Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2498 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-aktar persuna anzjana

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-aktar kunsillier/a anzjan f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, ma jinżammux records ta’ informazzjoni personali tal-Kunsillieri, inkluża d-data tat-twelid.
Leg 11 PQ #2486 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Courses/Taħriġ

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu il-kunsilli lokali, kemm saru courses/taħriġ għall-kunsilliera? F’liema sena? Kemm attendew kunsilliera għal kull course/taħriġ ta’ kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-courses u seminars li saru lill-Kunsillieri mill-1994 sallum.
Leg 11 PQ #2488 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riforma

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistennija li tkun kkonklużiva ir-riforma tal-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li tkun implementata r-riforma ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-gvern lokali wasal f’fażi avvanzata ħafna u mistenni jiġi konkluż f’Novembru 2008. Wara, tkun trid issir evalwazzjoni tas-suġġerimenti kollha li jkunu daħlu. Hu mistenni illi l-proċess kollu jkun konkluż fil-bidu tas-sena l-ġdida fejn ikunu jistgħu jibdew jiġu implimentati d-diversi riformi fil-leġislazzjoni, l-proċeduri u policies li jirregolaw l-operat tal-gvern lokali.
Leg 11 PQ #2598 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Reviżjoni tal-formula tal-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika dwar il-kunsilli lokali u persważ li l-finanzjament ser jinkwadra f’din ir-riforma. Wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Gvern jibda jevalwa s-suġġerimenti li finalment iwasslu għar-riforma.
Leg 11 PQ #2489 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Viżjoni tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’inhi il-viżjoni tal-Gvern vis-à-vis il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-viżjoni tal-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali tibqa’ msejsa fuq il-prinċipji ta’ sussidjaretà, solidarjetà u sostenibbiltà. Dawn il-prinċipji jridu jissarfu f’dak li hu l-għan ta’ kull gvern kemm ċentrali kif ukoll lokali, jiġifieri f’ħajja aħjar għaċ-ċittadin. F’għeluq il-ħmistax-il sena mill-introduzzjoni tal-Gvern Lokali, ħassejt li ken wasal iż-żmien biex naraw jekk dan il-għan hux qed jintlaħaq bl-iktar mod effiċjenti u effikaċi. Għalhekk, bħalissa qed isir proċess ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal għal riforma fit-tħaddim tal-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #2490 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Mudell ġdid ta' performance evaluation

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li biex jassigura lill-kunsilli lokali jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom b’mod effettiv jintroduċi mudell ġdid ta’ Performance Evaluation?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tal-Kunsilli Lokali diġà tipprovdi li sabiex ikunu evalwati l-effiċjenza, ekonomija u l-effettività ta’ l-operat tal-Kunsilli Lokali jintużaw indikaturi. Sal-lum qed jintużaw żewġ indikaturi: wieħed biex ikejjel l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi (Rapport dwar l-Effiċjenza) u l-ieħor dwar il-qagħda finanzjarja ta’ kull Kunsill li ssir kull erba’ xhur (Financial Situation Indicator). Hemm il-ħsieb li dawn il- Performance Indicators jiżdiedu sabiex l-evalwazzjoni ta’ l-operat ta’ kull Kunsill Lokali issir b’mod aktar wiesa’. Għal dan il-għan, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali diġà għamel it-talba għall-assistenza mis- Centre of Expertise for Local Government Reform tal-Kunsill tal-Ewropa, li minn naħa tagħhom aċċettaw li jassistu f’dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #2499 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li servew f aktar minn kunsill lokali wieħed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilliera li servew f'aktar minn kunsill lokali wieħed? Min huma? F’liema kunsilli lokali servew bħala kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni disponibbli hi dwar il-ħatra tal-Kunsillieri f’kull Kunsill Lokali, u ċioè l-informazzjoni hi abbinata mal-Kunsill Lokali u mhux ma’ l-individwu. Sabiex tingħata din l-informazzjoni irid isir eżerċizzju laborjuż fejn jiġu ivverifikati l-Kunsillieri kollha eletti f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Ma naħsibx li jkun ġust li riżorsi tal-Gvern għandhom jintużaw fuq ġbir ta’ din l-informazzjoni sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jispeċifikax il-ħtieġa għaliha.

Żvilupp Rurali — Green Cores

Question

Jista’ il-Ministru jispjega għal liema raġuni qatt ma ġie propost mill-Ministeru tiegħu sabiex isiru l-green cores fil-qalba ta’ l-irħula f’Malta u f'Għawdex bħala parti mill-iżvilupp rurali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-programm ta’ żvilupp rurali ffinanzjat mill-U.E. hemm miżura maħsuba biex jiġu ffinanzjati numru ta’ proġetti li jinkoraġġixxu t-turiżmu f’dawn iz-zoni rurali, inkluż il-qalba ta’ villaġġi li huma f’areas rurali. Għalhekk, il- green cores li qed jirreferi għalihom l-Onor Membru huma waħda mill-azzjonijiet maħsuba li jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ proġetti iktar mifruxa u integrati.
Leg 11 PQ #2659 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2660 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner

Question

Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2663 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tat-Turiżmu — Tindif f'lokalitajiet turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2666 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wardens — Ċittazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-llum mill-wardens,xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet u għal liema raġuni twaħħlu dawn iċ-ċittazzjoniet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn Lulju sa Settembru 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward is-sena 2007 u x-xhur Jannar – Ġunju 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġibiet tiegħi għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 263 u 2711.
Leg 11 PQ #2667 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wardens — Ċittazzjonijiet meħlusa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew meħlusa ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-lum, li kienu ġew mogħtija mill-wardens, xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet weħlu iċ-ċittazjoniet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2668 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Green Wardens — Skart fil-weekends

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2499 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li servew f aktar minn kunsill lokali wieħed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilliera li servew f'aktar minn kunsill lokali wieħed? Min huma? F’liema kunsilli lokali servew bħala kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2597 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Lokali — Shared taxation

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-hsieb li jikkonsidra fil-futur il-principju ta’ shared taxation biex imbagħad jiżdiedu l-funzjonijiet tal-gvern lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prinċipju ta’ shared taxation hu wieħed mid-diversi proposti li saru fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan ifisser li hemm proposti oħra li saru fil-kuntest ta’ metodi oħra ta’ finanzjament indirett lill-Kunsilli Lokali. F’dan l-istadju, u peress li l-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej, għad mhemmx deċiżjoni dwar liema miżuri fiskali ser jiġu adottati fir-riforma.
Leg 11 PQ #2598 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Reviżjoni tal-formula tal-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2599 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Kunsilllieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu/hi l-aktar kunsillier/a li ilha f’kunsill lokali bħala kunsillier/a ? Kemm snin ilu/ha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilliera li ilhom iservu fil-Kunsilli Lokali sa mit-twaqqif tagħhom.
Leg 11 PQ #2600 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi se jieħu il-gvern fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-kunsilli lokali li personalment naħseb li hija waħda baxxa meta hija biss inqas minn 3% tan-nefqa tal-Gvern Ċentrali, u ta’ spiss qed jiżdiedu r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali mingħajr ma ssir żieda propozjonali fl-allokazzjoni tal-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preżentament qed jilqa’ s-suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Peress li l-proċess għadu għaddej għadhom ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet f’dan il-kuntest.