Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – audited accounts

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14125, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikat il-audited accounts ta’ wara dawk għas-sena 2016-2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts ser jiġu ppubblikati fil-futur qarib.

EPSO – allokazzjonijiet għall-programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14131 u jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin x’kien l-ammont mill-EPSO, u l-persentaġġ mill-EPSO li kienet allokata għas-segwenti genre ta’ programmi: programmi tat-tfal, ġrajjiet kurrenti, drama, edukazzjoni u kultura, u karattru jew identità nazzjonali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Genre Ammont - € % Ammont - € % Ammont - € % Ammont - € % 18/19 17/18 16/17 15/16 14/15 Programmi tat-tfal N/A* 85,611 2% 78,304 2% 26,421 1% 159,766 4% Ġrajjiet Kurrenti N/A* 847,683 20% 475,690 12% 968,982 25% 904,555 25% Drama N/A* 340,539 8% 223,918 6% 77,008 2% 612,513 17% Edukazzjoni u Kultura N/A* 1,474,818 35% 1,774,072 44% 1,484,242 38% 1,608,804 44% Karattru jew identità nazzjonali N/A* 168,372 4% 220,730 5% 172,784 4% 54,353 1%

PBS — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14129 u jindika jekk matul dawn l-aħħar ħames snin l-ispiża tal-PBS kenitx għola mis-sussidju mogħti lilha mill-Gvern?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispiża tal-PBS relatata ma’ programmi u attivitajiet meqjusa bħala parti mill-PSO kienet dejjem ogħla mis-sussidju tal-PSO mogħti lilha mill-Gvern.

Spiża ta’ programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14128 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rikonċiljazzjoni tal-ispiża ta’ kull programm u s-sussidju mogħti mill-Gvern?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema sena.

Manoel Theatre Management Committee – fixed asset register

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14134, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li tingħalaq il-kumpilazzjoni tal-fixed asset register tal-Manoel Theatre kif operat mill-Manoel Theatre Management Committee?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġi kkompilat dan ir-reġistru qed jingħalaq u mistenni li jiġi konkluż sal-aħħar ta’ Ġunju 2020.

Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni medika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-istudenti li kienu assenti mill-iskola b’mod konsistenti u mingħajr raġuni medika għall-aħħar tliet snin skolastiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li kienu assenti mill-iskola b’mod konsistenti u mingħajr raġuni inkluża dik medika għall-aħħar tliet snin skolastiċi huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena skolastikaNumru ta’ Studenti Registrati fl-Iskejjel tal-IstatTotal ta’ studenti li kienu assenti 2016 - 201725228639 2017 – 201825879681 2018 - 201926468887

Studji dwar is-sistema ta’ assessjar kontinwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13874 u jgħid jekk sarux studji dwar kif is-sistema ta’ assessjar kontinwu laqgħat lit-tfal tal-iskola, u jekk iva min għamel dawn l-istudji u x’kienu l-konklużjonijiet tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-sistema ta’ assessjar kontinwu kienet fit-tieni sena tagħha f’din is-sena skolastika. L-istudji fuq l-effetti tat-tibdil ser ikun qed isir meta l-implimentazzjoni sħiħa tkun saret.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – kuntratti mogħtija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13900, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti (kuntratti ta’ service provider, ta’ konsulenza u ta’ akkwist ta’ oġġetti)? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex mill-ġdid tkun iżjed speċifika fit-talba tagħha.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti mogħtija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13898, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti (kuntratti ta’ service provider, ta’ konsulenza u ta’ akkwist ta’ oġġetti)? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex mill-ġdid tkun iżjed speċifika fit-talba tagħha.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – kuntratti mogħtija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13899, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti (kuntratti ta’ service provider, ta’ konsulenza u ta’ akkwist ta’ oġġetti)? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex mill-ġdid tkun iżjed speċifika fit-talba tagħha.

PBS – non-commercially viable programmes

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14122, jista’ l-Ministru jgħid u jispeċifika t-titolu/isem tal-programmi li l-PBS qiegħed iqis bħala li huma non-commercially viable programmes skont il-ġeneru ta’ programmi li semma fir-risposta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS – Editorial Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Editorial Board tal-Public Broadcasting Services? Jista’ jgħid meta ġew maħtura, kemm ilhom iservu jekk kienu jservu qabel l-aħħar ħatra u għal kemm-il sena hija l-ħatra tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14162

PBS – Editorial Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Editorial Board tal-PBS jitħallsux u jekk iva jgħid fiex jikkonsisti l-ħlas magħmul lilhom u jindika l-benefiċċji li jingħataw?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14162.

Skejjel li qed jagħtu tagħlim online

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13875, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-iskejjel kollha f’Malta qegħdin jagħtu tagħlim onlajn permezz ta’ klassijiet virtwali u ċjoè permezz ta’ laqgħa virtwali li sseħħ bejn l-għalliem u l-istudent?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li online teaching qed isir fl-iskejjel kollha skont il-linji gwida maħruġa mill-Grupp ta’ Ħidma mwaqqaf mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. It-tagħlim online ma jinkludix biss laqgħat virtwali imma hemm metodi oħra. Għaddejjin proċessi sabiex jinġabar feedback dettaljat mill-iskejjel kollha tal-pajjiż sabiex ikun hemm stampa sħiħa tat-tip ta’ online teaching li qed isir, inkluż laqgħat virtwali bejn għalliem u studenti.

Talba għall-sistema tal-eżamijiet minflok assessjar kontinwu

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13877, jista’ l-Ministru jgħid jekk kinitx deċiżjoni meħuda mill-Ministeru jew jekk kinitx deċiżjoni meħuda minn xi skejjel li jerġgħu jintroduċu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena għal dawk l-istudenti li din is-sena qegħdin fil-Form 2 u se jitilgħu għal Form 3?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel tal-Istat hemm direzzjoni ċara li ma jkomplux isiru eżamijiet ta’ nofs is-sena u allura dawn l-eżamijiet mhux qed isiru fl-iskejjel kollha filwaqt li baqgħu isiru l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Fil-każ tal-iskejjel mhux tal-Istat, filwaqt li ħafna skejjel isegwu l-mudell tal-iskejjel tal-istat, l-iskejjel jistgħu jagħżlu l-metodu ta’ assessjar li jridu kif ukoll il-frekwenza ta’ meta jagħmluh.

Early School Leaving

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13879, jista’ l-Ministru jindika x’kienet ir-rata ta’ Early School Leaving għas-sena 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li r-rata tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għas-sena 2019 skont il-Eurostat, fis-sit pubbliku u uffiċjali tagħha, kompliet titnaqqas u hija ta’ 16.7%. Għal darb’oħra kien hemm tnaqqis fir-rata li kienet 17.5% fl-2018. Din l-istatiska tinġabar mill-NSO bħala parti mil-LFS (Labour Force Survey) Ewropew.

Manoel Theatre Management Committee — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ kull darba li ltaqa’ l-Manoel Theatre Management Committee sa mis-sena 2013?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella tad-dati tal-laqgħat kollha li saru mill-Manoel Theatre Management Committee sa mis-sena 2013.

Manoel Theatre Management Committee – direct contract

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct contract ingħata f’dawn l-aħħar ħames snin mill-Manoel Theatre operat mill-Manoel Theatre Management Committee, u jgħid il-valur u l-iskop ta’ kull kuntratt?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.