Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa ta' flus fuq ċelebrazzjoni tal-ħames sena mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jintnefqu flus bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex infakkru l-ħames sena mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport mhux se jagħmel spejjeż f’ċelebrazzjonijiet biex ifakkru l-ħames sena mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

St Julians — Triq Baħar l-Iswed - Taraġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma sarx it-taraġ li kellu jsir bosta snin ilu fi Triq Baħar l-Iswed, minn fuq il-mina ta’ Triq Reġjonali sa taħt il-bridge ta’ San Giljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġiljan — Triq Ġdida f'Baħar l-Iswed - Arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jitneħħa l-arblu tad-dawl li jinsab f’nofs ta’ triq, fi Triq Ġdida f’Baħar l-Iswed, The Village, San Ġiljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Enemalta.

Fondi għal irranġar ta' twieqi u gallariji

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-fond b’dettalji mehmuża jiġi magħluq speċjalment it-twieqi u l-gallariji minħabba li fil-preżent huma miftuħin u qed jikkaġunaw ħsarat lill-appartamenti ta' taħt?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li dan l-appartament huwa mikri lill-inkwilina u għalhekk l-Awtorita’tad-Djar m’għadiex aċċess biex tidħol fih. Informat ukoll li kien hemm ħruq f’dan l-appartment u għalhekk dan il-fond ġie msakkar mill-Pulizija minħabba Inkjesta Maġisterjali. Wieħed irid isemmi ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar diġa bdiet tagħmel xogħol fil-komun ta’ dan il-blokk ta’ appartamenti ħalli titranġa il-ħsara li ġrat f’dan il-ħruq.

Każ ta' residenza privata

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi rranġat inkonvenjent li ilu madwar tmien snin f'residenza privata li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament jigifieri ilma\drenagg dieħel f'garaxx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

San Ħiljan — Triq it-Tabib John Buontempo - arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li jsir arblu tad-dawl fi Triq it-Tabib John Buontempo, The Village, San Ġiljan, minħabba d-dlam li hemm f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Isla — Imħażen ta' San Mikiel - irranġar ta' soqfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet konċernati biex jirranġaw is-soqfa tal-imħażen ta' San Mikiel, l-Isla (minn fuq iċ-Ċentru tal-Persuni b'Diżabilità saċ-Ċentru Laburista)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7607 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — allokazzjoni finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-allokazzjonijiet finanzjarji li ġew imqassma lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex (jiġifieri lokal, lokal) skont il-funzjonijiet tagħhom għas-sena 2009/2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għas-sena 2009/2010.
Leg 11 PQ #7608 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — allokazzjoni finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-allokazzjonijiet finanzjarji li tqassmu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex (jiġifieri lokal lokal) skont il-funzjonijiet tagħhom għas-snin 2008/2009, 2007/2008, u 2006/2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll l-allokazzjoni għas-sena finanzjarja 2009-10. Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 2062 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 101 tal-21 ta' April 2009.
Leg 11 PQ #7610 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-għotja finanzjarja għall-attività/attivitajiet kulturali? Liema huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw? X'inhu l-ammont li se jingħata lil kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kunsill Lokali li applikaw għall-iskema dwar Attivitajiet Kulturali kienu dawn: Mdina, Birgu, Isla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Rabat (Għawdex), Floriana, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Hamrun, Kerċem, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mqabba, Munxar, Nadur, Qala, Qrendi, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Xagħra, Żebbuġ (Għawdex), Żurrieq u Mtarfa. Il-Kunsilli li ser jibbenefikaw minn din l-iskema huma dawn: € Mdina 6,000 Birgu (żewġ skemi) 5,500 6,000* Isla 5,500 Qormi (żewġ skemi) 4,500 5,500 Żabbar 4,000 Rabat (Għawdex) 5,000 Floriana 5,500 Fontana 4,500 Għajsnielem 5,000 Għarb 5,000 € Għasri 4,500 Hamrun 5,000 Kerċem 4,500 Marsaxlokk 4,500 Mellieħa 4,500 Mqabba 5,000 Munxar 5,000 Nadur 4,500 Qala 4,500 Qrendi 4,500 San Lawrenz 5,000 Tarxien 5,000 Xagħra 4,500 Żebbug (Għawdex) 4,500 Żurrieq 5,500 Mtarfa 5,000 * L-iskema tal-Kunsill Lokali Birgu, li għaliha ġie mgħoti għotja finanzjarja ta’ € 6,000 kienet intenzjonata li ssir fl-aħħar ta’ Marzu u il-Kunsill talab li din l-attività ssir aktar tard matul l-istess sena. It-talba tal-Kunsill ġiet mgħoddija lill-Bord ta’ Aġġudikazzjoni sabiex jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #7158 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — financial statements

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li s-sena l-oħra ma ssottomettewx il-financial statemements tagħhom sad-data stipulata jiġifieri fl-10 ta' Mejju? Liema kunsilli lokali ssottomettew wara u meta? X'passi ttieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali li ma ssottomettewx il-financial statements?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kienu 19-il Kunsill li issottomettew il-financial statements tagħhom sad-data stipulata. Dawn kienu: Mdina, Isla, Bormla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Attard, Balzan, Birkirkara, Għargħur, Luqa, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Pembroke, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Xewkija. Il- financial statements tal-Kunsilli l-oħra daħlu wara l-1 ta’ Ġunju 2008. Għalkemm ma ttieħdux passi kontra dawk il-Kunsilli li ma issottomettewx il- fiancial statements fil-ħin, ittieħdet nota tagħhom biex jekk dan in-nuqqas jerġa’ jiġi ripetut, jittieħdu dawk il-passi stipulati bil-liġi.

każ ta' ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tarbija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li l-ġenituri tagħha applikaw għaċ-ċittadinanza, s'issa għadhom bla risposta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #6945 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riforma tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li tkun finalizzata ir-riforma tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5996.

Importazzjoni ta' karozzi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7159 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — financial statement

Question

Jista' l-Prim Ministru jħid mis-sena 2000 sena b'sena, liema huma l-kunsilli lokali li ma ssottometewx il-financial statement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nuqqas li l-Kunsill japprova l-financial statements mhux ikkunsidrat taħt il-mezzi punittivi li jitnaqqsu flus mill-allokazzjoni finanzjarja. Nuqqas persisteni jista’ biss iwassal għall-mezz punittiv ta’ xoljiment tal-Kunsil skond l-Artikolu 22 ta’ l-Att dwar Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #7162 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.