Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?
B'referenza għal mistoqsija parlamentari10574, jista' l-Prim Ministru jgħid b x'tip ta' formula intużat biex jasal għal dawk l-ammonti ? Kemm se jieħu kull kunsill lokali għal kull funzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jagħti r-referenza t-tajba tal-Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għaliha peress li l-mistoqsija li qed tirreferi għaliha m’għandhiex x’taqsam ma’ fondi.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10574, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus biex ġew organizzati sett ta' workshops interattivi u hands-on għall-kunsilli lokal ? Min kienu l-kunsilli li attendew ? Kemm kien in-numru ta' kunsilliera li ipparteċipaw ? Il-kunsilli lokali ġew mitluba biex iħallsu talli ħadu sehem ? Jekk iva, kemm ħallas kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-MEUSAC nefqet l-ammont ta’ € 22 biex toffri kafe lill-parteċipanti u tagħmillhom ‘name tag’ għal waqt il-workshop.
Ma kien hemm l-ebda ħlas ta’ kera għall-post fejn sar il-workshop filwaqt li dawk li mexxew it-taħriġ offrew is-servizz professjonali tagħhom b’xejn. Ma ntalab l-ebda ħlas għall-parteċipazzjoni mill-artisti u l-Kunsilli Lokali.
Kien hemm 14-il kunsillier li ġew minn dawn il-Kunsilli:
Tarxien, il-Belt Valletta, San Pawl il-Baħar, Bormla, San Lawrenz, Birkirkara, Qormi, Xagħra, Safi, Naxxar, Hamrun u Birgu.
Policies — oqsma artistiċi u kreattività - konsultazzjoni
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10578, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk diġà tlestiex ix-xogħol ta' konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali konsultazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Issa li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida dwar il-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux diġà saru r-regolamenti mill-Ministeru tiegħu ċioe mill-Gvern Lokali biex jistabbilixxu policy ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-proċess ta’ konsultazzjoni tar-riforma tal-Gvern Lokali, kien ġie imħejji dokument msejjaħ “Politika ta’ Malta għal Governanza Lokali 2008”. L-abbozz għal dan id-dokument kien ġie mfassal fuq prinċipji ta’ Governanza tajba (good governance), wara konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet. Dan id-dokument ġie ppubblikat f’format ta’ ktejjeb kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u tqassam lill-kunsillieri kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parkingwara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10573, jista' il-Prim Ministru jgħid miċ-ċitazzjonijiet li weħlu dawk il-persuni li ħammġu, kemm ħadu flus kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens u minn dawk li ngħataw mill-pulizija?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fil-bidu meta twaqqfet l-IPSL? Kemm hemm illum u fejn huma assenjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija IPSL bdiet topera fil-31 ta’ Ottubru, 2003 b’902 ħaddiem li kienu ġew minn maż-żewġ tarznari li minnhom 419 ħaddiem ħadu l-opportunità li jirriżenjaw minn mal-kumpanija b’riżultat ta’ skema ta’ rtirar kmieni mix-xogħol offruta lilhom mill-Gvern.
Preżentament il-kumpanija għandha fuq il-kotba tagħha 471, magħmulin minn 427 ex-ħaddiema tat-tarznari li ilhom fuq il-kotba tagħha sa mill-bidu tat-twaqqif tal-IPSL u 44 ħaddiem ieħor li ġew assorbiti mal-IPSL minn entitajiet oħra matul is-snin sal-lum. Ma’ dawn l-IPSL qed ukoll tiġġestixxi numru ta’ ħaddiema (109) li qabel kienu ‘detailed’ mal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma wara li dawn ġew dikjarati bħala żejda għall-bżonnijiet ta’ l-istess Korporazzjoni.
Dawn huma mifruxa fid-dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, entitajiet governattivi, awtoritajiet u korporazzjonijiet tal-Gvern u entitajiet privati.
Dipartiment għall-Gvern Lokali — skemi u inizjattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi li għandu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali u s-Segretarjat għal Djalogu Pubbliku u Informazzjoni ? Meta daħlu fis-seħħ? Minn huma dawk il-persuni li jagħrblu u jivvalutaw kull skema\inizjattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għas-sena finanzjarju 2009 il-Kunsilli Lokali ngħataw żieda diretta fl-allokazzjoni ta’ sbatax fil-mija (17%).
Barra iż-żieda diretta fl-allokazzjoni l-Kunsilli Lokali setgħu ukoll japplikaw għal fondi oħra minn diversi skemi ta’ fondi speċjali li ġew mnedija matul din is-sena:-
Dawn l-iskemi kienu:-
1. Fondi għall-Attivitajiet Kulturali-Data tal-Memo 3/12/08-
Closing date
09/01/09
2. Fondi għall-Attivitajiet u inizjattivi sportivi-Data tal-Memo 22/01/09-
Closing date
20/02/09
3. Fondi għall-Ħolqien ta’ enerġija Nadifa-Data tal-Memo 16/12/08
4. Fondi għall-Lokalitajiet bi bżonnijiet partikulari-Data tal-Memo 21/04/09-
Closing date
29/05/09
5. Fondi għal proġett speċjali-Data tal-Memo 18/08/09-
Closing date
15/09/09
6. Skema għal Lokalitajiet Indaf-Data tal-Memo 05/08/09-
Closing date
10/08/09
7. Local Green Challenge Award
-Data tal-Memo 29/04/09-
Closing date
31/07/09
8. Local Enterprise Award
-Data tal-Memo 29/04/09-
Closing date
31/07/09
9. Għajnuna biex isir studju dwar lokalitajiet sostenibbli-Data tal-Memo 19/02/09-
Closing date
27/03/09
Fil-każ tal-fondi għall-attivitajiet kulturali u dawk sportivi reġgħu nħarġu l-applikazzjonijiet għall-2010 u bħalissa qed jiġu evalwati.
F’kull każ il-grupp ta’ persuni li jevalwaw l-applikazzjonijiet ikunu immexxija mid-Direttur tad-Dipartiment għal Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta'abbużi ? X'passi ttieħdu mid-dipartiment għall-Gvern Lokali?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlamentari Ewropew mhux se jibqgħu jsiru n-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?
Kunsilliera — ittra ta' twissija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsilliera li rċevew ittra ta' twissija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali minħabba aġir irresponsabbli? X'inhu l-aġir ta' kull wieħed/waħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li d-Dipartiment joħroġ numru kbir ta’ twissijiet dwar aġir irresponsabbli, l-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jindika dwar x’tip ta’ aġir irresponsabbli qed jirreferi għalih.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-iskema/inizjattiva għal-community workers li jibdew jaħdmu fil-kunsilli lokali bdietx jew le? Jekk iva, kemm għandu minn dawn il-ħaddiema kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema għall-Community Workers bdiet uffiċjalment fil-31 ta’ Lulju 2009 u l-ewwel ħaddiema bdew jaħdmu f’din l-iskema f’nofs Awwissu 2009. Dawn bdew jiġu assenjati mal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex. Illum hemm 96 minn dawn il-ħaddiema. Ta’ min isemmi li l-iskema għada waħda pilota.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tabella li turi dawn il-ħaddiema kif inhuma mqassmin mal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern vis-a-vis il-ħaddiema tal-IPSL?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12025, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Industrial Projects and Services Ltd (IPSL) twaqqfet fit-2003 biex, skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-General Workers Union f’Novembru 2003, “tassorbi lil dawk il-ħaddiema li ma ntgħażlux biex ikomplu jaħdmu fix-xogħol ta’ tiswija tal-vapuri u x-xogħol ta’ l-azzar wara r-ristrutturazzjoni tat-tarznari, bl-iskop li jiġu salvagwardati l-impjiegi ta’ dawn il-ħaddiema.
Skond l-istess ftehim, il-Gvern kien iggarantixxa li jsib xogħol alternattiv u addattat għal kull wieħed mill-ħaddiema li jintbagħtu mal-IPSL. Dan ix-xogħol kellu jinstab jew mal-Gvern stess u entitajiet pubbliċi jew PPP’s jew anke mal-privat basta b’mod volontarju. Kien ġie maqbul ukoll li l-ħaddiema involuti kellhom iġorru magħhom il-pagi bażiċi li kienu jgawdu qabel tpoġġew fl-IPSL u dan fuq bażi personali.
Il-politika tal-Gvern vis-à-vis l-IPSL ma nbidlitx u l-Gvern dejjem mexa skond dan il-ftehim. Fil-fatt il-ħaddiema kollha ġew
deployed
fis-Servizz Pubbliku fuq xogħol produttiv dejjem skond il-provedimenti tal-ftehim imsemmi.”
Xejn ma jeskludi li dal-mudell ma jerġax jintuża jekk ikun fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Apparti hekk l-IPSL illum qed tintuża wkoll biex tgħin lil l-MPO biex tiġġestixxi ħaddiema li jsirilhom
revocation of detailing
minn ċertu entitajiet. B’dan il-proċess li jinkludi wkoll
re-skilling
fejn meħtieġ qed jiġu mgħejjuna, fost l-oħrajn, il-Kunsilli Lokali billi dawn il-ħaddiema jiġu
deployed
biex jagħmlu xogħol siewi fil-lokalitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb għandu l-Gvern fejn jidħlu ħaddiema tal-IPSL mal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jagħti għajnuna lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ numru ta’ ħaddiema. Dawn qed jitħallsu direttament mill-gvern u jaħdmu mal-Kunsilli Lokali. (135 f’Malta u 40 f’Għawdex). Riċentement daħħalna skema oħra – Community Work Scheme – li permezz tagħha 100 persuna li kienu ilhom jirreġistraw aktar minn 5 snin qed jaħdmu fil-lokalitajiet mal-Kunsilli Lokali. Il-gvern beħsiebu jkompli jgħin lill-Kunsilli Lokali b’riżorsi umani kull fejn ikun possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfet il-IPSL kemm spiċċaw ħaddiema? Għal liema raġuni spiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija IPSL bdiet topera b’902 ħaddiem li ġew miż-żewġ tarnari. Minn dawn id-902, 419-il ħaddiem ħadu l-opportunità ta’ skema ta’ irtirar kmieni u irriżenjaw.
Minn dak inhar sal-lum itterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-kumpanija IPSL 56 ħaddiem u r-raġunijiet kienu ta’ riżenji, rtirar bil-61 sena u mwiet.