Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa — Spezzjonijiet fuq il-kwalità tal-ilma tal-baħar fil-bajjiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il spezzjoni saret fir-rigward il-kwalità tal-ilma tal-baħar fil-bajjiet li hemm f’Birżebbuġa fis-sena 2016, fl-2017 u fl-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid x’kienu r-riżultati u jekk ittieħdux xi passi mid-Dipartiment tas-Sanità pubblika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti mill-monitoraġġ għal kwalita’ ta’ l-ilma baħar id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ ta’ sitt siti f’Birżebbuġia kif elenkati f’Tabella 1. Il-kampjuni jinġabru matul l-istaġun uffiċjali bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru, b’set kampjuni ħmistax il-ġurnata qabel jibda l-istaġun uffiċjali. Matul dan il-perjodu dawn il-kampjuni jinġabru kull ġimgħa. Tabella 1 Kodiċi tas-Sit Pożizzjoni tas-Sit Lokalita’ A 10 IL-QAJJENZA Birżebbuġia A 11 IL-BAJJA TA' SAN ĠORG (CACHIA ZAMMIT STR) Birżebbuġia A 12 IL-BAJJA TA' SAN ĠORG Birżebbuġia A 13 TRIQ IL-QALB IMQADDSA Birżebbuġia A 14 IL-BAJJA S-SABIĦA (R/H SIDE WATERPOLO PITCH) Birżebbuġia A 15 IL-BAJJA S-SABIĦA ( JETTY ON RIGHT HAND SIDE) Birżebbuġia Kull kampjun jiġi analizzat fil-laboratorju tad-Direttorat għal żewġ parametri ta’ mikrobi li huma enterokoċċi intestinali u Escherichia coli. Fl-aħħar tal-istaġun issir valutazzjoni u klassifikazzjoni tar-riżultati kollħa. Dawn il-ħames siti kklassifikaw matul is-snin mitluba hekk kif indikat f’tabella 2. Tabella 2 Kodiċi tas-Sit 2016 2017 2018 sat-tieni ġimgħa A 10 Eċċellenti Eċċellenti Eċċellenti A 11 Eċċellenti Eċċellenti Eċċellenti A 12 Eċċellenti Eċċellenti Tajba A 13 Eċċellenti Eċċellenti Eċċellenti A 14 Eċċellenti Eċċellenti Suffiċjenti A 15 Eċċellenti Eċċellenti Eċċellenti Meta għal xi raġuni bħal kontaminażżjoni minn dranaġġ, id-Direttorat għandu l-obbligu li jagħlaq dik iż-żona affetwata u jinforma lill-pubbliku kemm billi jwaħħal tabelli fil-post kif ukoll billi joħroġ stqarrija għall-istampa. Nixieq ninformah ukoll li dawn is-siti u wkoll fis-snin indikati qatt ma kellhom jiġu temporarjament magħluqa. L-informazzjoni kollha fuq il-kwalit’a tal-ilma baħar inkluż ir-riżultati kollha tista tinstab ukoll fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat. https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/EHRM/Pages/Bathing-Water-Programme-Data-Archive.aspx
Leg 13 PQ #6001 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Wied iż-Żurrieq – proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-pjanijiet dwar il-proġett maħsub għaż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet mal-istakeholders kollha kkonċernati sabiex wara jkun jista’ jiġi ffinaliżżat il-pjan.
Leg 13 PQ #6002 Sitting 127 2018-06-06 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Birżebbuġa — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti qed jiġu ppjanati fil-lokalità ta’ Birżebbuġa minn Projects Malta, Projects Plus u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern mistenni jħabbar il-pjani tiegħu b’rabta mall-ewwel fażi tal-proġett ta’ Birżebbuġa.

Bini ta’ units għal housing soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġu ppjanati li jinbnew units ta’ housing soċjali f’dawn il-lokalitajiet: a. Ħal Kirkop; b. Il-Qrendi; c. Iż-Żurrieq; d. Ħal Safi; e. Birżebbuġa; u f. L-Imqabba?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ units ta’ housing soċjali fl-imsemmija lokalitajiet huwa kif ġej ; · Ħal Kirkop – 149 units · Il-Qrendi - 86 units · Iż-Żurrieq – 53 units · Ħal Safi, Birżebbuġa u l-Imqabba, fil-mument xejn.

Ħal Farruġ – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi timponix kundizzjonijiet biex siġar li jkollhom jinqalgħu minħabba proġetti infrastrutturali li jkunu se jsiru, jiġu mħawla f’postijiet oħra jew jitħawlu siġar oħra minflokhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi timponi diversi kundizzjonijiet f’permessi għall-qlugħ ta’ siġar, fosthom kundizzjoni li s-siġar ikunu trapjantati fejn hu possibbli (skont l-ispeċi ta’ siġar u l-età tagħhom) jew inkella s-siġar jiġu kkumpensati b’numru ta’ siġar indiġeni skont linji gwida mill-ERA. L-ERA wkoll timponi garanziji bankarji sabiex dawn il-kundizzjonijiet u oħrajn imposti jiġu mħarsa mill-persuna fil-pussess tal-permess.

Birżebbuġa – estenzjoni tal-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett għat-tkabbir tal-librerija pubblika f’Birżebbuġa huwiex qed jiġi kkunsidrat u hemmx pjanijiet biex dan jitwettaq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-entità Malta Libraries bħalissa qegħdha f’taħdidiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-possibiltà ta' tkabbir tal-librerija pubblika f’Birżebbuġa.

L-Imqabba – proġett kontra l-għargħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar fl-Imqabba? X’passi ttieħdu s’issa? Dan jinkludi wkoll ix-xogħlijiet meħtieġa għaż-żona tal-ġibjun fl-Imqabba?

Response (BORG, IAN)

Il-proġett kontra l-għargħar fl-Imqabba jikkonsisti f’sistema li tiġbor l-ilma tax-xita minn Triq Karmenu Ciantar u Triq Xandru Farrugia u twasslu f’ġibjun li ser jinbena f’sit fi Triq Ġanni Darmanin. Barra minhekk, l-overflow tal-ġibjun eżistenti fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija ser ukoll jkun imqabbad mal-ġibjun il-ġdid. Ninsab informat li s-sejħa għall-offerti biex jinbnew il-gradilji (catchment pits) u jitqiegħdu l-katusi fit-toroq imsemmija ġiet ippreparata u qiegħda d-Dipartiment tal-Kuntratti biex tiġi ppubblikata. Qiegħda ssir ukoll l-investigazzjoni tal-blat fis-sit fejn ser jinbena l-ġibjun biex ikun jista’ jiġi ppreparat id-disinn strutturali tiegħu.

Freeport – regolamenti għal vapuri – użu ta’ enerġija elettrika shore to ship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiddaħħlu regolamenti biex vapuri li jidħlu fil-Freeport jibdew jużaw enerġija elettrika shore to ship biex b’hekk jintfew il-generators tal-vapuri bir-riżultat li jonqos il-livell tal-ħoss li l-vapuri jiġġeneraw waqt li jkunu fil-port?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà sar studju, bil-fondi ERDF, għall-portijiet Maltin li jismu “Feasibility Study into the possibility of shore electrical supply for berthing vessels within Maltese Harbours” Dan l-istudju huwa marbut mal-pjan tal-implimentazzjoni abbażi tad-Direttiva 2014/94/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi. L-Artiklu 4 ta’ din id-Direttiva jgħid:L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħtieġa għall-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti f’passaġġi tal-ilma interni jew vapuri tat-tbaħħir f’portijiet marittimi u interni tkun ivvalutata fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom. Tali provvista tal-elettriku max-xatt għandha tiġi installata bħala prijorità fil-portijiet tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T, u f’portijiet oħra, sal-31 ta’ Diċembru 2025, dment li ma jkun hemm l-ebda domanda u l-ispejjeż ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali. F’dan ir rigward, inbdew diskussjonijiet mal-partijiet interessati, fosthom l-Enemalta u l-Freeport, sabiex jiġu deċiżi l-viabilità u l-passi li jmiss. F’dan l-istadju, però, għad m’hemmx informazzjoni konklussiva.

Birżebbuġa – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Birżebbuġa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi għaddej bi pjanijiet sabiex żona fil-limiti ta’ Birżebbuġa tinbidel f’żona ta’ afforestazzjoni.

Ħal Kirkop – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Ħal Safi – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità ta’ Ħal Safi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Iż-Żurrieq – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità taż-Żurrieq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.

Il-Qrendi – pjan ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta’ afforestazzjoni fil-lokalità tal-Qrendi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm f’dan l-istadju l-Gvern m’għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija, riċentament sar xogħol ta’ tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ u tindif ta’ żona ġewwa l-Qrendi, bħala assistenza lill-Kunsill Lokali, fejn fiha tħawlu madwar 120 siġra indiġena bħala parti minn pjan ta’ afforestazzjoni li jsir mid-Direttorat tal-PARKS u Inizjattivi.

Birżebbuġa – proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fil-Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fil-Housing Estates f’Birżebbuġa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia bbenefika mill-iskema 2 – Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern fl-2015 b’4 blokki. Il-blokok li bbenefikaw minn skema 2 huma; · Blk A, Triq San Ġwann · Blk B, Triq San Franġisk · Blk C, Housing Estate · Blk D, Triq San Ġwann Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi ffirmat ukoll il-ftehim ma’ Blokk 2, Triq tal-Ġebel, Birżebbuġa.

Ħal Kirkop – proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fil-Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fil-Housing Estates f’Ħal Kirkop?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop ibbenefika mill-iskema 2 – Manutenzjoni tal-Komun fil-Binjiet tal-Gvern b’4 blokki fl-2016 u 2 blokki fl-2017. Preżentament għadu għaddej ix-xogħol fuq l-aħħar żewġ blokki; · Blk B, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir, Kirkop – ix-xogħol kważi lest · Blk E, Qasam tal-Menħir, Kirkop – ix-xogħol għadu għaddej. Il-Blokki kollha imsemmija li bbenefikaw taħt Skema 2 huma ; · Blk 1, Triq Danny Cremona · Blk 3, binja Ġublew tal-Fidda 1964 – 1989 · Blk 4, Binja Karwija · Blk B, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir · Blk D, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir · Blk E, Qasam tal-Menħir.

Żurrieq – proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fil-Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ fuq binjiet tal-Housing fiż-Żurrieq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ibbenefika mill-Iskema 2 – Manutenzjoni tal-Komun fil-Binjiet tal-Gvern b’4 blokki fl-2015 u blokka waħda fl-2016. Preżentament għadu għaddej ix-xogħol f’Ent A, Binja Nigret, Triq il-Widnet il-Baħar, Zurrieq fejn ix-xogħol wasal fil-fażi finali. 4 blokki oħra ser ikunu qed jibbenefikaw mill-iskema tal-ERDF. Il-blokok kollha li pparteċipaw taħt Skema 2 huma ; · Blk B, Binja Nigret, Żurrieq · Blk 1, Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Żurrieq · Ent D, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq · Ent C, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq · Ent A, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq Mill-banda l-oħra, l-blokok li ser ikunu qed jipparteċipaw taħt l-iskema ERDF huma ; · Blk B, Triq Xandru D’Amato, Żurrieq · Blk G, Wesgħa Franġisk Buġeja, Żurrieq · Blk C, Triq Wied Babu, Żurrieq · Blk E, Triq Wied Babu, Żurrieq