Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi mingħajr numri ta' reġistrazzjoni

Question

B'referenza għall-kwestjoni tal-vetturi mingħajr numri tar-reġistrazzjoni li kienu Malta (undocumented vehicles), jista' l-Ministru jgħid għaliex wara kważi sena li għalqet din l-iskema, ħadd għadu ma ngħata numru tar-reġistrazzjoni biex ikun jista' juża vettura vverifikata bħala genuine classic? Jista' jgħid għaliex minkejja li ħafna applikazzjonijiet kienu eżaminati mill-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, u vverifikati bħala vetturi ġenwini, xorta waħda min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport ma ħareġ xejn? Jista' jispjega għaliex meta applikanti li ilhom żmien jistennew, jmorru jistaqsu lill-Awtorità dwar it-Trasport x'inhuma r-raġunijiet tad-dewmien kollu, r-risposta tkun li "weħlu l-files għand il-Ministeru tal-Finanzi" iżda meta dawn l-istess applikanti jistaqsu għand il-Ministeru tal-Finanzi, r-risposta dejjem tkun li l-files kienu pproċessati u qegħdin għand l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jagħti deadline raġonevoli biex din il-kwestjoni tkun riżolta, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-Awtorità dwar it-Trasport għandu f'idejh eluf ta' euros tan-nies, liema flejjes kienu tħallsu madwar sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT irċeviet madwar 560 applikazzjoni fuq it-tip ta’ karozzi li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant. Dawn l-applikazzjonijiet kienu kollha vverifikati mill-ADT u wara anke mill-Federazzjoni Maltija tal-Vetturi Antiki sabiex jkun stabbilit jekk dawn il-vetturi humiex ġenwinament ta’ tip Classic, Vintage jew Veteran u jekk id-dettalji fl-applikazzjoni kienux awtentiċi. Dan il-proċess ħa ftit żmien peress li kull dettal tal-vettura ried ikun ivverifikat mas-sistema kompjuteriżżata tal-VERA sabiex jkun stabbilit jekk vettura kinitx verament minn dejjem hawn Malta iżda bla dokumenti ta’ reġistrazzjoni jew inkella jekk fil-fatt il-karozza kinitx waħda impurtata. Li jonqos huwa li, fil-konfront tal-vetturi li nstabu li kienu ġenwini, tinħareg eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Hekk kif din l-eżenzjoni tingħata l-ADT tkun tista’ tkompli tipproċessa l-applikazzjonijiet sabiex toħroġ il-permessi neċessarji skont il-każ.

Qrati ta' Malta — impjegati li qegħdin on loan

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Qrati ta' Malta illi m'humiex tal-post, iżda qegħdin on loan u li kienu jaħdmu f'xi dipartiment ieħor tal-Gvern? Jista' jelenka d-dati li fihom dawn l-impjegati inġiebu jaħdmu fil-Qrati ta' Malta mill-perijodu April 2004 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-perijodu April tal-2004 sallum inġiebu 2 impjegati on loan jaħdmu fil-Qrati ta' Malta.. Dawn huma Senior Counsel for the Republic, li kien jaħdem mal-Avukat Ġenerali u Senior Tradesman, li kien jaħdem l-MSD (Manufacture and Service Department), li bdew fit-13 ta' Novembru, 2007 u f'Ġunju 2007 rispettivament.

Qrati ta' Malta — impjegati on loan

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-grad ta' kull impjegat fil-Qrati ta' Malta illi huwa on loan u mhux impjegat dirett tal-Qrati ta' Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-gradi tal-impjegati li huma on loan fil-Qrati ta' Malta huma:- Senior Counsel for the Republic 1 ( mill-2007) General Hand 1 (mill-1973) Senior Tradesman 1 (mill-2007)

Qrati ta' Malta — karozzi użati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tintuża mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta, għal liema skop jintużaw u jekk dawn hux qed jiġu użati għall-attivitajiet soċjali, personali u politiċi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-karozzi li jintużaw mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta huma kif jidher hawn taħt: Membri tal-Ġudikatura 34 Diretturi 4 Marixxalli 14 Użu Ġenerali 4 Infurmat ukoll li l-karozzi allokati lill-Membri tal-Ġudikatura u lid-Diretturi jintużaw kemm għal użu uffiċjali kif ukoll għal dak personali, filwaqt dawk allokati lill-Marixxalli u għal użu ġenerali jintużaw fuq xogħol uffiċjali biss.

Qrati ta' Malta — fuel gġall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuel għall-karozzi kollha użati mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta minn April 2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq fuel għall-karozzi kollha użati mill-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta minn April tal-2008 sallum kienet ta' €92,038.52

Stallazzjoni tal-lift f'post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu stallati lifts f'post tal-Gvern, li dettalji dwaru qed jingħata separatament, minħabba li fih jgħixu persuni anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ lift fl-indirizz indikat. Għaldaqstant l-inkwilini huma mħeġġa biex jikkomunikaw mal-Customer Care tal-Awtorita biex juru l-interess tagħhom li jiġi installat lift fil-komun tal-blokk. L-Awtorità imbagħad tibda l-proċess billi l-ewwel tinvestiga l-prijorita tal-każ skond il-gravita ta’ diżabilità ta’ mobilita tal-inkwilini.

Awtorità tad-Djar — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fl-Awtorità tad-Djar biex l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu seperatament, tibbenifika minn waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-għotja għall-bdil ta' karma tal-banju ħareg f'isem l-applikanta fis-6 ta' April 2009.

Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta u Għawdex — impjegati sick

Question

Jista' l-Ministru b'mod kunfidenzjali jagħti informazzjoni għall-perijodu 1 ta' April 2008 sal-lum, min huma l-impjegati kollha tal Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta u Għawdex li: a) irrapportaw sick fil-perijodu fuq msemmi? b) jekk intbagħatx it-tabib li kull impjegat li rrapporta sick għax-xogħol fil-perijodu fuq imsemmi? ċ) fil-każ li ma ntbagħatx it-tabib lil kulħadd, jgħid lil min intbagħat fil-perijodu fuq imsemmi? d) jekk ma ntbagħatx it-tabib lil kulħadd, jgħid fuq liema kriterji t-tabib ma ntbagħatx lil dawk li irrapportaw sick fil-perijodu msemmi e) jgħid liema huma l-kriterji li a bażi tagħhom l-amministrazzjoni tal-Qrati ta' Malta u Għawdex tiddeċiedi li tibgħat lit-tabib lill-impjegati tagħha li jirrapportaw sick għax-xogħol f) jgħid min huma u kemm kienu dawk l-impjegati tal-Qrati ta' Malta li żarhom it-tabib fil-ġranet li fihom irraputaw sick u ma nstabux id-dar tagħhom fil-perijodu fuq imsemmi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru. Ninsab infurmat illi l-proċedura tat-tabib hija li dan jintbagħat lil numru ta' impjegati kuljum, fuq random sample li tingħata minn kull Direttur fid-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja.

Qorti ta' Malta — diretturi, reġistraturi, assistenti reġistraturi u assistenti diretturi - sick

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika kunfidenzjalment min huma d-diretturi tal-Qorti, ir-reġistraturi, l-assistenti reġistraturi u l-assistenti diretturi tal-Qorti? Jista' jgħid meta nħatru dawn il-persuni? Jista' jelenka kemm-il darba dawn irrapportaw sick u meta intbagħtilhom it-tabib minn April 2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Qrati ta' Malta — Direttur ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'mod kunfidenzjali: a) Min hu d-direttur ġenerali tal-Qrati ta' Malta? b) Meta nħatar id-direttur ġenerali tal-Qrati ta' Malta? ċ) Minn meta nħatar, kemm-il darba rrapporta sick u kemm-il darba intbagħatlu t-tabib id-dar? d) Kemm ħa vacation leave id-direttur ġenerali minn meta nħatar? e) X'karozza għandu d-direttur ġenerali? f) Meta nxtrat din il-karozza tad-direttur ġenerali? g) Kemm qed jonfoq petrol jew fuel fil-ġimgħa, minn meta nħatar id-direttur ġenerali tal-Qrati ta' Malta? ġ) X'inhuma l-benefiċċji kollha illi jgawdi minnhom id-direttur ġenerali tal-Qorti bħala tali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttur Ġenerali tal-Qrati ta’ Malta huwa s-Sur Kevin Mahoney u nħatar f’din il-kariga b’effett mill-5 t’Awissu 2007. Mid-data tal-ħatra sa llum huwa rrapporta sick leave f’perjodu wieħed fl-2008 (mit-8 sal-11 ta’ Jannar). F’din l-okkażjoni ma ntbagħatx tabib id-dar. Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn id-Direttur Ġenerali utilizza l- vacation leave tiegħu meta kien ma jiflaħx. Mill-5 t’Awissu sa l-aħħar tas-sena 2007 id-Direttur Ġenerali utilizza 83 siegħa u kwart. Matul is-sena 2008 ħa total ta’ 181 siegħa filwaqt li matul is-sena 2009 s’issa utilizza 64 siegħa u nofs. Il-karozza li juża d-Direttur Ġenerali hija tal-marka Ford Focus u nxtrat fl-20 t’Awwissu ta’ l-2004. Kull uffiċċjal li qiegħed fi skala ta’ salarju bejn il-1 u l-4 u qiegħed regolat b’kuntratt għandu l-faċilita’ li juża sa 150 litru ta’ petrol fix-xahar. Dan l-ammont qatt ma nqabeż mid-Direttur Ġenerali. Il-benefiċċji li jgawdi d-Direttur Ġenerali tal-Qorti huma simili għal dawk ta’ kull Direttur Ġenerali ieħor regolat b’kuntratt u qegħdin elenkati f’Appendiċi C tal-kuntratt iffirmat fis-17 t’Ottubru 2007.

Qrati ta' Malta — visiti tat-tabib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħda tiġi tiswa kull vista tat-tabib lill-impjegati tal-Qrati ta' Malta li jirrapportaw sick?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta jħallsu €6.85 għal kull vista li jagħmel it-tabib lill-impjegati li jirrapportaw sick.

Qrati ta' Malta — nefqa globali fuq visti ta' tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali sabiex tobba jintbagħtu jinvistaw l-impjegati kollha tal-Qrati ta' Malta li rrapportaw sick għax-xogħol fil-perijodu April 2008 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru minn April tal-2008 sallum kienet ta' €2,015.27.

Qrati ta' Malta — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Qorti li qegħdin jiġu investigati mill-pulizija jew internament għal xi allegat/i att kriminali: a) X'inhuma s-suspetti jew l-akkużi kontra tagħhom? b) Jekk kemm-il darba hemm xi impjegati tal-Qorti hekk investigati jew issuspettati, jista' jgħid jekk għadhomx jattendu għal xogħolhom? ċ) Jekk hemmx xi ħadd minnhom illi jokkupa kariga fl-amministrazzjoni tal-Qrati ta' Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja Malta hemm żewġ (2) impjegati li qegħdin jiġu proċessati għal xi allegat att kriminali. Infurmat ukoll li wieħed minn dawn l-impjegati hu akkużat fuq pussess ta' droga u jinsab preżentament interdett skont ir-regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (proċedura ta' dixxiplina), filwaqt li t-tieni impjegat qiegħed jiġi akkużat li bħala membru ta' klabb tal-banda, li kellu fil-pussess tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu sustanza splussiva għal-użu illegali. Dan l-impjegat qiegħed jattendi għax-xogħol bħala messaġġier peress li ma ġiex interdett. Ħadd minn dawn il-persuni ma jokkkupaw kariga fl-amministrazzjoni tal-Qorti ta' Malta.
Leg 11 PQ #5248 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fir-round ta’elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu x’kien il-persentagg ta’ votanti f’kull lokal ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġi ta' votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu f'kull lokalità.
Leg 11 PQ #5249 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li rriżenjaw, mil-liema partit politiku u min ġie elett minflokhom.
Leg 11 PQ #5250 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persentaġġi ta' voti akkwistati minn kull partit politiku f'kull lokal fl-elezzjonijet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu huma elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Importazzjoni ta' karozzi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7162 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7162 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-applikazzjonijiet li l-Kunsilli Lokali għandhom għad-devoluzzjoni għall-proprjetà pubblika, meta saru u għal liema skop. Nirreferi lill-Onorevoli Membru wkoll għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6335 fejn tajt lista tad-devoluzzjonijiet kollha li saru sa Frar ta’ din is-sena.
Leg 11 PQ #7764 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pijunieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ftit taż-żmien ilu ħarġux xi fondi għal dawk li kienu fil-pijunieri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7764 ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġu l-ebda fondi lil dawk li kienu impjegati fil-pijunieri.

Dipartiment tal-manutenzjoni u tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tiswija m'għadux jagħti s-servizz ta' manutenzjoni f'postijiet b'kera tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar ma waqfet l-ebda servizz ta’ manutenzjoni fi propretajiet tal-Gvern. Pero’ biex ikun hemm aktar kontrolli,qabel ma’ jingħata dan is-servizz, irid ikun hemm means testing ta’ l-applikant ħalli l-għajnuna tingħata lil min veru għandu bżonn u ma jistax iħallas għal din il-manutenzjoni.