Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu studenti barranin din is-sena akkademika jiġifieri 2009/2010 fl-Università ta' Malta? Minn liema pajjiż barrani ġejjin? Liema kors għażlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' staff akkademiku fl-Università ta' Malta? Minn liema lokalità ġej l-istaff akkademiku Malti? Minn liema pajjiżi ġej l-istaff akkademiku barrani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 9351.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser tieħu l-Awtorità tad-Djar biex il-gallarija fil-fond tal-Gvern, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata minħabba li hi ta' periklu għal terzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkwilin tal-fond imsemmi għandu jagħmel l-ilment jew it-talba tiegħu lill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u jagħti d-dettalji meħtieġa sabiex jibda jiġi pproċessat il-każ. S'issa, l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba f’dan ir-rigward.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Flus dovuti lil persuna
Question
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-flus dovuti kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment tal-Artijiet milli joħroġ iċ-cheque dovut lil familja minn Bormla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu jgħixu f'post tal-privat bħala sidien u ħarġitilhom ordni ta' expropriation biex isir proġett ta' housing soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu l-passi neċessarji biex tissolva l-problema fil-fond tal-Gvern, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qegħda tieħu l-passi kollha neċessarji biex din il-problema tissolva mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-single parent, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'kamra waħda u f'post substandard tieħu post tal-Gvern? Jista' jgħid għaliex tnaqqsulha l-points?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
B'referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 9218, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti kif ħarġu u cioè: kif ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-pjanti għall-estensjoni fil-Junior College, Msida, kif approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-estensjoni ppjanata ser takkomoda 8
lecture rooms
u 20
tutorial rooms
.
Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jkun li mara armla ta' 43 sena, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tlett itfal fl-eta' ta' 17-il sena, 10 snin u tarbija ta' sena u nofs ma ġietx provduta b'post alternattiv mill-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni ta’ l-persuna in kwestjoni qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applika snin ilu biex jidħol f'dar tal-anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-persuna imsemmija applikat diversi drabi biex tidħol f'dar tal-anzjani iżda ma ġietx aċċettata mill-Bord tad-Dħul fid-Djar tal-Anzjani. Wara li din il-persuna reġgħet applikat fl-14 ta' Lulju 2009, irid jerġa jsir l-assessment mis-Social Worker u l-każ jerġa jidher quddiem il-Bord tad-Dħul fid-Djar tal-Anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jkun lest ix-xogħol fil-fond tal-Gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ tibdil ta’ saqaf fil-fond imsemmi jinsab lest u preżentement qed isir ix-xogħol fuq il-kontrabejt u l-kisi tas-soqfa minn ġewwa. Ix-xogħol kollu mistenni jkun lest għat-tielet ġimgħa t’Awwissu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inkwilina ta' post tal-Gvern, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija separata u li tgħix waħedha qed tiġi mitluba sabiex tħallas aktar minn €1,400 fis-sena kera meta l-uniku dħul li għandha huwa mir-relief?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-Sinjura m’hiex tħallas l-ammont ta’ kera indikat imma ser tħallas is-somma ta' €250 fis-sena. Hija se tiġi kkuntatja fil-futur qarib biex tkun tista' tiġi l-Awtorità tad-Djar u tiffirma l-kuntratt f'isimha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jgħixu ġo fond tal-Gvern qed jintalbu jħallsu kważi €400 fix-xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjuri se jibdew iħallsu kera ta’ €100 fix-xahar. Huma diġà ġew infurmati b’dan it-tibdil b’ittra datata 31 ta’ Lulju, 2009.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fil-fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ tibdil ta’ soqfa fl-appartament imsemmi kien tlesta madwar tliet ġimgħat ilu. Dwar ix-xogħol pendenti, li jikkonsisti f’expansion joints fil-kontrabejt, il-kuntrattur għandu jlestihom din il-ġimgħa minħabba li dawn ma setax jgħamilhom qabel għaliex l-inkwilina kienet imsiefra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-medjaturi tal-Qorti. Meta nħatru? Xi kwalifiki għandu jkollhom biex jinħatru? Kif jitħallsu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-ewwel u t-tieni domandi tal-Mistoqsija Parlamentari, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, lista A u lista B, li ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fl-10 ta' Lulju 2009.
Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa huma kif ġej:-
Degree
rikonoxxuta minn università rikonoxxuta jew kwalifika oħra komparabbli u rikonoxxuta
5 snin esperjenza fil-kapaċita professjonali li fiha tkun iggradwat
Tkun attendiet għal programm ta’ taħriġ fil-Medjazzjoni tal-Familja
Tkun għamlet prattika taħt supervizjoni fil-Medjazzjoni tal-Familja
Tkun obbigata tkompli tiżviluppa ruħha f’din il-professjoni
Tkun familjari mal-Kodiċi ta’ Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili
Rigward l-aħħar domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Regolament 3 (2) tal-Avviż Legali Nru 397 tal-2003.
Jista' l-Ministru jara li l-kera tal-fond tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, torħos minħabba li din il-famlija tgħix bir-relief u m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tħallasha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li għalihom qegħda ssir referenza ġew mitluba sabiex jipproduċu d-dokumenti neċessarji sabiex ikun jista’ jiġi kkalkulat is-sussidju fuq il-kera. Din il-familja tiġi nfurmata kemm huwa l-ammont ġdid tal-kera ssussidjata meta jtuna il-dokumenti mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir spezzjoni fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih tgħix persuna b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuni in kwestjoni ġiet ikkanċellata fit-23/07/2009 peress li d-dħul tagħhom jeċċedi l-massimu tad-dħul biex ikunu jistgħu japplikaw għall-post alternattiv