Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-ministeru tiegħi hemm diversi skemi/inizjattivi/għajnuniet li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali. Dawn huma skond kif ġej:
Nibda bil-Pjan ta’ Żvilupp Rurali ghal Malta 2007-2013 fejn hemm numru ta’ skemi li minnhom jistgħu jibbenefikaw diversi benefiċjarji kemm Pubbliċi kif ukoll Privati. Taħt l-ewwel assi nsibu, Miżura 125 li tkopri proġetti nfrastrutturali fuq widien, bini ta’ ġwiebi, sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ drenaġġ ittrattat u titjib f’l-aċċess għal raba jew irziezet. Din l-iskema jistgħu japplikaw għalija Kunsilli Lokali, Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern fost l-oħrajn.
Taħt it-tielet assi nsibu, Miżuri 313 u 323 li jindirizzaw il-promozzjoni ta’ attivitajiet turistiċi f’zoni rurali kif ukoll il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali fl-istess zoni. Taħt dawn iż-żewġ miżuri jistgħu jibbenefikaw entitajiet pubbliċi nklużi l-Kunsilli Lokali.
Taħt ir-raba’assi nsibu, l-programm LEADER li permezz tiegħu Kunsilli Lokali li jinsabu f’zoni rurali jistgħu flimkien ma’ entitajiet privati, jiffurmaw gruppi ta’ azzjoni lokali u jinvestu fuq programm ta’ inizjattivi fuq medda ta’ 5 snin li jiġi ffinanzjat taħt skema 341.
Hemm ukoll għajnuna li tingħata mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni f’dak li jirrigwardja talbiet mill-Kunsill Lokali prinċipalment għal xogħol ta’ manutenzjoni bħal ma hu patching jew tiswija ta’ bankini jew ta’ ħitan. Għal dan ix-xogħol il-materjal li jintużà irid jiġi pprovdut mill-Kunsill filwaqt li x-xogħol isir mill-ħaddiema tad-dipartiment b’rati favorevoli skond kif ġej:
· Xogħol stmat li jiswa sa €232.94 jitħallas kollu mill-Kunsill
· Xogħol stmat li jiswa sa €812.95, il-Kunsill iħallas biss € 232.94
· Xogħol stmat li jiswa aktar minn € 812.95, il-Kunsill iħallas biss 30% tal-valur
F’dak li jirrigwardja l-WasteServ Ltd, l-iskemi, l-inizjattivi jew għajnuniet li l-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw minnhom huma dawn:
·
Bring-In Sites
f’kull lokalità sabiex tiżdied is-separazzjoni tal-iskart.
· Għajnuna fil-forma ta’ premjijiet lil l-iktar 3 Kunsilli li jiġbru skart isseparat
per capita
kull sena.
· Inizjattiva ta’ informazzjoni relatata mas-separazzjoni tal-iskart, li tinkludi sessjonijiet edukattivi u anki parteċipazzjoni f’attivitajiet u fieri fil-lokalitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ? Meta sar dan il-ġemellaġġ u ma’ min? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-ġemellaġġ u fil-preżent qed tiġi proċessata din l-applikazzjoni? F'dan ir-rigward liema huma l-kunsilli lokali u ma’ liema pajjiż iridu jagħmlu l-ġemelaġġ?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali (u fil-każ liema huma) jew individwi li fetħu kawża lill-
Malta Communications Authority
minħabba li ġiet stallata antenna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita ġiet notifikata b'protest magħmul mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Lija flimikien ma' terzi persuni.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskemi / inizjattivi li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar min-naħa tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar jinkludu, is-CPPS (Commuted Payment Parking Schemes), UIF (Urban Improvement Funds) u l-EIPP (Environment Initiatives Partnership Programmes). F’ċertu każi hemm Planning Gain assoċjat ma’ applikazzjonijiet maġġuri li jkun jista’ jiġi użat ukoll mal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex hux qed isir skond il-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Liema hi l-entità li applikat biex tagħmel dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li qed isir fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, jikkostitwixxi żvilupp u għalhekk jeħtieġ permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, liema permess għal dan ix-xogħol, jiġifieri 'To embellish the square with new paving, street furniture and traffic management scheme', kien inħareġ fl-1 ta' Settembru 2008 wara li kienet saret applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħdux passi biex jitneħħa arblu tad-dawl f'nofs ta' triq, fi Triq Ġdida f'Baħar l-Iswed, The Village, San Giljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom il-libreriji, jiġifieri li issa l-libreriji jaqgħu taħt il-kunsilli lokali? Meta ħarġet id-devoluzzjoni ta' kull librerija? Kemm fadal kunsilli lokali li qed jistennew id-devoluzzjoni ta' librerija li tinsab fil-lokal tagħhom ? Liema huma dawn il-kunsilli?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Awtorità ta' Djar biex il-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tieħu post tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ma tikwalifikax għall-akkomodazzjoni soċjali peress li d-dħul tagħha jeċċedi l-ammont ta’ € 8,152.80. L-applikazzjoni tas-Sinjorina għalhekk tinsab magħluqa.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li s-
single parent
li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'kamra waħda tieħu post mill-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jintervejni fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandux flus biżżejjed biex iħallas il-kera dovuta lill-Uffiċċju Konġunt u l-istess uffiċċju mhux qed jaċċetta l-pagament bin-nifs?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ibiddel il-post fejn jgħix ma' ieħor tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata ma għandiex applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Għalhekk is-Sinjur huwa mitlub illi jagħmel applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva sabiex it-talba tiegħu tkun tista’ tiġi pproċessata
Jista' l-Ministru jintervjeni fil-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex jiġi trasferit minn dipartiment għal ieħor taħt il-Ministeru tiegħu minħabba ċirkostanzi personali li l-Ministeru tiegħu diġà jaf bihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-talba se tiġi eżaminata flimkien ma’ oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' relazzjoni hemm bejn il-kunsilli lokali u l-
Malta Communications Authority
?
Qabel ma ssir xi antenna fuq xi bejt ta' xi lokalità, il-
Malta Communications Authority
tagħmel kuntatt mal-kunsill lokali ta' dak il-post fejn tkun ser tiġi stallata l-antenna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority dejjem żammet relazzjonijiet tajbin ma kull entitita’ li jkollha kuntratt magħha minħabba r-rwol regolatorju li għandha inkluż, fejn u meta kien hemm il-bżonn, il-Kunsilli Lokali.
Madankollu fil-każ ta’
antennae
li jitwaħħlu fuq il-bjut, ir-rwol tal-Awtorita’ mhux dak li tawtorizza fejn u kif titwaħħal stallazzjoni iżda li tali stallazzjoni tkun konformi mal-obbligi tal-liċenzja ta’ komunikazzjoni maħruġa mill-Awtorita’.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li armla ta' 37 sena li dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li żewġha lanqas qatt ma ħallas bolla, tibda tieħu xi forma ta' għajnuna (servizzi soċjali)?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex saqaf ta' fond tal-Gvern li dettalji qed jingħataw separatament li mhux f'kundizzjoni tajba jiġi rranġat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet l-ebda talba biex isiru tiswijiet fil-fond imsemmi. L-Awtorita’ ser tagħmel kuntatt mal-inkwilin biex dan jiġi assistit jagħmel l-applikazzjoni neċessarja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li 40% tal-pjazza li tinsab quddiem il-Knisja tal-Baħrija, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ser tinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-istadju inizjali tal-proċess tal-applikazzjoni preżenti li hemm quddiem id-Direttorat tal-Ippjanar, intalbu emendi biex l-iżvilupp propost ikun jirrispetta b'mod komplet il-Policy tal-Pjan Lokali li l-istess Policy tispeċifika b'mod dettaljat kif għandha tiġi żviluppata s-sit suġġetta tal-applikazzjoni PA6153/08, ċioé, 40% tas-sit bħala bini u 60% tas-sit bħala spazju miftuħ għall-pubbliku u faċilitajiet rekrejattivi għal-lokal.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li ser jinbena sular ieħor fuq il-
Junior College
, Msida? X'jikkonsisti dan il-proġett ? Meta mistenni li jibda ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ser jinbnew żewġ sulari fuq it-tnejn eżistenti fil-Junior College. Dan bil-għajnuna finanzjarja mill-ERDF ta’ € 1,500,000. Il-binja ser tikber b’erbgħin klassi, swali tat-tagħlim u kmamar oħra. L-estensjoni ser tkun attrezzata b’lifts u b’faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jibdew f’Gunju ta’ l-2009.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tgħix f'periklu minħabba li l-post tagħha hu kkundanat tiġi mogħtija post alternattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni ila ma tgħix f’dan il-post sa’ mit-2003. Peress li fil-post hemm xi strutturi ta’ periklu, l-inkwilina kienet applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar taħt l-iskema ta’ l-irranġar u titjib fejn din ingħatat għajnuna finanzjara sabiex isiru x-xogħolijiet. L-Awtorita’ ma sabet ebda oġġezzjoni biex isiru dawn ix-xogholijiet u fil-fatt l-Awtorita’ applikat għall-permess meħtieġ mill-MEPA. Iżda l-Awtorita’ sabet resistenza mill-inkwilina u fil-fatt wara li ħareġ il-permess meħtieġ hija ffirmat dikjarazzjoni biex ma tkomplix bil-proċess ta’ l-irranġar u talbitna ngħalqu l-applikazzjoni. Jekk dan il-post jittranġa jkun abittabli u adekwat ghall-inkwilina. Il-fatt li dan il-post wara li jitranġa jiġi abitabbli, ma hemmx in-neċessita’ li l-inkwilina tingħata post alternattiv iżda li taċċetta li jsir ix-xogħol meħtieg għas-spejjes ta’ l-Awtorita’.