Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10435 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spezzjoni fuq fond tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-ispezzjoni fil-fond tal-Gvern li dettalji dwaru qed jinbagħtu separatament, wara li din il-familja għamlet applikazzjoni fl-2003 biex tieħu post tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuni in kwestjoni ġiet ikkanċellata peress li d-dħul tagħhom jeċċedi l-massimu tad-dħul biex ikunu jistgħu japplikaw għall-post alternattiv u għalhekk jistgħu faċilment jikru mis-settur privat.
Leg 11 PQ #10436 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Post ta' Anzjani — saqaf fi stat ħażin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9137, jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni minn perit qabel ma jgħid li ma jidhirx li hemm każ ta' soqfa perikoluzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif tista’ tikkonfirma l-inkwilina stess, kienet saret spezzjoni minn Perit tal-Awtorità f’Marzu 2009 inkonnessjoni ma' għajnuna li ngħatat biex tinbidel il-kamra tal-banju, fejn ma jidhirx li qamet il-kwistjoni tas-saqaf perikoluż. Madanakollu, l-Awtorità se terġa tibgħat Perit biex jagħmel spezzjoni oħra.
Leg 11 PQ #9505 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fond għall-iżvilupp urban

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf il-fond għall-iżvilupp urban (UIF) u f'liema sena? X'inhu l-għan ta' dan il-fond? Kemm hu l-ammont finanzjajru ta' dan il-fond għal din is-sena? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw minn dan il-fond? Liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw? Kemm hu l-ammont fi flus li ħa kull kunsill lokali? Xi proġetti għandu kull kunsill lokali minn dan il-fond (UIF)? Fil-preżent, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dan il-fond imma l-proġett għadu ma bediex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fond għall-Iżvilupp Urban (UIF) twaqqaf f'Ottubru 2006. L-għan ta' dan il-fond huwa li jinġabru flus min żviluppi li jsiru fil-lokalità u li dawn il-flus jintużaw biex isir titjib fl-ambjent urban. Dan il-fond ma għandux ammont finanzjarju fiss iżda d-dħul tiegħu jiġi biss minn ħlas li jsir mill-iżvilupatturi bħala ħlas fuq żvilupp li jkun għamel fil-lokalità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema kienu dawk il-kunsilli lokali li applikaw bi proġetti biex jibbenefikaw minn dan il-fond, dawk li bbenefikaw, l-ammonti li ħa kull kunsill lokali, kif ukoll x'inhuma il-proġetti li bbenefikaw minn dan il-fond. It-tabella turi wkoll l-istat ta' f'hiex waslu l-proġetti - jiġifieri jekk tlestewx, jekk humiex qegħdin jiġu mplimentati jew jekk għadhom ma bdewx, kif ukoll ir-raġuni jekk dawn għadhom ma bdewx.
Leg 11 PQ #9514 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-ismijiet tal-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fl-isem tal-applikant jew fl-indirizz waħda mill-kliem ‘Kunsill’ jew ‘Council.’
Leg 11 PQ #9727 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema dwar l-aċċessibilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9335 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jagħti d-dettalji li ġew mogħtija lill-kunsilli lokali fuq l-iskema dwar l-aċċessibilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema issa għalqet. Bħalissa l-applikazzjonijiet qed jiġu aġġudikati minn Bord ta’ l-Għażla li għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru.
Leg 11 PQ #10284 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spezzjonijiet fuq bini tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-Housing għadhom ma marrux jagħmlu spezzjoni fil-fond tal-gvern, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Meta mistennija li jmorru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li saret ebda talba għal tiswijiet mill-inkwilin lill-Awtorita' tad-Djar. Għalhekk qed nirreferi l-każ lill-Awtorità għall-investigazzjoni u għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #10285 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tibda tieħu/tibbenefika mil-pensjoni tar-romol?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #10286 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single parent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija issir spezzjoni fil-fond tal-applikant, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li huwa single parent u applika biex jieħu post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandu l-ebda applikazzjoni ma’ l-Awtorita’ tad-Djar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet imsemmija hawn taħt qed jgħatu għajnuna kif ġej: 1) il- Borza ta’ Malta minn żmien għal żmiem torganizza taħdidied u courses għall-Investituri dwar l-operat u l-funzjonijiet tagħha. Meta u fejn hu possibli, il-Borża tagħmel dawn il- courses fl-lokalitajiet differenti ta' Malta bl-għajnuna tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet. Dawn il-courses jiġu pprovduti lil Kunsilli Lokali w lil pubbliku mingħajr ħlas. 2) L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dejjem kien u għadu disponibbli li jagħti l-informazzjoni meħtieġa meta tintalab mill-kunsilli lokali sakemm tkun konformi ma’ l-ATT XXIV ta’ 2000 ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Istatistika ta’ Malta. 3) Il-kumpanija Gozo Channel fil-prezent qeda toffri 20% skont fuq il-biljetti lill-kunsilli lokali f’Malta għall ġiti li jiġu organizzati għall-Għawdex. Infratemp 35% skont fuq il-biljetti jiġi ofrut lill kunsill lokali f’Għawdex meta dawn jorganizzaw attivitajiet (kulturali, sportivi etc.) ġewwa Għawdex. Entitajiet oħra żgur illi, jekk jiġu avviċinati mill-Kunsilli lokali, dawn jgħatu għajnuna skond il-ħtieġa u sa fejn tippermetti l-liġi.
Leg 11 PQ #9512 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — toroq ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isiru toroq ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorita` fil-preżent għandha quddiemha total ta' erbgħa u tletin (34) applikazzjoni għal toroq ġodda.
Leg 11 PQ #9336 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom il-libreriji, jiġifieri li issa l-libreriji jaqgħu taħt il-kunsilli lokali? Meta ħarġet id-devoluzzjoni ta' kull librerija? Kemm fadal kunsilli lokali li qed jistennew id-devoluzzjoni ta' librerija li tinsab fil-lokal tagħhom ? Liema huma dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom librerija devoluta lilhom kif ukoll meta saret din id-devoluzzjoni. Mis-68 Kunsill Lokali, 49 minnhom diġà għandhom librerija devoluta lilhom. Skont ma jien infurmat, il-Kunsill Lokali ta’ Paola bħalissa qed jagħmel l-arranġamenti biex huwa wkoll ikollu devoluzzjoni ta’ librerija.
Leg 11 PQ #9342 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ? Meta sar dan il-ġemellaġġ u ma’ min? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-ġemellaġġ u fil-preżent qed tiġi proċessata din l-applikazzjoni? F'dan ir-rigward liema huma l-kunsilli lokali u ma’ liema pajjiż iridu jagħmlu l-ġemelaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (a) dawk il-Kunsilli li għandhom ġemellaġi u (b) dawk il-Kunsilli li għandhom l-approvazzjoni biex jagħmlu ġemellaġġ imma s’issa għadhom ma ffirmawx tali ġemellaġġ. Bħalissa hemm ħames applikazzjonijiet li qed jiġu ipproċessati: Marsaskala ma’ Douzelage fi Spanja Għarb mal-Communita’ Collinare Coli Tortonesi u Veglie fl-Italja Mdina ma’ Zaragosa fi Spanja Mtarfa ma’ Arvidsjaur fi Svezja Mellieħa ma’ Agia Napa f’Ċipru

Awtorità tad-Djar — Post tal-Gvern mhux f'kundizzjoni tajba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Awtorità tad-Djar biex post tal-Gvern, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li mhux f'kundizzjoni tajba u ta' periklu għall-inkwilini jiġi rranġat qabel ma jseħħ xi inċident?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ diġa ħadet il-passi ta’ prevenzjoni meħtieġa permezz li intrifed is-saqaf perikoluż fil-post imsemmi. Sadanittant tlestew tenders għat-tiswija ta’ diversi soqfa u għandha tinħareġ is-sejħa għall offerti fil-ġranet li ġejjin
Leg 11 PQ #9514 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — Ħlas ta' kera inġusta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser tieħu l-Awtorità tad-Djar biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post tal-Gvern tibda tħallas kera ġusta minħabba li qed tallega li qed tħallas ħafna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena l-persuna in kwistjoni kellhu r-reviżjoni tal-kera li ssir kull sentejn. Skond id-dokumenti li ssottometti, huwa għas-sentejn li ġejjin ser jikkwalifika għall-70% tal-kera kummerċjali. Id-dħul tiegħu kien ta’ ftit inqas minn € 12,000. Skond id-dħul tiegħu l-kera sussidjata li huwa ntalab li jħallas għas-sentejn li ġejjin hija ta’ € 717 fis-sena li hija 6% tad-dħul tiegħu.

Spezzjoni fuq fond mill-Housing Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jmorru l-Housing Inspectors għal spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni ta’ l-persuna in kwestjoni qegħda bħalissa magħluqa peress li din ħarġet mill-post fejn applikat minnu u ma informatx lill-Awtorita’ tad-Djar. F’każ li din il-persuna għada interessata fl-post alternattiv hija mitluba tiġi l-Awtorita’ tad-Djar sabiex temenda l-applikazzjoni tagħha.
Leg 11 PQ #9727 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema dwar l-aċċessibilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9335 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jagħti d-dettalji li ġew mogħtija lill-kunsilli lokali fuq l-iskema dwar l-aċċessibilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9505 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fond għall-iżvilupp urban

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta twaqqaf il-fond għall-iżvilupp urban (UIF) u f'liema sena? X'inhu l-għan ta' dan il-fond? Kemm hu l-ammont finanzjajru ta' dan il-fond għal din is-sena? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw minn dan il-fond? Liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw? Kemm hu l-ammont fi flus li ħa kull kunsill lokali? Xi proġetti għandu kull kunsill lokali minn dan il-fond (UIF)? Fil-preżent, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dan il-fond imma l-proġett għadu ma bediex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Karozzi bla liċenzja mitluqin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu biex karozzi bla liċenzja li hemm mitluqin fil-housing estate, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jitneħħew minnufih?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet il-proċedura skont kif previst fir-Regolamenti dwar Klampjar u Tneħħija ta' Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta' Ingombru, sabiex il-vetturi msemmija jitneħħew.