Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-WasteServe ħaditx passi mis-sena 2014 ‘l hinn fir-riabilitazzjoni ta’ Wied Fulija fiż-Żurrieq fejn kien hemm il-miżbla u li sas-sena 2009 kien hemm rapport li kien qed jintrema materjal fih?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv ħejjiet sejħa għas-servizzi sabiex tibda bl-ipjanar tar-rijabilitazzjoni ta din il-landfill. Dan il-kuntratt għadu kif ġie iffirmat u l-proċess tal-applikazzjoni għal-ogħtja tal-fondi, u permess tal-Planning Authority, beda. La darba ikun approvat il-permess u fondi mil-Unjoni Ewropea, tinħareg sejħa għax-xogħlijiet.
Birżebbuġa – gas cylinder filling facility fil-Qajjenza u tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf il-Kamra xi pjani hemm għas-sit fejn kien hemm il-gas cylinder filling facility fil-Qajjenza Birżebbuġa u xi pjani hemm għas-sit fejn hemm it-tankijiet tal-fjuwil 31 ta’ Marzu f’Birżebbuga issa li dawn it-tankijiet qegħdin jitneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
L-impjant tal-gass fil-Qajjenza ġie decommissioned fl-2013 u żżarma fis-snin li għaddew. L-impjant 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa beda jiġi żarmat din is-sena u mistenni jitlesta fis-snin li ġejjin, meta jieqaf jintuża kompletament.
Enemalta plc qed tevalwa x’inhu l-aħjar użu li tista’ tagħmel minn dawn is-siti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu biex jitneħħew l-inkonvenjent li qed joħloq il-Ġibjun tal-Imqabba li hemm biswit il-by-pass tal-Imqabba u dan fid-dawl li meta dan il-ġibjun jimtela’, l-ilma qiegħed jispiċċa fi proprjetajiet privati?
Ġenituri akkużati li naqqsu li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li naqqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kif ukoll jgħarraf lill-Kamra x’passi qed jittieħdu biex l-assentejiżmu mill-iskejjel jonqos?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġenituri li ġew akkużati li naqsu li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kienu kif ġej:
Sena Skolastika 2013 - 2014
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
Gozo College
19
Maria Regina College
186
St. Benedict College
90
St. Clare College
129
St. Gorg Preca College
498
St. Ignatius College
170
St. Margaret College
223
St. Nicholas College
40
St. Theresa College
130
St. Thomas More College
111
St Patrick Salesians
3
Total
1599
Sena Skolastika 2014 - 2015
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
Gozo College
13
Maria Regina College
217
St. Benedict College
64
St. Clare College
87
St. Gorg Preca College
268
St. Ignatius College
214
St. Margaret College
132
St. Nicholas College
33
St. Theresa College
109
St. Thomas More College
153
St Patrick Salesians
4
Total
1294
Sena Skolastika 2015 - 2016
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
ALP
38
Gozo College
24
Maria Regina College
177
St. Benedict College
42
St. Clare College
143
St. Gorg Preca College
187
St. Ignatius College
124
St. Margaret College
128
St. Nicholas College
39
St. Theresa College
58
St. Thomas More College
177
St Patrick Salesians
7
National Sports School
2
Total
1146
Dawn huma l-passi li qed jittieħdu biex l-assentejiżmu mill-iskejjel tal-Istat jonqos:
1. Monitoraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-
E1 platform
mill-ħaddiema soċjali.
2. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari.
3. Moniteraġġ kull xahar mill-
Principal Social Worker
u s-
Senior Social Worker
tal-interventi li jsiru mill-ħaddiema soċjali ma’ dawn l-istudenti u l-familji tagħhom.
4. Komunikazzjoni kontinwa bejn id-Direttur tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel u l-
Principal Social Worker
dwar il-ħidma tal-ħaddiema soċjali kif ukoll evalwazzjoni tad-data maħruġa mis-SIS kull term tal-attendenza tal-istudenti kollha.
5. Introduzzjoni tal-
Medical Certificate Record Card
għal kull student minn Novembru 2014 u monitoraġġ regolari ta’ ċertifikati mediċi.
6. Involviment tal-
Learning Zones
mat-tfal li huma f’riskju li jfallu.
7. L-
Alternative Learning Programme
li jiġi provdut għal studenti li huma fil-Form 5 li huma batuti akkademikament u anke ma jattendux l-iskola regolari jew xejn.
8. L-introduzzjoni tal-Miżura tal-Baġit 88 li permezz tagħha sal-aħħar tas-sena 2017 ser titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ 700 student b’diffikultajiet. Dan is-servizz ser jibda billi jingħata lil tfal bejn it-3 u l-10 snin. Is-servizz ser itejjeb l-esperjenza edukattiva ta’ dawn l-istudenti u ser ikun wieħed personalizzat fejn il-bżonnijiet tal-istudent partikolari jibdew jiġu indirizzati b’mod iffukat, speċifiku u ħolistiku.
9. Disseminazzjoni kontinwa fil-Kulleġġi mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali,
Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
10. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali biex tissaħħaħ il-ħidma ħolistika ma’ dawn l-istudenti u l-familji tagħhom.
11. Miżuri legali:
a. Tinżamm komunikazzjoni regolari mal-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali li tippresiedi l-kawżi dwar l-assentejiżmu. Il-ħaddiema soċjali jattendu għal kull seduta tat-tribunal u jipprovdu informazzjoni dwar l-istudent/a lill-Kummissarju.
b. Involviment tal-Korp tal-Pulizija biex jassistu lill-ħaddiema soċjali biex jintlaħqu ġenituri li mhux qed jikkollaboraw.
ċ. Ġew preżentati emendi fil-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 biex jintlaħqu studenti li l-ġenituri tagħhom ma jikkollaborawx mal-iskola u l-professjonisti.
Ma’ dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-ħaddiema soċjali skont in-natura tal-każ.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm studenti li qegħdin jattendu l-Johann Strauss School of Music? Xi pjani hemm għal din l-iskola fil-futur u hemmx ħsieb li t-tagħlim tagħha jinfirex madwar Malta possibilment bl-użu tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qegħdin jattendu l-Johann Strauss School of Music hu ta' 794.
L-iskola qed timmira li twassal lil kull student fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss għall-ogħla livell f’daqq profiċjenti, eżekuzzjoni, kreattività, u musicianship, permezz ta’ numru ta’ programmi mużikali stimulanti, effettivi u individwali, kif ukoll permezz ta’ opportunitajiet distintivi.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x’passi hemm ippjanati li jittieħdu biex tiġi indirizzata problema rikorrenti ta’ overflow ta’ drenaġġ fi Triq Valletta Ħal Kirkop dwar liema problema ilha tinġibed l-attenzjoni tal-awtorità responsabbli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddisinjat soluzzjoni għal din il-problema ġewwa Triq Valletta, Ħal Kirkop u ser tkun qed tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji fiż-żmien li ġej.
Wied iż-Żurrieq — pjanijiet għal tisbiħ u upgrading tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għat-tisbiħ u upgrading tal-faċilitajiet u ż-żona ta' Wied iż-Żurrieq bħala żona turistika li qed tattira numru dejjem jikber ta' turisti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Foundation for Tourism Zone Development ser ikun qed jikkonsulta dwar l-upgrade meħtieġ għal dan is-sit importanti.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra xi pjanijiet hemm għal postijiet addizzjonali f’residenzi tal-anzjani biex ikunu pprovduti mid-Dipartiment tal-Anzjani inkluż ir-residenza San Vinċenz għas-snin 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hemm diversi pjanijiet għal postijiet addizzjonali f'residenzi tal-anzjani f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.
Huwa ppjanat li dawn il-postijiet addizzjonali joffru servizzi varji innovattivi inkluż servizzi speċjalizzati fil-kura tad-dimensja.