Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età? Jista’ jgħid kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u kemm e-books, maqsuma skont l-età? X’inizjattivi qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija huwa kif ġej:
Kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età
Kategorija
Numru ta’ persuni
Żgħar (0-12)
50,219
Intermedji (13-17)
16,225
Adulti (18+)
72,210
Total
138,654
Kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età
Kategorija
2015 - 2018
Żgħar (0-12)
19,810
Intermedji (13-17)
5,303
Adulti (18+)
27,618
Total
52,731
Is-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bdiet fis-seħħ fl-aħħar tal-2014 u allura l-informazzjoni pprovduta hija għall-aħħar erba’ snin.
Kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u kemm e-books, maqsuma skont l-età
In-numru ta’ kotba fil-format stampat mislufa fl-2018 jammonta għal 1,011,657.
Kategorija
Numru ta’ kotba mislufa
Żgħar (0-12)
643,708
Intermedji (13-17)
27,283
Adulti (18+)
340,666
Total
1,011,657
In-numru ta’ talking books mislufa fl-2018 jammonta għal 2,489 filwaqt li n-numru ta’ ebooks mislufa fl-2018 jammonta għal 8,200. Dawn il-kategoriji mhux possibbli jinqasmu skont l-età.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-inizjattivi li qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi huma kif se nsemmi:
· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sezzjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.
· Qed inkomplu ninvestu wkoll f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
· Sar ftehim mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
· Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
· Provdejna sapport kontinwu lil librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lil komunità.
· Qed isir iktar investiment f’attivitajiet varji fil-libreriji li jinkludu letteratura klassika Griega, drama, mużika, coding u arti fost oħrajn.
Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tikkonkludi l-kuntratti ta’ fidi ta’ ċens in rigward l-applikazzjonijiet imressqa minn persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-dettalji tal-kuntratt ma jistgħux jingħataw hekk kif din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistgħax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi konċernati.
Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi – Ħal Far – duħħan abjad
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7809, jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra, f’każijiet ta’ rapporti dwar duħħan bħal dawn, x’tip ta’ spezzjonijiet jew eżamijiet isiru min-naħa tal-Awtorità kompetenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati proġetti ta’ afforestazzjoni f’Ħal Far?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li preżentament għaddej stħarrig biex nidentifikaw żona fil-limiti ta’ Ħal Far fejn jista' jsir intervent ta’ afforestazzjoni li tkun miftuħa għal pubbliku. Dan l-istħarrig qed jara wkoll t-titoli tal-art u jekk hemmx xi pjanijiet li jsiru xi proġetti f’din iż-żona.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm art okkupata minn fabbriki f’Ħal Far? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm art li hija meqjusa bħala industrial area f’Ħal Far? Jista’ jindika permezz ta’ pjanti, liema art hija meqjusa industrijali, liema art hija vakanti u liema art hija okkupata b’fabbriki?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq se jkunu qegħdin isiru mill-Aġenzija Insfrastruttura Malta matul is-sena 2019 fil-lokalità tal-Imqabba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, aktar kmieni din is-sena din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġa ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. F’din l-ewwel lista hemm Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq Ġdida fi Triq Innocenzju, fl-Imqabba. Sejħiet għall-offerti oħra għall-bini ta’ aktar toroq fl-2019 ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex maħsub li jinħarġu skemi biex is-sidien ta’ djar residenzjali soġġetti għal ċens temporanju a favur il-Gvern jew lill-uffiċċju konġunt, ikunu jistgħu jifdu dan iċ-ċens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsieb tal-Gvern jibqa’ dak li ngħinu kemm nistgħu persuni jsiru sidien ta’ darhom. Filwaqt li diġa’ ninsabu avvanzati ferm biex dawk li jgħixu fi djar b’ċens li skada jew ser jiskadi jkollhom is-serħan il-moħħ meħtieġ permezz ta’ ħruġ ta’ skema li tindirizza dan, l-Awtorita’ tal-Artijiet tinsab impenjata tevalwa l-possibiltajiet kollha, inkluż l-impatt anke fuq is-suq tal-propjeta’ u l-istock tal-propjeta’ tal-Gvern ġaladarba jinħarġu skemi li jagħtu l-opportunita’ tal-fidi ta’ ċnus temporanji residenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq Mons. Spiru Penza f’Birżebbuġa hux se tkun qed tingħata wiċċ bl-asfalt u hemmx pjan sabiex din it-triq li sal-lum hija maqsuma f’żewġ partijiet, titniffed billi tkompli tinfetaħ kif inhu mfassal?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta bdiet proġett biex tibni t-triq indikata, li partijiet minnha qatt ma kienu saru qabel, fil-ġimgħat li għaddew. Ix-xogħol li għaddej bħalissa jinkludi t-tqegħid ta’ sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni taħt il-livell tat-triq, il-bini ta’ bankini u tħaffir tal-materjal eżistenti sabiex jinbnew pedamenti ġodda u aktar b’saħħithom. Finalment, fuq dawn il-pedamenti, jitqiegħed il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt.
Il-proġett jinkludi l-bini tal-partijiet tat-triq fejn diġa nbnew il-propjetajiet mal-ġnub tagħha. Infrastructure Malta tkun tista’ tkompli l-bini ta’ din it-triq biex tinfed minn naħa għall-oħra meta l-art li fuqha huwa ppjanat li ssir tiġi żviluppata mis-sidien tagħha. Meta jsir dan l-iżvilupp, is-sidien ikunu wkoll obbligati jiffurmaw id-disinn tat-triq skont livelli u pjanti deċiżi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex gradwalment ittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Din is-sena, din l-aġenzija diġa qed tibni mill-ġdid għadd ta’ toroq arterjali, residenzjali u rurali. Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbru wkoll l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li fis-snin li ġejjin ikollna qabża kbira ‘l fuq fil-kwalità tat-toroq ta’ pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ f’Birżebbuġa u meta dawn ix-xogħlijiet huma maħsuba li jinbdew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm xogħlijiet ippjanati biex tittejjeb is-sistema tad-drenaġġ ġewwa Birżebbuġa, liema xogħlijiet diġa bdew fl-inħawi ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa. B’din l-inizjattiva, mhux biss ser tissaħħaħ is-sistema biex tlaħħaq aħjar mat-tkabbir fl-ekonomija u popolazzjoni, imma ukoll ser taċċerta li l-ibħra fil-viċinanzi jkunu ta’ kwalita eċċellenti u jitnaqqas ukoll l-influss tal-ilma baħar fis-sistema tad-drenaġġ.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta huwa mistenni li jsir ix-xogħol ippjanat fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Valletta Ħal Kirkop?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol hu maħsub li jsir matul is-sena d-dieħla. B’din l-inizjattiva ser naċċertaw li s-sistema tad-drenaġġ ser tkopri mat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex wasal il-proċess għall-għoti ta’ tenders in konnessjoni mal-proġett ta’ rijabilitazzjoni ta’ Wied Fulija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess dwar l-għoti tat-tender għax-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni ta’ Wied Fulija qiegħed jiġi konkluż. It-tender ħareġ fuq is-suq fix-xhur li għaddew u l-evalwazzjoni ta’ l-offerti ġiet konkluża. Bħalissa id-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed jiffinalizza l-kuntratt tax-xogħol sabiex ikun jista jiġi ffirmat fil-ġranet li ġejjin.
Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi – Ħal Far – duħħan abjad
Question
B'referenza għar-rapporti li dehru f'dawn l-aħħar ġranet b’mod partikolari fil-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali u li nġabu għall-attenzjoni tal-Awtorità dwar duħħan bajdani fiż-żona ta’ Ħal Far, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fiż-żona ta’ Ħal Far? Jekk saru jista’ jgħid minn fejn kienet qiegħda toriġina? Jista’ jgħid x'irriżulta li kienet din is-sħaba? Ittieħdu passi ulterjuri mill-Awtorità rigward is-sors ta’ din id-daħna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet rapporti dwar duħħan abjad fiż-żona ta’ Ħal-Far, li wara stħarriġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rriżulta li kien ħiereġ miċ-ċumnija ta' faċilità privata.
Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw din il-Faċilità iktar minn darba f’dawn l-aħħar ġimgħatejn, fejn ġie kkonfermat li dan id-duħħan abjad hu filfatt fwar iġġenerat mill-proċess tal-produzzjoni tat-tarmac. L-Awtorità ġiet infurmata li f’dawn l-aħħar ġimgħat din il-faċilità qiegħda taħdem lejl u nhar sabiex jilħqu mad-domanda tat-tarmac minħabba d-diversi xogħolijiet fit-toroq fil-gżejjer Maltin. Dan il-fwar huwa parti mill-proċess tal-ġenerazzjoni tat-tarmac u ma jikser ebda regolament, għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tieħu passi ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjanijiet għat-tkabbir tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule hemmx pjanijiet biex issir binja biex isservi bħala residenza għal każijiet inqas akuti u b’hekk jiżdiedu l-postijiet fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-investiment li qed isir ġewwa ir-Residenza San Vinċenz de Paule, huwa mmirat għal residenti b’livell ta’ dipendenza għolja. Diġà jeżistu numru ta’ residenzi fin-naħa t’isfel ta’ Malta għal dipendenza fuq livell inqas akut.
Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi fil-komunità qed jiġu offruti biex aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizzi fil-komunità li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità joffri, huma ;
• Għajnuna fid-Dar (
Home Help
)
• Servizz ta’
Handyman
• Servizz ta’ Kontinenza
•
Telephone Rent Rebate
• Ċentri ta’ Anzjanità Attiva
•
Meals on Wheels
•
Telecare+
•
Night Shelters
•
Social Work
• Servizz ta’
Respite
•
Domicilliary Nursing/Caring
•
Dementia Intervention Team
•
Dementia Activity Centre
•
Carer at Home
• Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunita`
•
Respite at Home
• Servizz ta’
Occupational Therapy
• Servizz ta’ Fiżjoterapista
• Servizz ta’ Podjatrija
Aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi tinsab fis-sit eletroniku, www.activeageing.gov.mt fejn hemm il-lista ta’ servizzi, nformazzjoni fuq kull servizz, kif ukoll dettalji ta’ kif tista’ tibbenifika mis-servizzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal reġistru ta’ titolu ġew sottomessi lir-Reġistru tal-Art mis-sena 2010 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet u kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu pproċessati?
Response (BORG, IAN)
In-numru ta’ applikazzjonijiet għal reġistru ta’ titolu li ġew sottomessi għall-perjodu mis-sena 2010 sal-31 ta’ Mejju 2018, huwa ta’ 34,549. Minn dan in-numru ta’ applikazzjonijiet, in-numru li ġew approvati huwa ta’ 31,344 filwaqt li n-numru ta’ applikazzjonijiet li ma’ ġewx approvati huwa ta’ 3,205.
Irid jiġi kjarifikat li t-3,205 applikazzjoni li ma ġewx approvati huwa dovut prinċiparjament għall-fatt li ġie mitlub lill-applikant dokumentazzjoni ulterjuri, inkluż pjanti, evidenza, korrezzjonijiet u materjal ieħor u/jew informazzjoni, u li sal-lum għadhom ma’ ġewx ippreżentati lid-Dipartiment.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija lil xi entità privata f’xi sit biswit il-Forti Ricasoli? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll meta ngħatat din il-konċessjoni, x’kienu l-kundizzjonijiet li ngħataw, kif ukoll x’inhu l-użu li qed isir minn tali konċessjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li konċessjonijiet mogħtija biswit il-Forti Ricasoli jinkludu primarjament:
· Ċens temporanju, għal tletin sena, revedibbli kull ħames snin lil Ricasoli Port Facility sa mill-4 ta’ Jannar 2013;
· Propjetà allokata lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li skond l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445), għamel att ta’ kurazija permezz ta’ att pubbliku ma’ Fondazzjoni Wirt Artna;
· Ċens temporanju mgħoti lill-Mediterranean Film Studios Ltd., għal-ħamsa u sittin sena, illi, permezz ta’ rikors għat-talba ta’ ritrattazzjoni tal-appell numru 724/2005, il-Qorti tal-Appell laqgħet it-talba tal-Kummissarju tal-Artijiet sabiex il-kumpanija tiżgombra mill-post okkupat minnha u l-art tiġi ritornata lura lill-Kummissarju tal-Artijiet u li l-konċessjoni enfitewtika tiġi rexissa.
Wasteserve – faċilità ta’ Civic Amenity f’Ħal Far, limiti ta’ Birżebbuġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Wasteserve għall-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far limiti ta’ Birżebbuġa? Hemm xi ħsieb ta’ estensjoni ta’ servizzi? Jekk hemm estensjoni kemm huwa d-daqs u x’tip ta’ attività qed tiġi ppjanata? Sar xi studju dwar l-impatt possibbli fuq il-madwar u hemm xi pjani biex jekk hemm impatt ikun imnaqqas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv m’għandhiex ħsieb ta’ estensjoni fil-faċilità ta’ Civic Amenity Site li hemm f’Ħal Far. Permezz tal-applikazzjoni PA 3123/18 il-Wasteserv qegħda tippjana faċilità primarjament ta’ transfer station fejn l-għan ewlieni huwa dak li jinġabar u jiġi proċessat materjal bħal injam, gypsum u skart ieħor elettroniku. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li dak il-materjal elettroniku li llum huwa miżmum fil-miftuħ, dan jibda jiġi miżmum taħt l-art.
Għal fini ta’ kjarezza mhiex l-intenzjoni tal-Wasteserv li din il-faċilità isservi bħala rilokazzjoni tal-faċilità tal-
Material Recovery Facility
(MRF) li kien hemm f’Sant’ Antnin.
Din l-applikazzjoni ser tkun qed issegwi l-proċessi kollha mitluba mill-Awtoritajiet kollha kkonċernati inkluż tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ambjent għamlitx spezzjonijiet fil-Freeport sabiex tara li l-operational permit hux qed jiġi osservat? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport u x’passi ttieħdu dwar ħsejjes eċċessivi fl-operat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Compliance & Enforcement Unit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) ma rċiviet l-ebda rapport ta’ lment rigward l-operat tal-Port Ħieles fl-elfejn u tmintax (2018).
Madankollu l-ERA, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Birżebbuġa Action Group u tal-Kunsill Lokali, jiltaqgħu ta’ kull xahar ma’ rappreżentanti tal-Freeport, f’dak li jissejjaħ l-
Environment Management Committee
. Kundizzjoni speċifika fil-Permess Ambjentali li jirregola l-operat tal-Port Ħieles (EP 0033/09), teżiġi li jkun hemm dan il-Kumitat.
F’dawn il-laqgħat, jiġu diskussi, fost affarijiet oħra, diversi ġeneri ta’ rapporti, inkluż ta’ ħsejjes eċċessivi, li jsiru mir-residenti tal-madwar li jilmentaw direttament mal-Freeport minħabba l-operat, u jiġu spjegati u diskussi l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Freeport biex jindirizzaw il-materji li jitqajmu.
Ta’ min jingħad ukoll li diġà ttieħdu varji miżuri sabiex jitnaqqsu il-ħsejjes relatati mal-operat tal Freeport, billi tnaqqsu l-livelli ta’ ħoss tal-‘alarms’ ta’ ‘
Rubber Tyre Gantries’
u ta’ ‘
quay cranes
’, qiegħed jiġi implimentat l-użu ta’
white noise
, qed jtneħħew it-‘
turning pads
’ tar-‘
Rubber Tyre
Gantries
’ li jikkawżaw ħafna ħsejjes, kif ukoll qed jitneħħew sorsi oħrajn li jikkawżaw ħsejjes madwar il-Port Ħieles. L-operatur għadu qed janalizza metodi oħrajn ġodda biex jara kif jista’ jimmitiga iktar dawn il-ħsejjes mingħajr ma jikkomprometti s-sigurtà tal-ħaddiema.