Ċimiterju ta' l-Addolorata — Persuni midfuna li ma kenux Insara Kattoliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm indifnu persuni ċ-Ċimterju ta' l-Addolorata din is-sena 2009 li ma kenux Insara Kattoliċi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Gvern u obbligat li jidfen kull persuna li tmut, immaterjali minn sess, reliġjon jew etniċità, mingħajr l-ebda diskiminazzjoni. Ma jinżamm l-ebda record dwar dfin ta’ nies skond reliġjon.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9334 u jgħid meta se jitneħħa l-arblu tad-dawl li jinsab f'nofs ta' triq fi Triq Antonio Busuttil kantuniera ma' Triq il-Baħar l-Iswed, The Village, San Giljan? Dan l-arblu ilu jiġi rapportat lill-awtoritajiet aktar minn sena u saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwaru.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arblu msemmi mill-Onor. Interpellant, tneħħa.
Għawdex, Kerċem — Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistenni jinħatar Segretarju Eżekuttiv għall-Kunsilli Lokali ta' Kerċem, Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali kollha li għandhom il-post ta’ Segretarju Eżekuttiv vakanti ġew mgħotija struzzjonijiet sabiex il-proċess għall-ħatra tal-imsemmija pożizzjoni tiġi ri-attivata skont il-proċedura eżistenti. Dan sabiex jitħaffef il-proċess tal-għażla peress li l-proċedura l-ġdida tinvolvi proċess kemxejn twil sakemm jitwaqqaf il-pool ta’ uffiċjali pubbliċi kwalifikati biex iservu ta’ Segretarji Eżekuttivi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern biex jipprivatizza l-Gozo Channel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’ dan l-istadju il-Gvern m’għandux il-ħsieb li jipprivatizza lil Gozo Channel. Il-prijorita bħalissa hija il-‘Public Service Obligation Contract’.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-Isptar Mater Dei kemm mietu persuni hemmhekk? Kemm minhom kienu irġiel u kemm kienu nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn Novembru 2007 sa Ġunju 2009 kien hemm 2,777 mwiet l-Isptar Mater Dei (residenti u turisti) skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. Dawn kienu maqsuma hekk :-
Sena Rġiel Nisa
Nov-Dec 2007 97 89
Jan-Dec 2008 908 790
Jan-June 2009 465 428
Total 1,470 1,307.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji f'xi sptar Governattiv mis-sena 2006 sal-lum sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm 3 mwiet kawża ta’ suwiċidju f’xi sptar Governattiv mis-sena 2006 sa’ l-ewwel sitt xhur tas-sena 2009 skond informażżjoni miġbura fir-reġistru Nażżjonali ta’ l-Mwiet. In-numru s-sena b’sena hija hekk:-
Year
Numru
2006
2
2007
1
2008
0
2009
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-arkitett ta' fama internazzjoni li ismu jidher separatament, tax-xogħol li għamel s'issa għall-proġett ta' Bieb il-Belt eċċ.? Kemm hu mistenni li jitħallas għax-xogħol professjonali kollu? Jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Gvern Malti u l-Arkitett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont dovut lil RPBW għall-ewwel stadju tas-servizzi li huwa l-ischematic design huwa ta € 1,320,000.
Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid kemm hu mistenni li jitħallas għax-xogħol kollu peress li dan jiddependi mix-xogħol li jkun għamel u kemm ġie jqum.
Il-kuntratt ma jistax jiġi pprovdut għax huwa ta' natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa bħala parti mill-marketing tal-proġett ta' Bieb il-Belt, jiġifieri avviżi fuq il-ġurnali, mail shots eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq bħala parti mill-marketing tal-proġett ta’ Bieb il-Belt, sal-31 ta’ Lulju 2009 jammonta għal € 46,343.60.
Talba għal xi devoluzzjoni mill-Gvern Ċentrali għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma l-lokalitajiet li għandhom talba għal xi devoluzzjoni mill-Gvern Ċentrali għall-Gvern Lokali ? Għal liema raġuni hi it-talba tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom talba għal xi devoluzzjoni ta’ proprejtà.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-Isptar Mater Dei kemm twieldu tfal hemmhekk? Kemm minhom kienu subien u kemm minnhom kienu bniet ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ewwel twelid ta’ tarbija fl-Isptar Mater Dei minn meta beda jiffunzjona, seħħ fid-19 ta’ Novembru 2007. Minn dak in-nhar sal-31 ta’ Lulju 2009, twieldu 6255 tfal f’dan l-isptar. Minn dawn 3252 kienu subien u 3003 kienu bniet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm bdew studenti f'kull fakultà/dipartiment/istitut fl-Università ta' Malta din is-sena akkademika, jiġifieri 2009/2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema lokalità ġejjin l-istudenti li bdew is-sena akkademika 2009/2010 fl-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija għar-rigward in-numru ta’ studenti li ġew aċċettati sal-1 ta’ Ottubru 2009.