Jista' l-Prim Ministru jgħid l-€4 miljun li se jibdew jieħdu l-kunsilli lokali f'żieda fl-appoġġ finanzjarju, kif se titħaddem is-sistema u kemm se jieħdu kull lokal?
Kif ġie rrappurtat fid-diskors tal-Budget 2009 li se jsir restawr fis-swar tal-Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella għaliex mhux se jsir l-ebda restawrar fuq is-swar ta' l-Isla u Bormla li ftit minnhom jinsabu f'kondizzjoni ħażina ħafna, speċjalment is-swar taħt il-Gardjola ta' l-Isla? X'passi se jieħu l-gvern biex s-swar ta' Bormla u l-Isla jiġu restawrati? Kemm hu proġettat li se jiġi jiswa dan il-proġett tar-restawr fuq is-swar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 2931. Dwar it-tieni parti jien infurmat li r-Restoration Unit għamlet numru ta’ xoghlijiet ta’ restawr fis-snin li għaddew fuq is-swar ta’ l-Isla, inkluż il-Bastjun ta’ San Mikiel u Bieb Sant’Anna) u tas-Santa Margherita Lines fl-inħawi ta’ St Helen’s Gate, inklużi r-restawr ta’ dan il-Bieb prinċipali. Tħejjew wkoll numru ta’ studji fotogrammetriċi għal interventi ta’ restawr fuq il-Ponta ta’ Isla (Senglea Point Bastion - the Spur) u il-Fleur d’Eau Battery ta’ Grunenburgh li tinsab immedjatament taħt is-sur imsemmi.
Jien infurmat li l-proġetti ta’ restawr taħt il-kappa tal-ERDF huma stmati li se jiswew € 39.8 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid fejn mistennija joħorġu il-150 post għall-bejgħ, lokal b'lokal? Kemm hu n-numru f'kull lokal? Kemm mistenni ikun l-average price ta' kull unit biex jinbena? Kemm hu mistenni li jinbiegħ l-average price ta' kull unit qabel is-sussidju?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li tiffinalizza l-iskeda ta' din l-iskema li ser tiġi varata fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dettalji jiġu mogħtija meta din l-iskeda tiġi varata.
Fid-dawl ta' diskors tal-budget 2009, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità/dipartiment ser imexxi l-iskema speċjali ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali? Min hu intitolat biex jibbenifika minn din l-iskema? Id-djar domestiċi/residenzjali biss jew anke binjiet kummerċjali? Min hu inkwilin, jista' japplika għal din l-iskema? Jekk wieħed ibiegħ id-dar li fuqha ibbenefika minn din l-iskema jrid bilfors irodd lura il-flus? Post li hu mibni mhux skond il-permess jew li għandu l-aluminium fil-faccata u dan l-istess post jinsab fil-qalba tal-bliet jew village core (fejn dan skont il-policy tal-MEPA mhux suppost) ikun jista' jibbenefika minn din l-iskema?
Kunsilli Lokali — Konsulenti għall-Konsulazzjoni Pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti miegħu jew mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsulazzjoni Pubblika u Informazzjoni fuq il-kunsilli lokali? Min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni Pubblika kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandhom l-ebda konsulent fil-Kunsilli Lokali.
Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interperllant li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu għaddej b’sensiela ta’ laqgħat mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet turistiċi. Rigward il-Kottonera, diġa saret laqgħa mal-kunsill lokali tal-Birgu u laqgħat mal-kunsilli l-oħra huma previsti fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment u/jew awtorita' se tkun responsabbli fl-implimentazzjoni ta' 'Energy Performance Certificate'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi li taħt il-kappa tagħha ħareġ l-avviż legali biex jiġu mdaħħla r-regolamenti dwar iċ-ċertifikati msemmijja ser tiddelega lill-Uffiċċju Dwar ir-Regolamenti tal-Bini fit-Taqsima Servizzi tal-Ministeru biex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea l-Energy Performance Certificate huwa meħtieġ fuq kull fond li jiġi trasferit kemm fil-bejgħ u kemm fil-kiri, f'pajjiżna x'sistema se tintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li f’Malta wkoll ser ikun meħtieġ iċ-ċertifikat tal-Energy Performance fuq kull fond li jiġi trasferit kemm b’bejgh u kemm b’kiri. Nistieden lill-Onor Membru jara l-avviż legali li ħareġ sabiex ikun jista’ jinforma ruħu sewwa fuq id-dettalji ta’ kif ser tkun implimentata din is-sistema.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2663, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li l-Gvern Ċentrali qed jgħin? Xi kriterji qed jintużaw biex jiġu identifikati dawn il-postijiet? Dan is-servizz kemm qed jiswa lill-gvern? Kemm tħallsu flus għal kull lokal?
Tista' l-Ministru tgħid fejn mistenni jsir il-kumpless sportiv ġdid fit-Tramuntana ta' Malta kif intqal fid-diskors tal-Budget 2009? F'liema stadju wasal? Saret applikazzjoni quddiem il-MEPA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport qiegħed fil-preżent jiffinalizza t-technical u specification brief tal-Kumpless.
Jista' l-Ministru jgħid liema hu l-blokk residenzjali fil-Kottonera li ser jiġi rinovat kif intqal fid-diskors tal-budget 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad- Djar issottomettiet proġett ta’ rinovazjoni ta’ żewġ blokok f’Bormla bħala parti minn proġett integrali ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Kottonera taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali . Dawn il-blokok huma l-Kwartieri ta’ San Nikola u l-Kumpless ta’ Verdala. F’dawn il-blokok l-Awtorita’ mistennija tagħmel xogħol ta’ rinovazzjoni fil-partijiet komuni li jinkludu miżuri li jgħinu fl-iffrankar tal-enerġija.
Inċentivi tas-servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet
Question
Fid-dawl tad-diskors tal-budget 2009 fejn intqal li flimkien mal-Awtoritajiet kompetenti se jiġu inċentivati servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser b'dan? Irid jikkoraġġixxi familji Maltin u Għawdxin iżommu studenti barranin magħhom?
Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner
Question
Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhuwiex ċar għal xiex qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant iżda ninsab infurmat li fit-terminal tal-VISET jeżistu diversi mezzi ta’ trasport li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-viżitaturi. Fost dawn insibu taxis, karrozzini u karozza tal-linja li tgħaddi min ħdejn it-terminal. Ikun hemm numru ta’ viżitaturi li jibbukkjaw excursions minn fuq il-vapur stess u dawn jinġabru bil-coaches minn fuq il-moll stess.
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, għandha preżenza fit-terminal permezz ta’
Tourist Information Office
biex igħinu lill-viżitaturi b’kull informazzjoni li jkunu jixtiequ.
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nemmen li l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. Il-Ministeru tat-Turiżmu ilu żmien igħin fit-tindif permezz ta’ xogħol u servizzi oħra f’lokalitajiet b’influss kbir ta’ turisti, fosthom il-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dawn is-servizzi jiswew lill-Gvern eluf ta’ ewro.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew meħlusa ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-lum, li kienu ġew mogħtija mill-wardens, xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet weħlu iċ-ċittazjoniet ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li ġew meħlusa, xahar b’xahar, lokalità b’lokalità, permezz tat-Tribunali Lokali fis-sena 2007 u 2008.
Nitlob ukoll lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2338 fejn hemm elenkat lista ta’ dawk iċ-ċitazzjonijiet kollha li kienu inħafru mill-Bord dwar il-Petizzjonijiet.
Operat tal-Kunsilli Lokali — aċċess għall-informazzjoni miċ-ċittadini
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex ikun hemm aċċess aħjar għall-informazzjoni miċ-ċittadini dwar l-operat tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew, twaqqaf steering committee biex jaħdem fuq għajnuna mill-Gvern għal titjib fil-websites tal-Kunsilli Lokali kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni tal-gvern, u x’inhuma il-gwidi li qed jintużaw fl-allokazzjoni lill-kunsilli lokali mill-fondi speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjoni ta’ fondi speċjali lill-Kunsilli Lokali waqfu fis-sena finanzjarja 1999-2000.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-iżgħar kunsillier/a fil-kunsilli lokali f’Malta u f’Għawdex ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, ma jinżammux records ta’ informazzjoni personali tal-Kunsillieri, inkluża d-data tat-twelid.