Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manoel Theatre Management Committee – talbiet għal quotations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal quotation f’dawn l-aħħar ħames snin li saret mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee ġiet ippubblikata fuq l-procurement platform tal-Gvern?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Manoel Theatre li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm talba waħda għal quotation li ġiet ippubblikata fuq l-procurement platform tal-Gvern.

Manoel Theatre Management Committee – service providers ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il service provider kien ingaġġat sa mis-sena 2013 mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee u jindika kemm-il wieħed minn dawn kien kopert b’kuntratt?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Manoel Theatre Management Committee – inventarju tal-assi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx kontroll fuq l-inventarju tal-assi li jinsabu fil-pussess tal-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee u jekk ġiex maħluq u kkumpilat database għall-istess inventarju?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 14134.

Manoel Theatre Management Committee – fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee x’ammont ta’ fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea rnexxielu jġib sa mis-sena 2013 u jindika għal xiex intu¿aw dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Manoel Theatre mhuwiex legal entity, l-applikazzjonijiet għall-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea dejjem saru taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. It-fondi li bbenifika minnhom il-Manoel Theatre intu¿aw għal dawn i¿-¿ewġ proġetti: · ERDF.05.025 – Upgrading of Manoel Theatre Project b’valur ta’ €1,867,762.38. Dawn il-fondi ġew approvati fl-2016. · ESF 4.258 - Lifelong Learning Initiatives for the Teatru Manoel Employees b’ valur ta’ €73,449.60. Dawn il-fondi ġew approvati fl-2015.

Programmi – kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema kienu dawk il-programmi li l-Gvern għażel bħala li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi u li sussegwentement kienu nklużi fil-kontribuzzjoni tal-Extended Public Service Obligation?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

EPSO – allokazzjonijiet għall-programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin x’kien l-ammont mill-EPSO, u l-persentaġġ mill-EPSO li kienet allokata għas-segwenti genre ta’ programmi: programmi tat-tfal, ġrajjiet kurrenti, drama, edukazzjoni u kultura, u karattru jew identità nazzjonali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pjanijiet tal-Gvern għal assistenza lil media indipendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jassisti media indipendenti jiffaċċjaw in-nuqqas ta’ introjtu kkawżat mill-bdil fil-mod ta’ kif il-pubbliku jaċċessa l-informazzjoni u ċjoè b’konsegwenza tat-trasformazzjoni diġitali?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara l-mistoqsija tagħha.

Manoel Theatre Management Committee – audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts għall-aħħar sitt snin tal-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Manoel Theatre Management Committee – fixed asset register

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee għandux ‘fixed asset register’ u jekk iva jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġi kkompilat dan ir-reġistru qed jingħalaq u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir li hemm viġenti bħalissa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-dokument diġa ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra f’seduta numru 192, f’mistoqsija parlamentari numru 11482 tat-tnax il-leġiżlatura.

PBS – audited accounts

Question

Jista’ l-Onorevoli Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-PBS?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar Financial Accounts li kienet ġiet ippubblikata mill-Public Broadcasting Services Ltd., li tkopri s-sena 2016 – 2017.

PBS – ħlas għal obbligazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien dak l-ammont stmat u mħallas lil PBS matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex ikopri l-obbligazzjonijiet tal-PBS taħt l-extended Public Service Obligation?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-figuri tal-ammont stmat u mħallas lil PBS matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex ikopri l-obbligazzjonijiet tal-PBS taħt l-extended Public Service Obligation huma bbażati fuq is-sena finanzjarja tal-PBS, li tkopri wkoll il-perjodu ta’ Awditjar tal-fondi tal-PSO. 14/1515/1616/1717/1818/19 Ammont Stmat 3,671,679 3,900,000 4,050,000 4,175,000 4,175,000 Ammont Imhallas 3,671,679 3,900,000 4,050,000 4,175,000 4,175,000

PBS – EPSO programming parameters

Question

Jista’ l-Ministru jindika għal dawn l-aħħar tliet snin x’kienu r-rekwiżiti dettaljati tal-programmi f’kull genre li huwa indika lil PBS skont l-EPSO programming parameters, u jindika ukoll liema kienu l-iskedi maqbula għal dan l-iskop?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rekwiżiti meħtieġa għal kull ġeneru msemmi taħt il-PSO (fit-tweġiba għall-mistoqsija 14122) huma stabbiliti fl-istess ftehim tal-PSO u jinkludu l-firxa fuq l-udjenzi, il-kwalita u l-valur għal flus imħallsa għal programmi. B’emfasi ssir fuq il-kreattivita u l-oriġinalita, ir-relevanza fit-tqassim ta’ l-iskeda, il-kwalita estetika u teknika, ir-rispett tad-dinjita u d-drittijiet fundamentali, id-distakk minn sterjotipiċi ta’ sess, razza u eta, u l-kapaċita ta’ l-użu tal-lingwa Maltija. Il-Ministru ma jagħti l-ebda indikazzjoni għall-programmi. L-evalwazzjoni tal-programmi hija f’idejn il-Bord Editorjali bl-għażla finali mill-Bord tad-Diretturi tal-PBS

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — kuntratti mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — kuntratti mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.

PBS – work force

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-work force tal-Public Broadcasting Services illum il-ġurnata bejn dawk li huma full-timers, dawk part-timers u kontributuri u jindika dawn skont il-kategoriji msemmija? Jista’ jgħid l-impjegati full-timers f’liema grad jinsabu?

Response (ABELA, CARMELO)

PBS Workforce Full-Timers Part-Timers Numru ta' Kontributuri Numru ta' impjegati Grad Numru ta' impjegati 20 Managerial 2 140 14 Administrative & Clerical 24 Specialised 39 Technical & Supervisory 2 Industrial 1 Messengerial