Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser fid-diskors tal-budget meta qal "żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp sostenibbli fuq livell lokali"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern fassal Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fuq livell nazzjonali. Kif intqal fil-kapitlu dwar il-lokalitajiet sostenibbli fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, l-iżvilupp sostenibbli fuq livell lokali għandu jgħin u jirfed dak fuq livell nazzjonali. Il-Gvern għażel li jniedi żewġ proġetti pilota għat-tfassil ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-lokalitajiet tagħna. Minn dawn il-proġetti lokali għandna nistabbilixxu kif tista’ tissaħħaħ ir-rabta bejn l-iżvilupp nazzjonali u lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid l-€4 miljun li se jibdew jieħdu l-kunsilli lokali f'żieda fl-appoġġ finanzjarju, kif se titħaddem is-sistema u kemm se jieħdu kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess sabiex jiġi stabbilit eżatt kif iż-żieda finanzjarja qawwija li l-Gvern ħabbar fl-aħħar baġit għall-kunsilli lokali tgħaddi għandhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda obbligu bil-liġi li Gwardjan Lokali jieħu ġurament tal-ħatra. L-uniku obbligu hu li Gwardjan Lokali jkollu l-liċenza li jopera bħala tali, liema liċenza tinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija wara li l-persuna tkun għamlet kors ta’ taħriġ minn istituzzjoni approvata kif ukoll wara li tissodisfa diversi rekwiżiti imsemmija fl-Att ta’ l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap 389).
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-gwardjani lokali jerġgħu jibdew jieħdu ġurament kif kien sar meta laħqu l-ewwel gwardjani lokali?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2663, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li l-Gvern Ċentrali qed jgħin? Xi kriterji qed jintużaw biex jiġu identifikati dawn il-postijiet? Dan is-servizz kemm qed jiswa lill-gvern? Kemm tħallsu flus għal kull lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn iż-żoni ġew identifikati bħala l-aktar iffrekwentati minn nies kemm Maltin kif ukoll turisti u għaldaqstant kienu jirrikjedu tindif aktar ta’ spiss.
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka l-għajnuna li ngħatat lill-Kunsilli Lokali matul l-aħħar sena.
Inċentivi tas-servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet
Question
Fid-dawl tad-diskors tal-budget 2009 fejn intqal li flimkien mal-Awtoritajiet kompetenti se jiġu inċentivati servizzi ta' akkomodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser b'dan? Irid jikkoraġġixxi familji Maltin u Għawdxin iżommu studenti barranin magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-miżura msemmija li tidher taħt is-sezzjoni “Lokalitajiet Sostenibbli” hi ntiża biex tinkoraġġixxi t-tixrid tat-turiżmu fil-lokalitajiet li għalkemm mhux tradizzjonalment assoċjati mat-turiżmu għandhom il-potenzjal li joffru esperjenza unika għat-turist. Il-miżura tinkoraġġixxi ftuħ ta’akkomodazzjoni kollettivi żgħar bħal boutique hotels u jew guest houses li jkunu jistgħu joffru servizz aktar personalizzat u li jenfasizza t-tradizzjoni t’ospitalità li l-Maltin huma magħrufa għaliha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema entità/dipartiment/awtorità se tmexxi l-award 'Local Council Green Challenge'? L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali se tkun involuta? X'inhuma l-kriterji li se jintużaw għal dan il-Local Council Green Challenge Award?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-award Local Council Green Challenge hi intiza biex tinkoraġġixxi inizzjattivi minn Kunsilli Loali favur l-ambjent, fosthom dawk ta’ l-enerġija alternattiva. Għadhom qegħdin jiġu ffinalizzati d-dettalji ta’ din l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sa l-2007 kemm kien hemm nies bħala residenti mill-Isla, Bormla, Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol lokal, lokal u sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ persuni residenti ġewwa l-Isla, Bormla u l-Birgu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru mis-sena 2000 sa l-2007, huwa hekk :-
Sena
ISLA
BORMLA
BIRGU
Dicembru 2000*
114
244
100
Dicembru 2001
139
250
102
Dicembru 2002
147
299
111
Dicembru 2003
147
318
122
Dicembru 2004
147
330
113
Dicembru 2005
148
321
102
Dicembru 2006
132
285
98
Dicembru 2007
116
242
77
*Il-figuri għas-sena 2000 jinkludu biss dawk li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru minħabba li dawk fuq it-tieni parti ma kienux jinżammu maqsuma bil-lokalita’.
Fid-dawl tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3718, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jieħu l-Gvern biex jiffranka l-enerġija fiż-żewġ blokok f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-miżuri speċifiċi jiġu determiniati wara li jsir audit minn konsulenti mqabbda għal dan l-iskop mill-Awtorita’ tad-Djar.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-Università ta' Malta? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST huwa ta’ 37 (22 irġiel u 15 nisa).
Huma ġejjin minn dawn il-pajjiżi:
Slovakkja 2
Litwanja 2
Ungerija 1
Ġermanja 3
Franza 1
Bulgarija 6
Ingilterra 15
Belġju 1
Turkija 3
Serbja 1
Russja 2
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti fi blokka ta' appartament fil-Gżira, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, lill-Health Inspector għaliex fil-garaxx tagħhom qed ikun hemm ħafna ilma jew drenaġġ? X'possibiltà hemm li tissolva din il-problema li ilha aktar minn sentejn jew tlieta?
Jista' l-Ministru jara li dawk li jieħdu servizz mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei jibdew iħallsu l-kont tal-mediċini hemmhekk, u mhux imorru iħallsu fl-emerġenża ta' l-isptar?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi ċ-ċitazzjonijiet magħmula mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbuż ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends fil-lokalitajiet imsemmija. L-informazzjoni tkopri minn meta ġew introdotti l-green wardens sallum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ried ifisser fid-diskors tal-budget meta qal "żewġ proġetti pilot għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp sostenibbli fuq livell lokali"?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema entità/dipartiment/awtorità se tmexxi l-award 'Local Council Green Challenge'? L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali se tkun involuta? X'inhuma l-kriterji li se jintużaw għal dan il-Local Council Green Challenge Award?