Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5249 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5250 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta — Roundabout

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4944 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li r-roundabout ta' quddiem Kastilja fejn hemm Manwel Dimech, titneħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-pjazza mhijiex inkluża fil-programm ta’ xogħlijiet tat-Taqsima tax-Xogħolijiet.

Awtorità tad-Djar — diskriminazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4819 peress li l-applikant qed jgħid li fl-ebda ħin l-Awtorità tad-Djar ma reġgħet talbet dokumenti oħra biex jiġu sottomessi, b'riżultat li l-persuna b'diżabilità qed tħossha diskriminata mill-istess Awtorità, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ irċeviet id-dokumenti kollha relatati mar-riċerki u dawn qegħdin jiġu wkoll ivverifikati pero’ jidher li hemm bżonn xi dokumenti oħra għall-aktar verifika w għalhekk l-applikanti ntalbu jibgħatu dawn id-dokumenti. Hekk kif dawn id-dokumenti jiġu sottomessi l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista tkompli bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #5164 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Pembroke — laqgħa mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji sena b'sena mill-2000 sal-lum lokal b'lokal? Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jilqa' t-talba biex issir laqgħa bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-kunsill ta' Pembroke? Din it-talba saret fit-13 ta' Ottubru 2008. Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirrispondi għat-talba vis-à-vis il-finanzjament ta' żewġ inizjattivi sportivi tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. Dwar il-laqgħa mitluba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, din ser issir nhar it-Tlieta 20 ta’ Jannar, u f’din il-laqgħa tiġi diskussa ukoll il-materja tat-tielet parti tal-mistoqsija.
Leg 11 PQ #4971 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera eletti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew eletti kunsilliera fl-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu f’kull lokal u għal liema partit politiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4973 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiġu eletti kunsilliera f’kull lokal għall-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità jiġi determinat skond l-aħħar statistika dwar il-popolazzjoni ta’ kull lokalità. L-aġġornament ta’ din l-istatistika għas-sena 2009 u li abbażi tagħha jiġu determinati n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità tiġi maħruġa wara Marzu 2009.

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4938 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma s-Segretarji Eżekuttivi ta’ kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi is-Segretarji Eżekuttivi ta’ kull Kunsill f’Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #4966 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali — Nies eliġibbli li jivvutaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm l-elezzjoniet għall-kunsilli lokali din is-sena? X’inhi l-popolazzjoni ta’ kull lokal u kemm hu n-numru ta’ nies li huma eligibbli li jivvutaw f’kull lokal? Meta sar dan ir-round ta’ elezzjonijiet tlett snin ilu x’kienet il-poplazzjoni ta’ kull lokal? Kemm kien in-numru ta’ nies li kienu eligibbli li jivvutaw f’kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kunsilli Lokali — Xogħol mingħajr approvazzjoni ta' l-Awtorità dwar it-Trasport

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li wara li saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ Traffic Management Unit irriżulta li kien sar xogħol mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità Dwar it-Trasport? X’tip ta’ xogħol? X’passi se jittieħdu kontra dawn il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #4818 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-internet offrut lill-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċess għaddej rigward is-servizz tal-internet offrut lill-kunsill lokali, liema servizz hemm ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-MITTS sas-sena 2009? Jista' jgħid ukoll kemm qegħdin iħallsu kull kunsill lokali għal dan is-servizz kull sena? X'se tkun il-policy u kif se jitmexxa dan il-proċess meta f'istant ngħidu li l-kunsilli lokali huma awtonomi u fl-istess ħin huma lkoll marbutin b'servizz li ġie impost fuqhom, waqt li f'pajjiż demokratiku kull kunsill lokali għandu jkollu l-għażla li jsib service provider tal-fiduċja tiegħu. Dan qed ngħidu wara l-leakage ta' dawk l-eluf ta' emails li kienu spjunati, u li kull kunsill lokali għandu jara li jqabbad servizz li mhux monopolju ta' xi ħadd imma li jirrifletti vera għażla ħielsa u libera.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Talba għal akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex jibbenefika minn waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar fil-fatt jibbenefika minn din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorita’ irċiviet id-dokumenti kollha relatati mar-riċerki u dawn qegħdin jiġu wkoll ivverifikati pero’ jidher li hemm bżonn xi dokumenti oħra għall-aktar verifika u għalhekk l-applikanti ntalbu jibħatu dawn id-dokumenti. Hekk kif dawn id-dokumenti jiġu sottomessi l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista tkompli bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #4824 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex kunsilli lokali japplikaw għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-programmi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom l-istess proċedura. Sabiex jiġi faċilitat lill-Kunsillli Lokali x-xogħol li jiġu identifikati l-programmi u ifformolata l-proposta, il-Kunsilli ġew infurmati li jistgħu jagħmlu użu mill-funding unit fi ħdan il-MEUSAC li huwa disponibbli biex jassisti b’kull mod, inkluż li jidentifika programmi skond il-ħtiġijiet tal-Kunsill, kif ukoll jassisti fis-sottomissjoni ta’ proposta ta’ proġetti.
Leg 11 PQ #4825 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea — Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-programmi Ewropej li minnhom il-kunsilli lokali jistgħu jiksbu fondi? Jista' jgħid minn meta l-MEUSAC waqqfet taqsima dwar il-finanzjament biex jgħinu kunsilli lokali japplikaw għal fondi? Liema kunsilli lokali applikaw? Għal liema fondi? F'liema stadju waslet kull applikazzjoni? Jista' jgħid kemm hemm impjegati li xogħolhom hu dak li jgħinu l-kunsilli lokali biex japplikaw għall-fondi fi ħdan il-MEUSAC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Programmi Ewropej li minnhom il-Kunsilli Lokali jistgħu jiksbu fondi huma; fost l-oħrajn: · Lifelong learning programme · Culture Programme · Media Programme · Youth Programme · Europe for Citizens · Territorial Cooperation Programmes · ERDF · ESF · ENPI · Life + · Leader · Framework Programme 7 · URBACT (taħt l-ERDF) Il-MEUSAC reġà ġie imwaqqf mill-ġdid f’Lulju 2008. Wara li assuma l-funzjonijiet tal-Forum Malta fl-Ewropa, f’Awwissu inbeda l-proċess ta’ ingaġġar ta’nies. F’dan ix-xahar u nofs li ilha topera t-taqsima dwar finanzjament tal-MEUSAC, bdiet tingħata assistenza lil dawn il-Kunsilli Lokali bl-iskop illi dawn jaslu biex jisso ttomettu applikazzjoni. Sal-lum, għamlu użu minn dan is-servizz, il-Kunsilli Lokali ta’ dawn il-lokalitajiet: Għasri Kirkop San Ġiljan Mqabba Msida Mosta Barra minn hekk, fil-ġimgħat li ġejjin il MEUSAC qed iħejji laqgħat individwali mal-Kunsilli Lokali msemmija hawn taħt sabiex jiġu identifikati opportunitajiet ta’ fondi għall-proġetti tagħhom, kif ukoll biex tiġi offruta għajnuna biex jissottomettu applikazzjoni. Sliema Gżira San Pawl il-Baħar Ta’ min isemmi wkoll li l-MEUSAC assista lid-Dipartimen t għall-Gvern Lokali biex jissottometti applikazzjoni taħt Priority Axis 4 tal-Fond Soċjali Ewropew għal-taħriġ ta’ Segretarji Eżekuttivi u kunsilliera. Saret ukoll applikazzjoni oħra taħt il-programm Europe for Citizens – Thematic Network for Twinned To wns biex tiġi organizzata konferenza għall-Kunsilli Lokali u lokalitajiet barra minn Malta li huma abbinati magħhom. Involuti f’din l-inizjattiva huma l-Kunsilli Lokali ta’ Kirkop, San Pawl il-Baħar, Żurrieq, San Ġiljan, Hamrun, Swieqi, Sliema, Birgu, Pembroke, Ta’Xbiex, Floriana, Tarxien, Isla, Żejtun, Marsa, Żebbuġ (Għawdex), Xagħra, Għajnsielem, Sannat, Xewkija, San Lawrenz, Nadur u l-Qala . Il-fondi li applikaw għalihom il-Kunsilli Lokalil huma: il-Europe for Citizens, Youth Programme u l-ERDF. Bħali ssa hemm żewġ persuni mpjegati f’ħidma biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali biex jidentifikaw programmi ta’ interess għalihom u biex jgħinuhom fil-proċess tal-applikazzjoni. Bħalissa għaddej ukoll il-proċess ta’ reklutaġġ ta’ tlett uffiċjali oħra f’din it-taqsima. Dan il-proċess wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu. Għall-iskop ta’għajnuna finanzjarja diretta mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsilli Lokali, din is-sena il-Gvern ivvota s-somma ta €303,000 li ser tagħmel tajjeb għal parti mill-ko-finanzjament li tappartjeni lill-Kunsilli Lokali.

Awtorita' tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, baqa' ma rċeviex ic-cheque dovut lilu mill-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-pagament fuq din l-iskema ħareġ u l-benefiċċjarju għandu jirċevieh fil-jiem li ġejjin.