Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11778 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Tisbiħ fil-lokalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda ix-xogħol ta' tisbiħ fil-lokalità ħdejn il-Cospicua Rangers jiġifieri ħdejn il-flats tal-Gvern ta' Bormla?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li proġetti ta’ tisbiħ issa ser jiġu approvati u ffinanzjati mill- Ministeru responsabbli għall- Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #11782 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li hija ġenitur wieħed b'żewġt itfal u tgħix il-Marsa, l-Awtorità tad-Djar lanqas qatt ma pprovditilha post alternattiv ? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta m’għandiex applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorità tad-Djar.
Leg 11 PQ #11783 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna b'diżabilità — fond tal-gvern mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li huwa persuna b'diżabilità ġie mogħti post tal-gvern mill-Awtorità tad-Djar b'aktar minn tmintax-il tarġa li b'konsewgenza ta' dan ma jistax jidħol f'dan il-fond f'Pembroke?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni msemmija applikaw sabiex jixtru post m’għand l-Awtorità tad-Djar bi prezz issussidjat taħt Avviż Legali 74. Fl-applikazzjoni l-applikanti jingħataw l-opportunità li jniżżlu skond il-preferenza tagħhom liema huma dawk il-postijiet li huma nteressati li jiġu kkunsidrati għalihom. Kienu l-applikanti nfushom illi niżżlu dan il-post bħala l-ewwel preferenza tagħhom. Huwa fid-dmir tal-applikanti li jagħżlu biex jiġu kkunsidrati għall-postijiet li huma adekwati għall-bżonnijiet tagħhom. Informat ukoll li mal-applikazzjoni, l-applikanti jingħataw kopja tal-Gazzetta tal-Gvern li jkun fiha l-kondizzjonijiet tal-ħarga kif ukoll ktieb bil-pjanti kollha ta’ kull appartament/ maisonette li jkun għall-bejgħ. Dan iffisser li din il-familja kellhom l-informazzjoni/pjanti kollha u setgħu jagħżlu dak il-fond li kien adekwat għall-bżonnijiet tagħhom.
Leg 11 PQ #10622 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — tneħħija tal-kompressuri tal-air conditioners li minn mal-faċċata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li lesta l-eżerċizzju ta' tneħħija tal-kompressuri tal-air conditioners li kienu stallati mal-faċċata tal-binjiet tal-Belt Valletta, għandux ħsieb li jagħmel dan l-eżerċizzju fil-Kottonera jew fil-qalba ta' bliet u rħula oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suċċess pożittiv miksub mill-eżerċizju tal-Belt wera kemm hu mportanti li tfiehem liċ-ċittadini kemm tali apparat mal-faċċati tal-bini jkerrah u jagħmel ħsara lill-estetika tal-lokal speċjalment f'żoni ta' konservazzjoni urbana. Madanakollu, bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandhiex pjanijiet speċifiċi biex jiġi ripetut l-eżerċizzju li sar il-Belt, f'lokalitajiet oħra. Qed jiġi studjat kif dan l-eżerċizzju li kien ta' suċċess fil-Belt Valletta jistax isir f’lokalitajiet oħra.
Leg 11 PQ #11278 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi single parent u tgħix f'post ma' wliedha bla dawl u strutturalment perikoluż, minkejja li għandha applikazzjoni għal post alternattiv lanqas qatt ma mar perit tal-Gvern għal spezzjoni? Jista' jgħid meta mistennija ssir din l-ispezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-applikanta m’għandiex applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorità tad-Djar.
Leg 11 PQ #11392 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħal Għaxaq — post għal single parent

Question

Jista' l-Ministru jara li s-single parent, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha żewġt itfal u tgħix mal-familja tagħha f'post żgħir tiġi provduta post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #11393 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — post alternativ għall-single parent

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-single parent, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li ġiet imkeċċija mid-dar t'ommha ftit ta' żmien ilu u spiċċat homeless l-awtorità ma provditilhiex post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mijiex infurmata li l-applikanta in kwestjoni hija homeless. Fil-fatt l-applikazzjoni tagħha hija mill-indirizz tal-ġenituri tagħha. Għall-Awtorità tad-Djar din il-persuna hija sharing u mhux homeless.

Dipartiment tal-Artijiet — Ħlas dovut lil familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10445 u jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment tal-Artijiet milli joħroġ iċ-cheque dovut lil familja minn Bormla, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu jgħixu f'post tal-privat bħala sidien u ħarġitilhom ordni ta' expropriation biex isir proġett ta' housing soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar dettalji dwar il-proprjeta esproprijata billi mill-informazzjoni mogħtija mhux possibli li tiġi identifikata l- proprjeta.

Belt Valletta — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-għassa tal-pulizija tal-Belt Valletta tieħu l-passi neċessarji kollha minħabba li l-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jinsab f'kundizzjoni strutturalment perikoluża esternament. Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fl-interess taċ-ċittadini li jkunu għaddejjin minn dik it-triq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-perit tal-Gvern, ma jirriżultax li l-fond imsemmi mill-Onoervoli Interpellant jinsab fi stat perikoluż.

libreriji pubbliċi f'idejn il-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'rabta mad-devoluzzjoni ta' 50 librerija pubblika f'idejn il-kunsilli lokali, liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jieħdu t-tmexxija tal-librerija f'idejhom? X'qed iżomm lill-Ministeru konċernat milli jipproċedi d-devoluzzjoni ta' dawn il-libreriji lill-kunsilli lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent id-Dipartiment tal-Libreriji għandu 50 ftehim dwar id-devoluzzjoni tal-Libreriji mal-Kunsilli Lokali f'49 lokalità madwar Malta u Għawdex. (Ma' Qormi ġew iffirmati 2 ftehim, wieħed dwar il-Librerija Reġjonali u l-ieħor dwar il-Librerija Fergħa) Saru negozjati mal-Kunsill Lokali tal-iMsida, wara li dawn għamlu talba formali għal dan l-iskop. Id-Dipartiment qed jistenna lill-Kunsill Lokali Msida jissuġġerixxi data għall-iffirmar tal-ftehim.

Parking meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li għamlu talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport għal parking meters? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa llum l-ADT ma rċeviet ebda talba għall-istallazzjoni ta’ parking meters.

Isla — maċina - twaqqiegħ ta' binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx il-ħsieb li l-binja fejn qabel kien hemm il-bar tal-maċina u xi uffiċini fuqu, l-Isla, tiġi mwaqqa' u tinkixef il-fortifikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bormla — Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern minn Baċir Nru. 1, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' Baċir Numru 1 f'Bormla jinkludi landscaping liema xogħol ser jinbeda s-sena d-dieħla, taħt l-iskema ta' ERDF 104 Stronger Cottonera Communities. Mill-banda l-oħra bħalissa qiegħda issir evalwazzjoni fuq l-użu li għandu jsir mill-bini li jifforma parti mill-Baċir Nru.1.

Forti Delimara — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #10621 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baħrija — Wied Rini - turbini tar-riħ fuq l-art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet konċernati għamlux xi forma ta' kuntatt mal-Kunsill Lokali tar-Rabat rigward il-proposta ta' turbini tar-riħ fuq l-art, f'Wied Rini l-Baħrija, fejn jidher li hemm tħassib minn għadd ta' bdiewa u residenti li jgħixu f'żoni fil-qrib ta' dan il-post li qed jiġi propost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għamel sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders, fosthom il-Kunsil Lokali tar-Rabat. Fil-fatt din il-laqgħa saret fl-4 ta Mejju 2009. Saret ukoll laqgħa mar-residenti ta’ l-inħawi fil-15 ta Mejju ġewwa Project House, Floriana, u oħra fuq il-post f’Wied Rini fit-30 ta’ Mejju.
Leg 11 PQ #10586 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttorju tal-Libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa d-Direttorju tal-Libreriji maħruġ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari hawn fuq imsemmija. Ix-xogħol kollu fuq din il-pubblikazzjoni saret mill-impjegati tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tal-Istamperija tal-Gvern. L-ispejjeż involuti sabiex saru elf kopja bl-Ingliż u elf kopja bil-Malti kienu ta’ €1156, illi €557.50 minnhom infdew mill-ħlas taż-żewġ reklami li deheru fihom. B’hekk l-ispiża aħħarija għad-Dipartiment tal-Informazzjoni kienet ta’ €598.50. Iċ-ċifri kollha kkwotati jinkludu l-VAT.
Leg 11 PQ #10587 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Seminars għall-kunsilliera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni b'responsabilitajiet għall-kunsilli lokali kemm ġew organizzati courses/seminars għall-kunsilliera? Meta saru? X'kien l-għan ta' kull kors? Min kienu l-lecturers ta' kull talk u kemm tħallas kull lecturer għal kull talk? Kemm ġie jiswa kull course/seminar? Kemm attendew għal kull course/seminar? Minn liema partit politiku kienu l-kunsilliera li attendew, jiġifieri n-numru ta' kunsilliera ta' kull partit politiku li attendew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kama tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Applikazzjonijiet għal residential parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jintroduċu residential parking? Liema huma l-kunsilli lokali u għal kemm-il parking? Meta saret l-ewwel talba għal kull applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10590 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Contact Point Life+

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu eżatt il-funzjoni tan-National Contact Point Life+ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Meta twaqqaf dan il-unit? Minn min hu kompost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-liġi gwida ta’ l-applikazzjoni għall-LIFE+, in-National Contact Point qiegħed hemm sabiex jirċievi l-aplikazzjonijiet sottomessi taħt dan il-programm ta’ fondi u jibgħathom lill-Kummisjoni Ewropea, waqt li jassigura li huma kompluti u li qedgħin fil-format korrett. Apparti minn hekk, in- National Focal Point ta’ Malta, organizza sessjonijiet ta’ informazzjoni sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond innifsu kif ukoll jinħolqu aktar possibilitajiet illi l-fondi allokati għall-Malta jiġu assorbiti. Din it-taqsima ġiet stabbilita fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2009, madanakollu din il-kariga kienet qed tiġi eżegwita mill-Ministeru li qabel kien responsabbli għall-ambjent. Id-diviżjoni hija komposta minn uffiċċjal tal-Gvern fi ħdan l-Uffiċċju għat-Turiżmu u l-Iżvillup Sostenibbli.