Talk
· 29ta’ Mejju – Emvin Cremona (1919-1987) – HM lecture
· 1ta’ Gunju – Education Dept – Vanessa Ciantar – Xalati ta’ Kitba
· 1ta’ Gunju – Jazz Suite Evening
· 4ta’ Gunju – EO’s Activity
· 7ta’ Gunju – OSCE Med Contact Group: Ambassadorial Retreat in Malta
· 12th – 14ta’ Gunju– Medicines Authority Reception and 2 day meetings
· 20ta’ Gunju – MTA Malta Tourism Press Awards for 2018
· 21ta’ Gunju – MICAS Event
· 26ta’ Gunju – Farewell Cocktail Reception – Italian Giorgio Petrgnani
· 27ta’ Gunju– ACMlab session – Arts Council Malta
· 13ta’ Lulju – Civil Ceremony – Larissa Hoft
· 26 ta’ Lulju – HM Passport Activity
· 2t’Awwissu – Ocean Ambassadors in Malta (Ministry for Foreign Affairs)
· 14t’Awwissu – HM Passport Activity
· 21ta’ Settembru– Public Service week – Open Day
· 5t’Ottubru– Notte Bianca
· 8– 11 t’Ottubru – Conference – UOM collaboration
· 18 t’Ottubru – Full day conference – Ministry for Justice, Culture and local government
· 2 ta’ Novembru – PPCD open day
· 5 ta’ Dicembru – BEREC Plenary Social Event
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-riżultati preliminari tal-proġett FRAGSUS, liema riżultati ġew preżentati f’esibizzjoni u f’konferenza bl-isem ‘Fragility and Sustainability in Prehistoric Malta’?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konklużjonijiet preliminari tal-proġett FRAGSUS kif ippreżentati fil-wirja u diskussi fil-konferenza.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjan ta’ ħidma tal-Valletta Cultural Agency għas-sena 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ ħidma għall-VCA għas-sena 2019 u ‘l quddiem jinsab f’Artiklu 3(5) tal-liġi li biha twaqqfet din l-Aġenzija. Inoltre il-VCA se tkompli, kif diġà bdiet tagħmel, b’elementi mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018 flimkien ma’ attivitajiet oħra li se jkunu qed jintgħażlu minn diversi sejħiet pubbliċi, li tnejn minnhom ħarġu diġà.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istudji kollha li saru mill-Valletta 2018 Foundation u b’mod partikolari mid-Dipartiment tar-Riċerka li kien imwaqqaf minn din il-fondazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-electrical engineer li tqabbad sabiex iħejji disinn u jassisti fit-tibdil fuq is-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jindika l-metodu kif intgħażel l-istess engineer?
Mużew Marittimu ta’ Malta – Tender għall-implimentazzjoni tad-disinji tad-dawl u AC Units
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender sabiex jiġu implimentati d-disinji fuq it-tqegħid ta’ dawl u AC Units fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jekk inħarġet, kemm-il proposta kien hemm, min intgħażel u meta hu skedat li jitlesta x-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa skedat li x-xogħlijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur ikunu lesti, u jgħid min huma l-kuntratturi magħżula għal dan ix-xogħol u kemm huwa l-ammont miftiehem u li se jiġi mħallas jew tħallas għal dawn ix-xogħlijiet?
Għar Dalam National Park – masterplan u interpretation strategy
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid il-baġit li hemm imħejji għat-twettiq ta’ dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta’ ħidma li huwa maħsub li jiġi segwiet biex jiġi implimentat dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid il-metodu ta’ kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista’ jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10223 u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival? F’każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista’ jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10222 u jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta’ maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10224, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-improvements li qegħdin isiru fil-MUŻA u f’liema swali?
Response (BONNICI, OWEN)
Dawn huma essenzjalment marbutin mar-resource centre li jinsab fit-tieni sular li jinkludi librerija. Fis-sala prinċipali tal-ewwel sular qed tigi konkluża innovazzjoni sabiħa li se titħabbar fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni tal-proġett innovattiv tal-Pjazza Jean De Vallette li hemm referenza għalih fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10225, u jgħid mhux biss fiex jikkonsisti dan il-proġett, iżda wkoll jagħti dettalji tax-xogħlijiet li qegħdin isiru, min qiegħed iwettaqhom u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex qegħdin jitwettqu wara l-ħruġ ta’ tender?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan hu proġett sabiħ immens li d-dettalji dwaru se jingħataw f’konferenza stampa li għandna skedata.
Mużew Marittimu ta’ Malta – kuntratti għar-restawr tal-faċċata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għar-restawr tal-faċċata ta’ wara l-Mużew Marittimu ta’ Malta u meta huwa skedat li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ingħata lid-ditta Vaults Co Ltd wara li ħarġet sejħa. Dan ix-xogħol ghaddej b’ritmu mgħaġġel u mistenni jkun lest qabel tmiem din is-sena.
Mużew Marittimu ta’ Malta – tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ it-tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam fuq il-faċċati u fuq it-turrets tal-Mużew Marittimu ta’ Malta, liema tender kien ġie kanċellat?
Jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitneħħa l-hoarding li bħalissa jinsab idawwar spazju fi Pjazza Jean de Vallette fil-Belt Valletta, liema hoarding huwa marbut ma’ xogħol li qed isir fuq il-MUZA?
Response (BONNICI, OWEN)
Dan huwa proġett innovativ tal-Pjazza Jean De Vallette li ċertament se jintgħoġob u jiġi apprezzat mill-pubbliku ġaladarba x-xogħlijiet ikunu ffinalizzati sa’ tmiem is-sajf li ġej.