Legislature:
Category:
Reset
Active:

Settur primarju u sekondarju – studenti ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti figuri ta’ kemm hemm studenti li huma ta’ nazzjonalità barranija fis-settur primarju u sekondarju maqsuma skont l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ta’ nazzjonalità barranija fis-settur primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti huma kif se nsemmi: SetturPrimarjaSekondarjaTOTAL Stat274610893835 Knisja5676132 Indipendenti58711901777 Total338923555744

Persuni li qegħdin fil-lista tal-qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni li kienu fil-lista tal-qgħad mill-2011 sa tmiem l-2017? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi, dawk il-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u kienu fir-reġistru tal-qgħad?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar mill-2011 sa Novembru 2017. 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Jannar 6,797 6,714 7,237 7,789 6,384 4,710 2,889 Frar 6,960 6,921 7,279 7,753 6,190 4,511 2,766 Marzu 6,662 6,966 7,350 7,644 5,894 4,033 2,649 April 6,585 6,773 7,176 7,291 5,568 3,751 2,577 Mejju 6,366 6,698 7,292 7,141 5,333 3,511 2,502 Ġunju 6,212 6,697 7,279 6,751 5,209 3,441 2,432 Lulju 6,510 6,664 7,298 6,834 5,062 3,360 2,499 Awwissu 6,465 6,821 7,457 6,698 4,914 3,261 2,489 Settembru 6,554 6,869 7,619 6,599 4,924 3,207 2,472 Ottubru 6,538 7,013 7,594 6,596 4,916 3,166 2,319 Novembru 6,592 7,098 7,639 6,501 4,760 3,021 2,246 Diċembru 6,587 6,811 7,401 6,287 4,615 2,912 L-aħħar ċifri ppubblikati huma dawk ta’ Novembru 2017. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-oqsma tal-impjiegi ta’ dawk il-persuni li kienu fuq ir-reġistru tal-qgħad u sabu xogħol. Din l-informazzjoni hi meħuda skont il-formola tal-bidu u t-tmiem tal-impjieg li tirċievi l-Jobsplus.

Nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li kienu fid-dinja tax-xogħol mill-2011 sa tmiem l-2017? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi dawk in-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-istess snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus in-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011 sal-2016 u f’Ġunju 2017 hu kif muri fit-tabella A li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella B turi dawk in-nisa li daħlu ġodda kif ukoll dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar bejn Diċembru 2011 u Ġunju 2017.

Investiment tal-Gvern għal Childcare b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment tal-Gvern minn mindu daħal il-Childcare b'xejn u kemm gawdew tfal minnu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2239 u 3349.

Proġett tat-tablets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett tat-tablets? Kemm tfal gawdew minnu s’issa u kemm ingħataw tablets din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif għal liema suġġetti jew għal liema tagħlim qed jintużaw dawn it-tablets?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti ġodda fir-Raba’ Sena li bdew igawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018 huwa ta’ 4,432. Ma’ dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu fl-ewwel sena u li allura għas-sena skolastika 2017-2018 huma fil-Ħames Sena . L-għalliema għandhom madwar 35 app magħżula minn għalliema speċjalizzati li fasslu wkoll ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-tablets, kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri ssuplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-concept mapping li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż flimkien ma’ app għal qari minn kotba llivellati bl-ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex drill-and-practise imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet u suġġetti.

Tfal tal-primarja — Software edukattiv li ngħata mat-tablet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ software edukattiv ingħata mat-tablet lit-tfal tal-primarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq it-tieni fażi jiġifieri bdejna t-tieni sena fejn f’Lulju u f’Settembru 2017 kompla t-taħriġ tal-għalliema ġodda li bdew jgħallmu l-Ħames sena tas-sena skolastika 2017-2018 fil-proġett. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat. Matul dan it-taħriġ tqassmu tablets lill-għalliema u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 511-il tablet bis-software stallat lest. Barra mis-software li bih l-għalliema jkunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, l-għalliema u t-tfal għandhom madwar 35 app li l-għalliema speċjalizzati għażlu u fasslu ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-tablets kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri ssuplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-concept mapping li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, u app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex drill-and-practise imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet. F’Jannar qed jitqassam software ieħor ta’ kotba tal-qari livellat bl-ingliż. Tender ieħor se joħroġ biex jinxtara software ta’ kotba tal-qari livellat fil-Malti.

Scholarships — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' boroż ta' studju li ngħataw mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-2011 sal-lum u l-ammont ta' investiment li ntefaq? X'hemm ipproġettat għas-sena d-dieħla?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-2011 sal-2017 ingħataw 2,342 borża ta’ studju f’diversi livelli u suġġetti kif ukoll boroż ta’ studju għar-riċerka u innovazzjoni kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi għall-Unjoni Ewropea – applikazzjonijiet għal toroq rurali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta’ applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropea biex isiru toroq rurali? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx toroq li ġew approvati biex isiru b’dawn il-fondi u tindika liema huma?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-kumitat tal-għażla għall-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 għadu kemm iffinalizza s-selezzjoni tal-ewwel grupp ta’ Toroq. Il-Kunsilli Lokali rispettivi ser jiġu nfurmati bir-riżultati fil-ġranet li ġejjin.

Skola Primarja Żurrieq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux se jsiru xogħlijiet fl-iSkola Primarja taż-Żurrieq u jekk se jsiru meta se jkunu qed jibdew u jitlestew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskola Primarja taż-Żurrieq hija waħda mill-iskejjel li ġew identifikati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex isir proġett ta’ immodernizzar. Il-proġett mistenni jkun jinkludi wkoll tkabbir tal-iskola eżistenti u Child Day Care Centre. Il-pjanijiet fuq dan il-proġett identifikaw il-bżonnijiet tal-iskola u tħejja pjan kif il-binja eżistenti tista’ tiġi mmodifikata biex takkomoda dawn il-bżonnijiet. Preżentement qed jiġu finalizzati l-pjanti biex tiġi sottomessa applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett mistenni jkun mifrux fuq diversi snin.

Skola Primarja Birżebbuġa – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fl-iSkola Primarja ta’ Birżebbuġa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-iSkola Primarja ta’ Birżebbuġa minn Jannar 2017 huma: · Tikħil u tibjid tal-kmamar tat- toilets · Tikħil u tibjid ta’ kurituri · Tikħil u tibjid ta’ klassijiet · Installazzjoni ġdida ta’ seba’ tankijiet tal-ilma · Manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u xogħol konness · Manutenzjoni ta’ membrane · Qlugħ u twaħħil ta’ madum, toilets, sinkijiet u partitions tal-aluminju minn żewġ kmamar tat- toilet fl-ewwel sular · Tisbiħ tad-dħul tal-iskola u l-entratura ta’ ġewwa · Manutenzjoni ta’ dawl · Xogħol ta’ ġardinaġġ

Triq it-Tempesta fil-Qrendi u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba – spezzjonijiet u patrols fuq overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm qed isiru spezzjonijiet u patrols u dan fir-rigward ilmenti konsistenti ta’ każijiet ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba fejn bosta minn dawn l-ilmenti, dehru fil-media soċjali u anke saru lmenti lill-Pulizija mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi u mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2212.

Reserved Parking — persuni b'diżabilità - policies

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema policies jew regolamenti qed jiġu segwiti fl-evalwazzjoni ta' talbiet ta' reserved parking għall-persuni b'diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każi dwar min jikkwalifika għal Parkeġġ Riservat minħabba diżabbilta’, jidher quddiem Bord iffurmat minn TM u CRPD fejn tiġi segwita l-policy li għandha TM fir-rigward. Bħalissa l-Ministeru tiegħi flimkien mal-Ministeru Għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, qegħdin f’taħdidiet sabiex itejbu l-kriterji speċjalment fir-rigward ta’ Parkeġġ Riservat u personalizzat. L-intenzjoni tal-Policy hija biex sewwieq li għandu bżonnijiet speċjali u problemi severi ta’ mobilita’ jiġi mgħejjun jgħix ħajja iktar indipendenti.

Triq it-Tempesta (Qrendi) u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (Imqabba) – ilmenti fuq overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux qed isiru spezzjonijiet minħabba lmenti dwar każijiet regolari ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi wara l-ilmenti li rċeviet il-Pulizija dwar każijiet ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba, qed isiru spezzjonijiet regolari biex dawn l-abbużi jiġu eliminati. Fil-fatt diġà nħarġu numru ta' Traffic Offence Tickets, riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet fl-istess toroq.

Child Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April tal-2014, fl-2014 fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 (l-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Novembru) in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella: Sena Perjodu Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva Nru. totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva* Spiża (€ miljuni) 2014 1 Apr - 31 Dec 3,856 3,856 5.2 2015 1 Jan - 31 Dec 2,843 5,852 10.0 2016 1 Jan - 31 Dec 2,767 5,335 12.6 2017 1 Jan – 9 Nov 2,897 6,292 13.0 *Dan in-numru jinkludi n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena ta’ qabel.

Studenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv

Question

Kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-Gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fuq din il-miżura matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student u fis-sena skolastika 2017-2018 (minn Settembru sas-6 ta’ Novembru 2017) ibbenefikaw 3625 student. In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sas-6 ta’ Novembru 2017 kienet ta’ €2,406,714.93. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif hawn imniżżel f’din it-tabella: Sena Skolastika Nefqa 2014-2015 Ħlasijiet lill- Breakfast Coordinators €41,205.00 Hlasijiet lill- Supervisors li jieħdu ħsieb it-tfal €397,783.52 2015-2016 Ħlasijiet lill- Breakfast Coordinators €41,420.76 Hlasijiet lill- Supervisors li jieħdu ħsieb it-tfal €644,101.56 2016-2017 Settembru 2016 sa Ġunju 2017 Ħlasijiet lill- Breakfast Coordinators €50,413.92 Settembru 2016 sa Ġunju 2017 Hlasijiet lill- Supervisors li jieħdu ħsieb it-tfal €890,153.87 2017-2018 Settembru sa Novembru 2017 Hlasijiet lill- Breakfast Coordinators €1,704.00 April 2014 sa Novembru 2017 Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel €339,932.30 TOTAL €2,406,714.93

Studenti li rrepetew sena fil-kors u ngħataw l-istipendju xorta

Question

Kemm kien in-numru ta’ studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u xorta ngħataw l-istipendju matul l-2014, l-2015, l-2016 u matul din is-sena? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin 2014, 2015, 2016, u 2017 kienu kif ġej: Sena skolastika 2013/2014 Numru ta’ studenti: 1043 Nefqa total: €421,774 Sena skolastika 2014/2015 Numru ta’ studenti: 1031 Nefqa total: €702,320 Sena skolastika 2015/2016 Numru ta’ studenti: 976 Nefqa totali: €736,728 Sena skolastika 2016/2017 Numru ta’ studenti: 848 Nefqa total: €598,082 L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. L-ammont jista’ jvarja bi ftit peress li matul is-sena jkun hemm studenti li jirriżenjaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari.

Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobsplus li tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tista' tingħata fil-ġimgħatejn li ġejjin u dan peress li jonqoshom xi data. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. (Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL 779 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 58, tat-Tlieta 28 ta' Novembru 2017)

Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif dwar il-boroż ta’ studju li ngħataw minn Marzu 2013 sa Novembru 2017 taħt skemi amministrati mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri: Bejn Marzu 2013 sa Novembru 2017 Nru. ta’ boroż ta’ studju mogħtija Valur kumplessiv Malta Arts Scholarships Scheme (b’fondi lokali) 85 €250,000.00 fis-sena Malta Sport Scholarships Scheme (b’fondi lokali) 68 €120,000.00 fis-sena Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) 148 €900,000.00 fis-sena (bl-aħħar sejħa fl-2014) ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Kategorija B (b’fondi lokali) 178 €900,000.00 fis-sena (skema mnedija fl-2015) ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija A (b’fondi mill-EU) 655 €6,357,000.00 valur kumplessiv fuq perjodu ta’ 4 snin (skema mnedija fl-2015) REACH HIGH Scholars Programme – PostDoctoral Grants (b’fondi mill-EU) 16 €3,000,000 (3 miljuni)

L-Imqabba – Sqaq l-Isptar għal Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija – triq asfaltata

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 820, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispezzjoni li kellha ssir saritx, u meta se jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija qegħdha fuq l-lista ta’ prijoritajiet li bħala dettalji jiġu mħabbra aktar il-quddiem.

Ħal Luqa – Triq in-Noqor (Ħal Farruġ) – xogħlijiet ta’ resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq in-Noqor f’Ħal Farruġ, Ħal Luqa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija qegħdha fuq l-lista ta’ prijoritajiet li bħala dettalji jiġu mħabbra aktar il-quddiem.