Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10580 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Ktieb pass 'il bogħod minnek — tqassim ta' vouchers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-okkażjoni tal-attività li saret fi Ġnien Santa Margerita, Bormla fl-4 ta' Awwissu, 2009 "Il-Ktieb pass 'il bogħod minnek" kemm tqassmu vouchers li jistgħu jissarrfu f'kotba dwar Malta jew bil-Malti? Lil liema kunsilli lokali tqassmu? X'sistema ntużat fl-għażla tal-kunsilli lokali u kemm kien l-ammont f'fondi lil kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt l-attività “Il-Ktieb pass ’il bogħod minnek” li saret f’Bormla fl-4 ta’ Awwissu, 2009, tqassmu 53 voucher biex jintużaw għal xiri ta’ kotba. Il-Kunsilli li bbenifikaw minn dawn il-vouchers huma dawk il-Kunsilli li qed imexxu librerija lokali jew reġjonali. Dawn il-Kunsilli huma: Birgu, Isla,Bormla,Qormi(żewġ libreriji), Żebbuġ (Malta), Żabbar, Siġġiewi, Żejtun, Attard, Birkirkara, Dingli, Fgura, Gudja, Gżira, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Għaxaq, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Lija, Luqa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Qala, Qrendi, Rabat (M), Safi, San Ġwann, San Lawrenz, Sannat, Santa Venera, Sliema, Ta’ Xbiex, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Xgħajra, Żebbuġ (Għawdex) u Żurrieq. Kull Kunsill ħa voucher ta’ € 100. Il-Kunsill ta’ Ħal-Qormi ħa żewġ vouchers billi għandu żewġ libreriji – waħda lokali u waħda reġjonali. Barra minn hekk, dawn il-Kunsilli ingħataw fondi biex jintużaw għal xiri ta’ kotba. Ta’ min isemmi li fl-allokazzjoni finanzjara, il-Gvern jalloka € 466 għall-kull librerija lokali u € 582 għal dik reġjonali. Il-fondi li ngħataw fl-4 ta’ Awwissu 2009 kien ammont fl-ekwivalenti ta’ dak allokat fil-bidu tas-sena u dan peress li l-Gvern iddeċieda li jirdoppja l-ammont. Il-flus imqassma kienu kif gej: Isla,Bormla, Żebbuġ (Malta), Żabbar, Siġġiewi, Żejtun, Attard, Dingli, Fgura, Gudja, Gżira, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Għaxaq, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Lija, Marsaskala, Mellieħa, Mġarr, Mqabba, Nadur, Naxxar, Pembroke, Qala, Qrendi, Safi, San Ġwann, San Lawrenz, Sannat, Santa Venera, Sliema, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Żebbuġ (Għawdex) u Żurrieq – ingħataw € 466 kull wieħed (Dawn il-Kunsilli diġa kienu ngħataw € 466 kull wieħed permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Birgu, Birkirkara, Luqa u Rabat (Malta) – ingħataw € 582 kull wieħed billi għandhom librerija reġjonali (Dawn il-Kunsilli kienu diġa ngħataw € 582 kull wieħed permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Ħal Qormi – ingħata € 1,048 billi għandu kemm librerija lokali kif ukoll reġjonali (Dan il-Kunsill kien diġa ngħata € 1048 permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja 2009-10) Kirkop, Marsaxlokk, Msida, Ta’ Xbiex u Xgħajra ħadu € 932 kull wieħed (Dawn kienu għadhom qatt ma ħadu fondi permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja) Paola – ħa € 1164 peress li għandu Librerija reġjonali u kien għadu qatt ma ħa fondi permezz ta’ l-allokazzjoni finanzjarja.
Leg 11 PQ #10581 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attività f'Bormla — Il-ktieb pass 'il bogħod minnek

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-okkażjoni tal-attività li saret Bormla f'Awwissu 2009 jiġifieri 'Il-ktieb pass 'il bogħod minnek' kemm tqassmu fondi biex jintużaw biex jinxtraw kotba mil-libreriji lokali u reġjonali? Lil liema kunsilli lokali? X'sistema ntużat fl-għażla tal-kunsilli lokali u kemm kien l-ammont f'fondi lil kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10580.
Leg 11 PQ #10582 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura — ilmenti fuq trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa l-Gvern u cioè l-awtoritajiet kompetenti, rigward l-ilment ta' trab iswed li qed ikollhom il-Kunsilli Lokali ta' Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10583 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Kotba biex jintużaw mir-residenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus il-kunsilli lokali f'kotba biex jintużaw mir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom din is-sena 2009 sal-lum u sena b'sena mis-2000 sa l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2009 il-flus li nefqu l-Kunsilli Lokali f’kotba biex jintużaw mir-residenti tagħhom kien kif hu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Membru jifferei għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3727.
Leg 11 PQ #10585 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttorju tal-Libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja li ħareġ id-Dipartiment tal-Informazzjoni tad-Direttorju tal-Libreriji li jagħti informazzjoni fuq il-libreriji lokali u reġjonali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi kopji tal-pubblikazzjoni imsemmija, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10574 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Workshops

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti in-numru ta' workshops interattivi u hands-on għall-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi li ġew organizzati fost oħrajn maċ-Ċentru tal-Kreattività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi St James Cavalier u l-Malta EU Steering and Action Committee (MEUSAC) organizzaw sett ta’ workshops interattivi u hands-on għall-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) fl-isfers tal-kultura, l-arti u artisti lokali. Dawn il-workshops li kienu mifruxa fuq jumejn, kellhom l-għan li jinkoraġixxu l-użu tal-innovazzjoni soċjali bħala għodda għal sostenibbilità kulturali. Matul is-sessjonijiet, il-partijiet kollha nteressati ltaqgħu flimkien sabiex joħorġu b’ideat ħalli jdawwru r-riżorsi eżistenti f’ideat kreattivi u oriġinali li jwasslu għal innovitajiet kulturali. Il-kunċett bażiku f’dan kollu hu li l-arti u l-kultura għandhom rwol importanti ħafna f’sistema integrali li tista’ ssaħħaħ l-iżvillup soċjali u ekonomiku. Il-workshops kienu opportunità unika sabiex il-Kunsilli Lokali jaħdmu mill-qrib mal-artistiċi fil-komunitajiet.
Leg 11 PQ #10575 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi għall-indafa lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal din is-sena 2009 il-Gvern Ċentrali kemm se jagħti fondi lill-kunsilli lokali biex jintużaw speċifikament għall-indafa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi għas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali 2009-10, il-Gvern Ċentrali alloka dawn il-fondi fil-formula tal-finanzjament biex jintużaw għall-indafa: Funzjoni Ammont allokat (€) Knis ta’ toroq 2,901,071 Ġbir ta’ skart 6,174,967 Ġbir ta’ skart goff 204, 568 Bring In Sites 237,596 Bins on wheels 198,462 Tindif ta’ toroq mhux urbani 1,037,640 Tindif ta’ bajjiet 446,545 Total: 11,200,849 (€ 11,2 miljun)
Leg 11 PQ #10576 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ideat kreattivi u oriġinali li faċilment jistgħu jiġu żviluppati fi proġetti u bil-possibilità li dawn l-istess proġetti jkunu ffinanzjati minn programmi varji ta' fond tal-Unjoni Ewropea, bl-għajnuna tal-MEUSAC, fis-seminar li ġie organizzat ftit xhur ilu flimkien maċ-Ċentru tal-Kreattività Kavallier ta' San Ġakbu lill-kunsilli lokali? Liema kunsilli lokali attendew? Liema kunsilli ħarġu b'xi inizjattiva ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10577 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

inċentivi lill-kunsilli lokali dwar l-indafa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jinċentiva l-kunsilli lokali biex jieħdu ħsieb l-indafa fil-lokalità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Gvern għadu kemm nieda inizzjattiva għall-Kunsilli Lokali imsejħa ‘Premju Lokalitajiet Indaf’. Permezz ta’ din l-inizzjattiva l-Kunsilli parteċipanti ser jiġu assessjati fuq 10 kriterji speċifiċi li għal kull waħda hemm numru ta’ marki assenjati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Meja tal-Kamra kopja tal-Memo 47/2009 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li tinkludi informazzjoni fuq din l-iskema.
Leg 11 PQ #10578 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policies — oqsma artistiċi u kreattività

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa żviluppaw policies li jsostnu u jiffaċilitaw l-oqsma kollha artistiċi u l-kreattività li tippermetti n-novità biex b'hekk jinħolqu lokalitajiet sostenibbli u ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi skont il-funzjoni l-ġdida li se tidħol permezz ta’ l-Att li jemeda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), qabel kull Kunsill jagħti l-għajnuna lill-artisti, mużiċisti u sportivi mil-lokal tagħhom sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom, iridu jsiru regolamenti mill-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali, wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li jistabbilixxu ‘policy’ ġenerali.

Awtorità dwar it-Trasport — Parking Bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parkingwara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija kategorija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Tal-Menqa - Proġett ta' riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu mistenni li jiġi integrat il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa maċ-ċentru fejn fil-preżent qed jgħixu l-immigranti illegali, li fil-passat din il-binja kienet skola tal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bini fil-Marsa fejn fil-preżent jgħixu l-immigranti illegali mhux parti mill-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa.

Marsa — Menqa - Proġett ta' riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tal-Marsa fir-rigward tal-proġett propost għar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara l-preżentazzjoni tal-proġett tal-Menqa lill-pubbliku fit-3 ta’ Lulju 2009, il-GHRC stiednet lill-Kunsill Lokali tal-Marsa fl-uffiċċji tagħha biex tippreżenta l-viżjoni tal-Gvern għal dawn l-inħawi u tilqa’ is-suġġerimenti. Din il-laqgħa saret fil-5 t’Awwissu 2009. Inżid ngħid li l-iżviluppi proposti huma suġġetti għall-proċessi ta' permessi previst fil-liġi li jinkludi provvedimenti dwar il-konsultazzjoni.
Leg 11 PQ #10570 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti illegali — twelid ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn ġenituri ta' immigranti illegali din is-sena f'pajjiżna kif ukoll fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalkemm għandna informazzjoni fuq kull twelid li jseħħ hawn Malta, ma nkunux nafu jekk dawn humiex immigranti illegali jew le.
Leg 11 PQ #10571 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tfal minn immigranti llegali b'ġenitur wieħed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tfal minn immigranti llegali li huma b'ġenitur wieħed, jiġifieri l-missier mhux magħruf?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #10572 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet fuq littering

Question

Jista' l-Prim Ministtru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet kontra dawk li ħammġu barra (littering) din is-sena, sal-lum? F'liema lokalità ħarġet iċ-ċitazzjoni? Kemm kien l-ammont fi flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’riferenza għall-Mistoqsija tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #10573 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus lill-Gvern minn ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid miċ-ċitazzjonijiet li weħlu dawk li ħammġu barra, kemm kien intitolat li jieħu fi flus il-Gvern ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi permezz tas-sistema ta’ l-Infurzar Lokali, il-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet għal dawk li weħlu talli ħamġu barra jingħataw lill-kunsilli lokali u għaldaqstant il-Gvern ta’ Malta ma jdaħħal xejn. Dan jgħodd ukoll għal dawk iċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-Pulizija.
Leg 11 PQ #10544 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — EIPP

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme (EIPP)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme sal-31 ta' Lulju 2009, jammontaw għall-€2,952,901.