Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' toroq — ħlas lil kuntratturi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li kuntratturi privati jridu jitħallsu tax-xogħol li għamlu f'bini ta' toroq ġodda u manutenzjoni tat-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tagħmel ħlasijiet lill-kuntratturi tat-toroq wara li jkun hemm l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet kollha neċessarji. Bħalissa l-ammont pendenti skont dawn iċ-ċirkostanzi huwa ta' ftit aktar minn €27,000.

Xiri ta' flat tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flat tal-Gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex skema sabiex tbiegħ proprjeta’ tal-Gvern mikrija lir-residenti.

Toroq arterjali u distributorji — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward il-proposta li jipprivatizza l-operat kollu tat-toroq arterjali u distributorji ta' Malta u Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma teżisti ebda proposta tal-Gvern li jipprivatizza xi toroq, huma liema huma.
Leg 11 PQ #9512 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — toroq ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isiru toroq ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Persuna b'Diżabilità — dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9151 u jara li l-persuna b'diżabilità u li jgħix waħdu fi flat li dettalji dwaru qed jinbagħat separatament, jidħol f'dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata ġiet imressqa quddiem il-Bord kemm il-darba iżda ma ġietx aċċettata biex tidħol ġewwa waħda mir-Residenzi għall-Anzjani tal-Gvern. Din il-persuna ġiet infurmata bid-deċiżjoni tal-Bord.

Talba għal dħul f'dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9154 u jara li l-anzjan armel li jgħix waħdu u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jidħol f'dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata kienet applikat fl-2003 iżda l-applikazzjoni ma ġietx aċċettata mill-Bord tad-Dħul. Din il-persuna reġgħet apllikat fl-20 ta' Ġunju 2008 u l-Bord approva fit-13 ta' Novembru 2008 li l-persuna tidħol fir-Residenza ta' San Vinċenz. F'Mejju 2009 dan il-każ sarlu update u ġie approvat mill-Bord li jidħol fid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun. Dan il-każ bħalissa qiegħed fil-lista ta' stennija.

Ċimiterju tal-Addolorata — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jirestawwra ċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel xogħol ta’ restawr fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata. Informat ukoll li preżentament qiegħdin jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha kif jista jiġi ffinanzjat tali proġett.

Taħdiet u konsultazzjoni rigward l-inċineratur ta' Marsaxlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħdiet u konsultazzjoni kellu l-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi rigward l-inċineratur tal-iskart propost għal Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru ħatar kumitat tekniku biex jaġġorna l-istrateġija għall-immaniġġar tal-iskart fil-gżejjer Maltin, li kienet ġiet approvata fl-2001. Il-Kumitat, fl-abbozz li ħejja għamel riferenza għall-bżonn ta’ inċineratur ħalli jittratta proporzjon żgħir ta’ skart li ma jistax jiġi ttrattat mod ieħor. Qabel ma l-abboz ġie approvat, il-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u fassal wkoll is-SEA (Strategic Environment Assessment) li fih innifsu wkoll għandu proċess ta’ konsultazzjoni. Waqt is-sitt ġimgħat ta’ konsultazzjoni tal-istrateġija, l-Ministeru organizza laqgħat bi-laterali bejn esperti tekniċi u min talab il-laqgħat. Tajjeb jingħad li mal-Kunsill Lokali kkonċernat, jiġifieri dak ta’ Marsaxlokk, saru tliet laqgħat bi-laterali fuq dan l-abbozz. Saru laqgħat pubbliċi f’Għawdex, fit-Tramuntan u fin-nofs in-nhar u saħansidra fil-lokal ta’ Marsaxlokk stess. Din il-konsultazzjoni għenet biex entitajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jitfgħu s-sottomissjonijiet tagħhom.
Leg 11 PQ #9504 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skemi u inizjattivi - kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jistgħu jibbenefikaw il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9332.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ entitajiet governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi li jipprovdu għajnuna lill-Kunsilli Lokali, kif ġej:- a) Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija inkarigati mid-Diviżjonijiet iżommu laqgħat regolari ma' rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta' kull lokalita' fid-Diviżjon tagħhom sabiex jiddiskutu l-materji kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Pulizija. Dan it-tip ta' servizz jingħata skont kif stipulat fl-Art. 115 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164). Fuq inizjattiva tal-Pulizija, dawn il-laqgħat ġew estiżi biex jinkludu wkoll il-parteċipazzjoni ta' uffiċjali li jaħdmu fi skwadri speċjalizzajti, bħalma huma dawk ta' kontra d-droga, il-vizzji, is-CID, eċċ, biex b'hekk tkompli tissaħħaħ il-kordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' prevenzjoni ta' reati. b) Min-naħa tal-Qrati tal-Ġustizzja, dawn jipprovdu awla lill-Kunsilli Lokali sabiex fiha jsiru s-seduti tat-Tribunal Lokali tal-Belt Valletta.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Tajt struzzjonijiet biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li minħabba d-detall mitlub, trid ċertu żmien biex tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9346 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Iinterpellant hija kif mogħtija fit-tabella li ser inpoġġi f'xi seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9347 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika tal-gvern dwar il-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li l-Gvern waqqaf politika rigward il-gwardjani lokali, meta mistenni jippreżenta din il-politika? X'inhu l-ħsieb tal-Gvern fuq il-gwardjani lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Gvern qed jagħmel analisi dettaljata tas-sistema preżenti bl-għan prinċipali jkun li jkompli jsaħħaħ is-sistema tal-infurzar lokali f’pajjiżna. Irridu li l-operat tas-sistema jirrifletti il-prijoritajiet tal-Gvern, fosthom li jkollna sistema trasparenti li tassigura l-bwon-ordni fit-toroq tagħna, kif ukoll li tipprevjeni u żżomm taħt kontroll nuqqassijiet relatati ma’ storbju, trabijiet, ħmieġ u tniġġis fl-ambjent ta’ madwarna li jaffettwaw b’mod negattiv il-kwalità ta’ ħajjitna. Aparti l-evalwazzjoni tas-sistema preżenti b’attenzjoni speċifika għal mod ta’ kif żviluppat is-sistema tal-infurzar lokali, l-Gvern huwa kommess ukoll li fejn huwa meħtieg jintroduċi l-bidliet li jinħassu neċessarji għat-tisħieħ tas-sistema b’mod komprensiv; f’kuntest tal-ħames (5) reġjuni kif spjegati fid-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Il-Gvern qed jaħdem fuq dokument li ħa jkun qed iġedded il-politikà tal-Gvern għall-ġejjieni f'dan il-qasam biex iservi bħala bażi għall-proċess ta’ konsultazzjoni li jrid jitkompla mal-partijiet konċernati sabiex jiġu eżawriti l-punti kollha relatati ma’ dan is-suġġett.
Leg 11 PQ #9337 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt il-Ministeru tiegħi m'għandix entitajiet governattivi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.