Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12017 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji eżekuttivi - liġi ġdida

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li daħlet il-liġi ġdida tal-kunsilli lokali, kemm hemm persuni fuq il-lista tal-pool tas-segretarji eżekuttivi li qed jistennew biex jibdew iħaddmu bħala segretarji eżekuttiv f'xi wieħed mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadha kemm ħarġet ċirkulari MPO 106/2009 li titlob applikazzjonijiet minn dawk l-uffiċjali pubbliċi li jixtiequ jiġu kkunsidrati biex jifformaw il-‘pool’ tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Din is-sejħa tagħlaq nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2009. Wara li jidħlu l-applikazzjonijiet ikun irid isir kors biex jintgħażlu dawk li ser jiffurmaw il-‘pool’.
Leg 11 PQ #12018 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — segretarju eżekuttiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex ibiddlu s-segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sallum ma daħlet l-ebda talba simili.
Leg 11 PQ #12021 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu investigati mid-dipartiment għal-Gvern Lokali dwar xi abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11852 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokali kemm għandu impjegati? Kemm suppost għandu impjegati kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12001 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument fejn saret evalwazzjoni tal-ħidma tal-gwardjani lokali? Ma' min kellu laqgħat il-Gvern fuq dan ir-rigward, ċioe liema huma l-istakeholders li kellu laqgħa magħhom? Jista' jikkonferma jew jiċħad li kellu xi laqgħat ma' xi kunsilli lokali jew ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saru konsultazzjonijiet mal-entitajiet kollha involuti fl-infurzar lokali, inklużi l-Aġenziji tal-Gwardjani Lokali u l-Unions li jirrapreżentaw lill-istess gwardjani, kif ukoll ic-chairpersons tal-Kumitati Konġunti, l-Uffiċjali Awtorizzati u s-service provider tas-sistema elettronika, tħejja rapport intern mill-Management Efficiency Unit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan ir-rapport ser jiġi diskuss mal-entitajiet kollha interessati sabiex wara li jiġi finalizzat hu maħsub li s-sena d-dieħla jsiru l-emendi meħtieġa fis-sistema kollha tal-infurzar lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hi waħda mill-entitajiet interessati u li qed tkun ikkonsultata.

Bormla — Baċir Nru 1 - proġett ta' reġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena se jibda l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-baċir Nru 1 f'Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Baċir Nru 1 f'Bormla jibda wara l-konklużjoni tal-istudji relattivi u l-ħruġ tal-permessi relattivi.
Leg 11 PQ #11784 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — post ikkundannat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li tgħix f'post ikkundannat, l-Awtorità ta' Djar mhix tieħu l-passi meħtieġa billi tiġi rimedjata din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza li jgħix fiha l-persuna kkonċernata, hija proprjeta’ mikrija mingħand il-privat. Xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża huma responsabilita’ assoluta ta’ sid il-kera u l-kerrej għandu javviċina lis-sid sabiex jitneħħa dan il-periklu. Informat ukoll li f’każ li s-sid ma jkunx f’pożizzjoni finanzjara li jagħmel it-tiswijiet neċessarji, l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tgħin finanzjarjament lis-sid sabiex jirrimedja l-problema tal-periklu.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — Numru ta' persuni li joqgħodu ġo post

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir fir-rigward tal-familja, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għalkemm għal bosta żmien marru jagħmlu l-ilment tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma baqa' jiġi ndikat li n-numru ta' nies li jgħixu fil-post huwa ta' żewġ persuni meta fil-fatt suppost għandu jiġi mniżżel li huwa ta' tliet persuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-każ inkwistjoni ġie riżolt.
Leg 11 PQ #11826 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali li mhumiex jiftħu s-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li s-Sibt mhumiex jiftħu kif mitlub mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Dawk li fetħu kif operaw f'dawk li huma ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali għamlu spezzjoni mingħajr pre-avviż fil-Kunsill Lokali kollha f’Malta u Għawdex. Dawn l-ispezzjonijiet saru f’żewġ sibtijiet differenti. Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu magħluqin tliet uffiċċji amministrattivi, dak tal-Mtarfa li skont l-ispjega li ta l-Aġent Segretarju Eżekuttiv, fil-ħin li saret l-ispezzjoni, il-persuna inkarigata kienet qed taqdi klijent fil-librerija lokali, dak tal-Qala u dak ta’ Ħal Tarxien. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien għadda riżoluzzjoni li tmur kontra d-direttiva tal-ftuħ tal-uffiċju amministrattiv nhar ta’ Sibt u dan il-Kunsill se jinkorri penali kif kienu ġew avżati l-Kunsilli Lokali kollha. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jikkonsidra ir-raġuni li ta l-Kunsill Lokali tal-Mtarfa biex jara jekk din kienetx ġustifikata filwaqt li qed jistenna spjega mingħand il-Kunsill Lokali tal-Qala. Jekk l-ispjega ta’ dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali ma tkunx ġustifikata, dawn jirrikoru penali bħal dik ta’ Ħal Tarxien.
Leg 11 PQ #11849 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11850 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — miżura ġdida

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl li issa ddaħħlet il-miżura l-ġdida fl-att dwar il-kunsilli lokali biex kull reġjun ikollu uffiċini amministrattivi, f'kull uffiċċju kemm se jkun hemm impjegati? Kemm hu l-budget għal kull reġjun? Kif inhu imqassam? Kemm hu l-ammont li għandu iħallas l-uffiċċju amministrattiv fejn tidħol kera fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed jiġi mħejji qafas ta’ regolamenti dwar is-set-up, inkluż ir-riżorsi umani u riżorsi oħra (bħal sede għall-uffiċċju, finanzjament eċċ) li dan għad irid jiġi diskuss mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant id-deċiżjonijiet finali għad iridu jittieħdu.
Leg 11 PQ #11851 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11621 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' persuna għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tgħix f'post sub-standard lanqas qatt ma ġiet provduta post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11622 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fond tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-rigward tal-fond tal-Gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qiegħed fi stat ta' periklu, l-awtoritajiet tad-djar ma ħadux il-passi neċessarji biex tissolva din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ħadet il-passi meħtieġa u x-xogħlijiet neċessarji ser isiru permezz ta’ kuntratt li ngħata riċentement. F’qasir żmien għandha ssir spezzjoni mill-Perit u l-kuntrattur fejn isiru l-arranġamenti neċessarji biex jinbeda x-xogħol.
Leg 11 PQ #11777 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isla — Triq San Pietru u San Pawl - Ħmieġ u ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji fir-rigward tal-ħmieg u ġrieden li hemm fi Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla, bejn Triq il-Vitorja u Triq Crucifix?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali għamlu trattament għal kontra l-ġrieden fl-inħawi indikati bejn it-12 u 16 t’Ottubru 2009. Sar trattament ieħor fl-20 t’Ottubru 2009. Tali triq ser tiġi sorveljata minn din it-taqsima biex tiġi ttrattata kif ikun meħtieġ. Infurmat ukoll li uffiċjal tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali mir-Reġjun ta’ Nofsinhar għamel spezzjoni fit-triq indikata fis-26 ta’ Ottubru, 2009 u ma nstab l-ebda akkumulu jew ħmieġ.